Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – għajnuna lill-persuni bi bżonnijiet speċjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tkunx involuta f’għajnuna lill-persuni bi bżonnijiet speċjali? Jekk iva, tista’ tagħti iktar dettalji?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-OHSA toffri għajnuna ta’ natura ġenerali lil ħaddiema bi bżonnijiet speċjali, u dan biex ikunu sodisfatti ħtiġijiet taħt il-liġijiet ta’ saħħa u sigurtà.
Barra minn hekk, l-OHSA tikkoopera mal-ETC biex persuni bi bżonnijiet speċjali jingħataw l-opportunita li jiġu jaħdmu l-OHSA biex jesperjenzjaw id-dinja tax-xogħol biex ikunu jistgħu jintegraw aħjar.
Barra minn hekk, il-ħtiġijiet ta’ nies bi bżonnijiet speċjali huma mainstreamed f’għodda tal-evalwazzjoni tar-riskju u fit-teħid tal-miżuri li jridu jittieħdu.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – servizzi bla ħlas
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk jingħatawx servizzi bla ħlas mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma dawn is-servizzi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li apparti l-organiżżar ta’ awareness raising sessions, li ħafna drabi (iżda mhux dejjem), jintalab ħlas, kull servizz mogħti mill-OHSA huwa b’xejn. Dan jinkludi t-tqassim ta’ materjal ta’ nformazzjoni u ta’ promozzjoni, servizzi dwar għoti ta’ pariri lil duty holders, parteċipazzjoni f’attivitajiet organiżżati mill-imsieħba soċjali, tniżżil ta’ dokumenti u ta’ linji gwida minn fuq il-website tal-OHSA, eżamijiet mediċi, eċċ.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – involviment f’online tools
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) kinitx involuta f’online tools li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA għenet fl-iżvilupp bil-Malti ta’ online tool waħda li tikkonċerna l-evalwazzjoni tar-riskju fl-uffiċji. L-inawgurazzjoni ta’ din l-għodda sar waqt seminar, li kellu jiġi ripetut minħabba r-rispons qawwi u pożittiv li kellha l-OHSA.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess ta’ likwidazzjoni tal-Malta National Laboratory Ltd?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Likwidatur informa lill-Awtorita’ Maltija ghall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) li l-proċess tal-Likwidazzjoni tal-‘Malta National Laboratory’ għandu jiġi konkluż sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Edukazzjoni liż-Żgħażagħ dwar id-drittijiet u dmirijiet tagħhom bħala konsumaturi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex l-edukazzjoni liż-żgħażagħ dwar id-drittijiet u d-dimirijiet tagħhom bħala konsumaturi tiġi mwassla b’mod effettiv lill-istess żgħażagħ?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur għadha kemm ħolqot il-paġna tagħha fuq Facebook sabiex tilħaq aktar liż-żgħażagħ. Fuq din il-paġna kull min għandu Facebook ser ikollu aċċess għall-infomazzjoni dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tal-konsumaturi. Permezz ta’ din il-paġna l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur ser ikollu wkoll il-possibbiltà jipprovdi assistenza kontinwa liż-żagħżagħ meta dawn jiltaqgħu ma’ xi problema waqt ix-xiri tagħhom.
Se jkunu organizzati kompetizzjonijiet bi premijiet fuq il-
Facebook
tal-Awtorità fuq suġġetti speċifiċi sabiex inkomplu ninfurmaw liż-żagħżagħ dwar id-drittijiet u d-dmirijiet tagħhom.
L-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, b’kollaborazzjoni mal-MCAST Art & Design se joħloq vidjows animati li jinkludu informazzjoni dwar id-drittijiet tal-konsumatur magħmula miż-żagħżagħ għaż-żagħżagħ.
Se noħolqu
Mobile App
mimlija informazzjoni utli fuq ix-xiri ta’ prodotti u servizzi li tista’ titniżżel b’xejn fuq
mobile devices
(iPhone/ Android/ Windows).
Din is-sena ħa jibdew issiru laqgħat ta’ informazzjoni maż-żagħżagħ
on campus
(Università, MCAST, Junior College, Higher) fejn iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità jitkellmu u jistaqsu iktar dwar id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi.
Nipparteċipaw f’attivitajiet immirati għaż-żagħżagħ permezz ta’
info desks
fejn inqassmu fuljetti b’informazzjoni utli għaż-żagħżagħ u kif ukoll xi
give aways
bħal pereżempju
pen drives
u xi
stationery.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw servizzi ta' kalibrazzjoni fuq strumenti ta’ kejl mill-MCCAA fl-2014 u 2015? Kemm saru testijiet mil-laboratorji tal-MCCAA matul l-istess sentejn, u x’tip ta' testijiet kienu?
Response (DALLI, HELENA)
Tabella 1 tagħti tarif dwar kemm ingħataw servizzi ta' kalibrazzjoni fuq strumenti ta’ kejl mill-MCCAA fl-2014 u 2015.
Tabella 1
Servizz ta’ Kalibrazzjoni
2014
2015
Kejl ta’ ħin u frekwenza
21
16
Kejl ta’ elettriku
22
7
Kejl ta’ tul
54
33
Kejl ta’ pressjoni
96
102
Kejl ta’ umdità
118
70
Kejl ta’ massa
453
400
Kejl ta’ temperatura
1060
425
TOTAL
1824
1053
Tabella 2 turi kemm saru testijiet mil-laboratorji tal-MCCAA matul l-istess sentejn, u x’tip ta' testijiet kienu
Tabella 2
Tipi ta’ testijiet
2014
2015
konkrit u asfalt
4726
8151
Gassijiet mediċi
387
300
Inġinerija
110
250
Forensika (analisi ta’ drogi)
400
500
TOTAL
5623
9201
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — investigazzjonijiet
Question
Tista’ l-Ministru tispjega kif jiġi investigat inċident mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Xi jsir minn dawn l-investigazzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA tinvestiga kull każ ta’ inċident li jwassal għal fatalità fuq ix-xogħol kif ukoll inċidenti li ssir taf bihom u li jkollhom konsegwenzi serji. Tinvestiga wkoll numru ta’ każijiet li jkunu riferuti lilha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Fil-każ ta’ nċidenti li jkunu taħt inkjesta Maġisterjali, l-OHSA tistenna l-eżitu tal-inkjesta biex ma jiġix preġudikat il-każ in kwestjoni. Il-passi li jittieħdu f’dawn il-każijiet jiddependu mill-eżitu tal-investigazzjoni tal-OHSA, li tkun trid tinfurma lill-Pulizija dwar akkużi possibbli f’dawk il-każijiet fejn jinstab ksur tal-liġi tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
F’każijiet fejn ma jkunux appuntati inkjesti Maġisterjali, l-OHSA taġixxi skont l-
Enforcement Policy
tagħha, li sservi ta’ gwida dwar l-azzjoni li tkun trid tittieħed mill-OHSA.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – evalwazzjonijiet ta’ aġenziji simili fl-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ħaditx sehem f’evalwazzjonijiet ta’ aġenziji simili għaliha fl-Unjoni Ewropea matul l-2015? Tista’ tgħid jekk l-OHSA ġietx evalwata minn aġenziji simili għaliha fl-2014/15 u jekk iva, x’kien l-eżitu ta’ dawn l-evalwazzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul l-2015, L-OHSA pparteċipat f’evalwazzjoni waħda, jiġifieri dik tal-ispettorat tal-Portugall.
Evalwazzjonijiet ta’ spettorati mis-
Senior Labour Inspectors Committee
, għan-nom tal-Kummissjoni Ewropea, jsiru skont roster approvat mill-Kummissjoni. Dak tal-OHSA jmissha ssir fit-tieni nofs tal-2016.
Uffiċjali tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol mibgħuta f’aġenziji simili fl-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux xi skambji ta’ uffiċjali tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq l-Post tax-Xogħol (OHSA) bejn Malta u aġenziji fl-Unjoni Ewropea fis-snin 2014 u 2015? Jekk iva, tista’ tagħti dettalji dwar dawn l-iskambji?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2014, sar skambju wieħed, fejn uffiċċjal kellu l-opportunità jara aspetti ta’ saħħa u sigurtà relatati mal-ħażna u mad-distribuzzjoni ta’ LNG.
Matul l-2015, sar skambju biex tingħata l-opportunità li jkunu analiżżati l-operazzjoni tal-ispettorat, rigward l-iżvilupp ta’
operations manual
u tas-sistemi ta’ ICT użati. Matul l-2015, l-OHSA irċeviet talbiet mill-ispettorati tar-Rumanija u ta’ Ċipru biex jibgħatu spetturi minn tagħhom, biex jaraw diversi aspetti relatati mal-ħidma tal-OHSA, inkluż ħidma fost SMEs, żamma ta’ databases, kif isiru l-ispezzjonijiet, standard operating procedures, u materji varji oħra.
Kien hemm ukoll żjara informali minn delegazzjoni mill-Estonja biex jistudjaw l-operat tal-OHSA, u jitgħallmu mill-esperjenza tagħhom. L-OHSA diġa rċeviet talba għal żjara simili iktar tard din is-sena, minn spettorat f’pajjiż ieħor.
Il-feedback li rċeviet l-OHSA mill-ispetturi li jiġu jżuruha kien wieħed pożittiv.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — kampanji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kampanji hemm ippjanati għall-2016 mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) u liema setturi jolqtu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li rigward kampanji ta’ twassil ta’ nformazzjoni, l-OHSA se torganiżża kampanji relatati mal-anzjanità attiva, kampanji ta’ promozzjoni fl-iskejjel, u kampanji permezz tal-mezzi tax-xandir u stampati dwar temi u setturi differenti.
Fir-rigward ta’ kampanji ta’ spezzjoni, hija l-intenzjoni tal-OHSA li jsiru tali kampanji fis-setturi tal-
gaming industry
, tal-kumpaniji tal
-insurance, hotels and restaurants
, stamperiji, barrieri u tat-tarznari.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru laqgħat tal-MCESD fl-2014 u fl-2015, sena b’sena? Tista’ tgħid x’kienu s-suġġetti ewlenin li ġew diskussi waqt dawn il-laqgħat?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-attivitajiet tal-MCESD jintalbux mill-Gvern jew inkella jistgħux isiru fuq inizjattiva tal-MCESD stess?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma tibda sena gdida, ssir laqgħa tal-Kumitat Amministrattiv fi ħdan MCESD fejn tiġi diskussa l-agenda dwar temi li għandhom jiġu diskussi matul is-sena. L-isħab Soċjali bħala rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet speċifiċi tagħhom jagħżlu temi li jixtiequ li jiġu diskussi iżda ukoll jinqalgħu temi oħra ad hoc fuq ġrajjiet ekonomiċi u soċjali kurrenti.
Barra minn hekk, l-MCESD sikwit tigi mitluba minn Ministeri differenti biex issir diskussjoni fuq suġġetti mitluba minnhom, b’mod partikolari mill-Ministeru tal-Finanzi meta fl-MCESD isiru bosta laqgħat għat-tħejjija tal- Budget.
Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’sar f’dawn l-aħħar sentejn u nofs sabiex tissaħħaħ l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Bord tal-Gvernaturi ġdid maħtur taħt din l-Amministrazzjoni fl-1 ta' Gunju 2013;
· Ikkummissjona studji indipendenti biex ikun hemm stampa izjed ċara f'liema sitwazzjoni kienet l-Awtorita’. Minn dawn l-istudji, gie stabbilit li kien hemm bzonn ta’ ristrutturar u tisħieħ fl-amministrazzjoni, reklutaġġ u finanzi tal-Awtorita. B’rizultat ta’ dan saret
Business Plan
għas-snin 2014-2016 li ġie sottomess lill-Ministeru tal-Finanzi.
Wara dan beda l-proċess ta’ reklutaġġ u li sa llum l-uffiċjali żdiedu b’madwar 30% li l-maġġoranza tagħhom huma professjonisti. Barra li t-top management issa huwa kważi kollu f'postu. Il-proċess ta' reklutaġġ għadu għaddej.
· Inħarġu wkoll l-Annual Reports għas-snin 2011-2012 li ma kienux ħarġu taħt il-Bord ta' qabel. Harġu wkoll l-Annual reports għas-snin 2013 u 2014. F'dawn l-aħħar rapporti ħareġ biċ-ċar it-titjib li sar fl-operat ta din l-Awtorita’ kif ukoll f'dak li huma finanzi għax minn telf ta' €430,000 fit-2013 dan inbidel għall-bilanċ favorevoli ta' €320,000 fit-2014.
· Sar xogħol biex jintlaħqu l-miri tal-programm elettorali.
· Qed isir xogħol biex jiġi ssimplifikat il-burokrazzija u dan anke permess ta’ reklutaġġ ta'
I
C
T
Manager
gdid. B’rizultat t’hekk qieghed issir xogħol biex aktar informazzjoni u/jew servizzi offruti mill-Awtorita jitpoġġew
online
biex ikun aċċessibli iżjed faċilment mill-konsumaturi u l-kummercjanti.
· Sar eżercizzju biex ikun hemm iżjed kollaborazzjoni bejn l-erbgħa Entitajiet fi ħdan din l-Aworita biex il-konsumatur u l-kummerċjant jiġi infurmat aħjar dwar l-obbligi u d-drittijiet tiegħu. Din il-kollaborazzjoni qed isservi wkoll biex is-suq jigi ssorveljat b'mod iżjed effiċjenti.
· Il-
Management
il-ġdid ħa azzjoni biex jassigura is-sigurta u s-saħħa tal-impjegati fl-Awtorita. Fil-fatt tneħħa saqaf tal-
asbestos
li kien hemm fil- viċinanzi tal-uffiċċju li minħabba fih kienu qed jinżammu magħluqa twieqi fl-istess uffiċċju. Barra minhekk inbidel il-lift ġewwa l-istess uffiċċju u sar fire-exit funzjonanti li ma kiex jeżisti qabel ma twaqqaf il-Bord il-ġdid.
Wara audit li sar fl-aħħar xhur tas-sena l-oħra mill-British Standard Insitute, dawn ħarġu rapport fejn qalu li:
“Il-
Quality Management System (QMS)
ta’ l-MCCAA hija implimentata sew u issa hemm evidenza b-saħħitha ta' impenn u tmexxija eċċellenti minn naħa tal-
management
eżekuttiv ta’ l-MCCAA, li hu mmexxi mic-Chairman ta’ l-MCCAA. Il-
QMS
qed jiġi stabbilit sew u integrat fl-organizzazzjoni w operat ta’ l-MCCAA. Dan huwa titjib ċar u sinifikanti fl-organizzazzjoni fejn il-
leadership
u l-impenn tas-
Senior Management team
jinstabu fis-sinsla tal-organizzazzjoni... Dawn joħolqu ambjent li fih l-impjegati jistgħu jwettqu efficjentement u jħossu li l-kontribuzzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom hija rikonoxxuta mill-amministrazzjoni”.
Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi tagħmel l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur sabiex tiżgura li l-prodotti mibjugħa ma jkunux ta’ periklu għall-konsumaturi, speċjalment fejn jidħlu t-tfal? Tista’ tgħid jekk bħala pajjiż hux qed nimxu fuq inizjattivi Ewropej f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-(MCCAA) hija l-Awtorità Kompetenti Maltija dwar is-Sigurtà tal-prodotti li m’humiex ikel jew mediċini.
Id-direttivi u r-regolamenti tal-Unjoni Ewropea assoċjati mas-sigurtà tal-prodotti (inkluża d-direttiva tal-ġugarelli u prodotti tal-elettriku), ġew trasposti mill-Awtorita’, fil-leġiżlazzjoni Nazzjonali. L-Awtorita’ hija wkoll responsabbli għall-infurzar ta' dawn il-liġijiet sabiex twettaq l-obbligi legali tagħha, u b’hekk tassigura li l-prodotti in kwistjoni huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE.
L-MCCAA tagħmel diversi ħidmiet fejn jidhlu sigurta’ tal-prodotti. Per eżempju spezzjonar fil-ħwienet u swieq, diskussjonijiet u laqgħat mal-operaturi , kooperazzjoni ma’ entitajiet relatati oħra tal-Gvern, investigazzjoni ta’ ilmenti fuq prodotti, testjar ta’ prodotti, ħruġ ta’ Press Releases u
warning statements
u wkoll infurzar kif meħtieg..
L-Awtorita’ tieħu sehem attiv ħafna f’diversi
Joint Actions
miżmuma fuq livell Ewropew kif ukoll sabiex tkun tista’ tittestja prodotti f’laboratorji akkreditati li m’hawnx minnhom f’Malta.
Meta jinstab xi prodott li jista’ jkun ta’ riskju serju għall-konsumaturi, l-Awtorita’ tieħu ħsieb li tinnotifika lill-istati membri tal-Unjoni Ewropeja b’mezzi speċjaliżżati u mandatorji. Matul l-2015 biss, l-Awtorita’ nnotifikat xejn inqas minn 23 prodott differenti li 8 minnhom kienu ġugarelli. L-Awtorita’ tieħu sehem ukoll f’diversi fora Ewropej sabiex ikun żgurat illi l-azzjonijiet tagħha jkunu konformi ma’ dawk kurrenti fl-Ewropa. L-Awtorita’ qegħda tistudja miżuri oħra ta’ kooperazzjoni ma’ Awtoritajiet / Dipartimenti biex jiżdied l-infurzar kontra prodotti li jistgħu jimponu riskji serji fuq il-konsumatur.
Premju ta’ rikonoxximent lil negozji biex ikunu aktar consumer friendly
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk ġiex imniedi l-Premju ta’ Rikonoxximent biex jinkoraġġixxi li n-negozji jkunu aktar consumer friendly? Jekk iva, tista’ tgħid kif ibbenefikaw ir-rebbieħa sabiex jipprovdu servizz aħjar lill-konsumaturi?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Premju ta’ Rikonoxximent sive Premju Servizz bi Tbissima, biex jinkoraġġixxu lin-negozji jkunu aktar consumer friendly, ġie mniedi f’Marzu tal-2015. Is-serata ta’ premjazzjoni ttellgħet fit-18 ta’ Settembru 2015 fejn ingħataw il-premjijiet lir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni.
Waqt li l-parteċipanti kollha ingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni, il-kumpaniji li ġew fl-ewwel, it-tieni, u t-tielet post ingħataw trofew. Ir-rebbieħa ġew irreklamati fil-paġna tal-konsmatur fis-Sunday Times. Ser isiru ukoll riklami apposta fil-midja lokali fejn jissemmew ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni filwaqt li tiġi mħabbra t-tieni edizzjoni.
Sadanittant fi Frar 2016, se jiġi organizzat nofstanhar taħriġ mingħajr ħlas għal diversi mill-ħaddiema tal-istabbilimenti li pparteċipaw. Dan it-taħriġ se jiffoka fuq
customer care
kif ukoll se jipprovdi tagħrif dwar il-liġijiet tad-drittijiet tal-konsumatur, fosthom il-garanzija fuq il-prodotti u indikazzjoni tal-prezzijiet.
Tista’ l-Ministru tgħid x’ġie diskuss mal-International Labour Organisation tul is-sena li għaddiet u għal kemm-il laqgħa u għal liema laqgħat attendiet l-Ministru jew uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li b’kollox attendejt għal żewġ laqgħat. Waqt il-konferenza annwali tal-International Labour Organisation li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2015 ġew diskussi dawn it-temi fil-kumitati rispettivi tagħhom:
· l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni tal-ħaddiema mill-ekonomija informali għal ekonomija formali
· il-ħolqien ta’ xogħol produttiv u deċenti f’intrapriżi żgħar u medji
· l-objettivi strateġiċi tal-protezzjoni soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol
Bħal ma jsir kull sena, attendiet u indirizzat is-sessjoni plenarja tal-konferenza filwaqt li uffiċjali mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg attendew għas-sessjonijiet plenarji u għal-laqgħat tal-kumitati dwar ‘l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni tal-ħaddiema mill-ekonomija formali għal ekonomija informali’ u ‘il-ħolqien ta’ xogħol produttiv u deċenti f’intrapriżi żgħar u medji’.
Laqgħa oħra li attendejt għaliha saret f’Dubrovnik f’April 2015 li fiha ġew diskuss l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri u pajjizi oħra tal-Ewropa fil-ġlieda tagħhom kontra l-aspett mifrux ta' xogħol mhux iddikjarat u l-konsegwenzi li dan iġib miegħu fuq l-impjieg u t-tkabbir ekonomiku.
Ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ operaturi fil-qasam tas-saħħa – rata ta’ paga
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lil Ministru kkoncernat.
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk il-Bordijiet tal-Appell, taħt kwalsiasi isem jew titolu, li jinsabu fid-dekasteru tagħha u b’liema liġi hu mwaqqaf kull Bord jew Tribunal?
Response (DALLI, HELENA)
Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – spezzjonijiet fis-settur tal-kostruzzjoni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni matul l-2015? Tista’ tgħid jekk kienx hemm drabi meta twaqqaf xogħol minħabba periklu serju u imminenti fuq xi sit? Jekk iva, kemm kienu dawn id-drabi?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul l-2015 l-OHSA għamlet 1259 spezzjoni relatati mal-kostruzzjoni. Dawn l-ispezzjonijiet wasslu biex twaqqaf ix-xogħol f’112 sit ta’ kostruzzjoni minħabba periklu serju u imminenti. F’okkażjonijiet oħra, inħarġu ordnijiet biex jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni u, jew ta’ protezzjoni mingħajr ma twaqqaf ix-xogħol.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – spezzjonijiet pro-attivi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet pro-attivi matul l-2015? Kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar fejn l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol għandha tagħmel dawn l-ispezzjonijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li matul l-2015, l-OHSA organiżżat 1042 spezzjoni ta’ natura pro-attiva.
Dawn l-ispezzjonijiet ġeneralment ikunu jifformaw parti minn kampanji proattivi ta’ nformazzjoni jew ta’ spezzjoni, u li jkunu ppjanati mis-sena ta’ qabel.
Il-mod ta’ kif ikunu ppjanati dawn il-kampanji jiddependi fuq ħafna fatturi , inkluż il-ħtieġa, oriġinata f’livell Ewropew, li ssir tali kampanja biex isiru spezzjonijiet madwar l-Ewropa kollha. Eżempji ta’ dawn it-tipi ta’ kampanji li saru matul iż-żmien kienu jinkludu postijiet li fihom l-asbestos, is-settur tal-kura tas-saħħa (pubbliku u privat),
warehousing
,
panel beaters
u manifatturi tal-għamara, risoranti u kċejjen.
Fuq livell lokali, is-setturi jkunu identifikati jew għax tkun inħasset il-ħtieġa ta’ spezzjoni minħabba perikli partikolari, jew biex titwassal informazzjoni ġdida. Eżempji ta’ kampanji ta’ dan it-tip jinkludu kampanji ta’ spezzjoni għal dawk li jiġbru l-iskart domestiku, fil-kostruzzjoni, lukandi, uffiċċji, barrieri, armar u waqgħat mill-għoli, krejnijiet,
fork lift trucks
, agrikoltura, settur tal-manifattura u
hairdressers
.