Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Junior Lyceum, Verdala

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jsiru xi ameljoramenti u żidiet ta' spazju fl-iskola tal-Junior Lyceum, Verdala, Bormla?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li tul din is-sena sejrin jitkomplew xogħlijiet ta' tiġdid iżda mhux previst li jsiru xogħlijiet ta' żidiet ta' spazju fil-Liċeo tas-Subien Ġużeppi Despott, fil-Verdala, Kottonera.

Bormla — Junior Lyceum, Verdala

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm kotba ġewwa l-librerija għad-dispożizzjoni ta' l-istudenti li qed jattendu l-Junior Lyceum Verdala, ġewwa Bormla? Jista' jgħid kemm kotba ġodda ngħataw jew b'xi mod ieħor żdiedu fl-imsemmija librerija matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent fil-librerija tal-Junior Lyceum ta' Verdala hemm 4219 ktieb għad-dispożizzjoni ta' l-istudenti ta' din l-iskola. F'dawn l-aħħar snin il-kotba żdiedu hekk: 1995 297 ktieb 1996 127 ktieb 1997 285 ktieb 1998 187 ktieb

Bormla — Junior Lyceum, Verdala

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm u kemm kien hemm għalliema ġewwa l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, f'Bormla, matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999? Jista' l-Ministru jinforma wkoll lill-Kamra dwar xi kwalifiki akkademiċi għandhom dawn l-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla matul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 kien hemm in-numru ta' għalliema kif se nsemmi. In-numru jinkludi l-Kap u l-Assistenti Kapijiet ta' l-Iskola. SENA SKOLASTIKA NUMRU TA' GĦALLIEMA 1994/95 47 1995/96 50 1996/97 58 1997/98 64 1998/99 68 Il-Kwalifiki akkademiċi ta' l-għalliema li preżentement jgħallmu f'din l-iskola huma kif se nsemmi: KWALIFIKA NUMRU TA' GĦALLIEMA M.Ed. 1 B.Educ. 25 PGCE 16 B.A./Teachers Certificate 6 Teachers CErtificate 11 B.A. 2 Diploma in Fine Arts 1 Instructors Training Course 1 Industrial Training 1 'A' Levels 4

Skejjel — Skejjel sekondarji - Ġermaniż

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm hemm u kemm kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġermaniż fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f-iskejjel Sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-Ġermaniż hu kif se nsemmi: Sena Skolastika Nru ta' Għalliema Nru ta' Studenti 1994/5 27 1990 1995/6 28 1811 1996/7 28 1847 1997/8 28 1890 1998/99 26 1737
Leg 9 PQ #4371 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Palazz tal-President — Manutenzjoni

Question

Fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 2971, għedt li sar "kuntratt ma' rappreżentant għoli tal-Getty Foundation", jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-kuntratt?

Response (GALEA, LOUIS)

Niskuża ruħi ma' l-Onor. Interpellant li veru li test uffiċjali tar-risposta għall-mistoqsija parlamentari nru 2971, kienet tirreferi għal "kuntratt ma' rappreżentant għoli tal-Getty Foundation". Attwalment it-test korrett kellu jkun "kuntatt ma' rappreżentant tal-Getty Foundation". Pero' ġejt mgħarraf li sar ftehim bil-miktub bejn il-Valletta Rehabilitation Project u l-Getty Foundation dwar ir-restawr tal-Kappella tal-Paladini fil-Palazz. Nixtieq għalhekk nirreferi lill-Onor. Interpellant biex ipoġġi l-mistoqsija tiegħu lill-Onor. Ministru ta' l-Ambjent billi l-VRP hija dipendenza tal-Ministeru tiegħu.
Leg 9 PQ #4380 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed ikollhom il-kapijiet ta' l-iskejjel fl-għażla u fir-reklutaġġ tal-part-time cleaners u part-time clerks fl-iskejjel tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kap ta' l-Iskola flimkien mal-President ta' l-Iskola u l-Assistent Kap ta' l-Iskola (aktar anzjan fil-każ ta' aktar minn Asst. Kap wieħed), jiffurmaw il-Kumitat li jintervista u jagħmel l-għażla tal-Part-time Cleaners u Part-time Clerks. Fil-każ, meta l-President ma jkunx jista' jattendi, huwa/hija jiġi sostitwit minn membru ieħor tal-Kunsill (magħżul mill-kunsill) u f'każ fejn Assistent kap ta' skola ma jkunx hemm, jiġi sostitwit mill-għalliem l-aktar anzjan. Ir-reklutaġġ isir skond il-ħtieġa u skond in-numru ta' vakanzi li jkunu jeżistu minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #4381 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed ikollha d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fir-reklutaġġ tal-part-time clerks u part-time cleaners fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan l-aħħar id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ħarġet żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet biex jiġu ngaġġati part-time clerks u casual cleaners f'diversi skejjel ta' l-Istat. L-avviżi dehru fil-Gazzetta tal-Gvern u ngħataw promozzjoni fil-gazzetti lokali. L-applikanti prospettivi ntalbu jitfgħu l-applikazzjoni tagħhom fl-iskejjel fejn xtaqu li jagħtu s-servizz tagħhom. L-intervisti u l-għażla saru fl-iskejjel rispettivi minn Board kompost mill-Kap ta' l-iskola, l-Assistant Head u ċ-Chairperson tal-Kunsill ta' l-iskola partikolari. Kif inhi l-proċedura stabbilita, l-persuni magħżula mill-Boardijiet, intalbu jirreġistraw fit-Taqsimiet tar-Records u s-Salarji, fil-Head Office tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. U mistenni li fiż-żmien qrib, wara li d-Dipartiment ta' l-Operations ikun ivverifika u kkonferma l-ħtieġa li jiġu ngaġġati part-time clerks oħra fi skejjel ta' l-Istat, id-Diviżjoni tippublika sejħa oħra fil-Gazzetta tal-Gvern. L-għażla mbagħad issir fl-iskejjel rispettivi.
Leg 9 PQ #4382 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sehem qed ikollu l-ministeru fl-għażla u fir-reklutaġġ tal-part-time clerks u part-time cleaners fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultali l-ebda sehem tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fir-reklutaġġ tal-part-time clerks u part-time cleaners.
Leg 9 PQ #4706 Sitting 67 1999-02-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sportivi tas-Sena

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li konkors organizzat fuq skala nazzjonali, dak ta' l-Isportivi tas-Sena, ma ntweriex fuq l-istazzjon nazzjonali? Min ħa din id-deċiżjoni u fuq liema bażi? Kien hemm stazzjonijiet oħra interessati minbarra l-istazzjon tal-PN?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kumitat Organizattiv xtaq li, per prinċipju, jkun l-istazzjon televiżiv ta' l-istat li jxandar l-Għażliet. Iżda, għat-tieni sena konsekuttiva, minħabba talba għall-ħlas mill-P.B.S. Ltd, il-Kumitat kien kostrett li jirrikorri għall-istazzjonijiet privati għat-trasmissjoni diretta tal-Finali. Wara laqgħa li saret ma' uffiċjali tal-P.B.S. Ltd, il-Kumitat Organizattiv ġie magħrraf li l-ħlas li kien se jiġi mitlub għall-kiri ta' OB Unit (3 cameras u crew) u Lights & Sound kien ta' Lm2000 u Lm5 għal kull siegħa overtime. Fit-8 ta' Novembru 1998 intbagħtet ittra lid-direzzjoni ta' Net TV, Super 1 TV u Smash TV. Net TV irrisponda fil-15 ta' Nivembru 1998 li kien interessat u talab li ssir laqgħa dwar is-suġġett. Super 1 TV ikkuntattjaw verbalment lil xi uffiċjali tal-Kumitat Organizattiv u ġie mitlub jibgħat fax iżda l-Kumitat baqa' mingħajr risposta. Smash TV ma bgħat ebda risposta. Fit-3 ta' Jannar 1999, uffiċjali mill-Kumitat Organizattiv iltaqgħu mad-direzzjoni ta' Net TV li minn naħa tagħhom offrew koperazzjoni sħiħa mingħajr kumpens finanzjarju għat-trasmissjoni finali. Peress li l-offerta ta' Net TV kienet l-aktar waħda vantaġġjuża, ġie deċiż li jingħata l-esklussivita' għax-xandira tal-Finali. Dan tħabbar uffiċjalment waqt Press Conference li saret fit-12 ta' Jannar 1999. Ta' min jgħid ukoll li Net TV offra li jkun co-sponsor fis-sens li ħallas għall-kiri tas-sistema tad-dawl, l-allestiment tal-palk u l-kiri ta' multi-video screen system, ħlasijiet li jammontaw għal madwar Lm1,000.
Leg 9 PQ #4619 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru tal-Kultura — Sur Richard Muscat

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li s-Sur Richard Muscat se jibqa' konsulent tal-Ministeru dwar il-Kultura wara li jinħatar Ambaxxatur għall-Irlanda?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-kuntest tal-proċedura normali u stabbiliti dwar nomini ta' Ambaxxaturi, ikun prudenti li wieħed iwieġeb din il-Mistoqsija f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4699 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Item 4178 — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus minn Item 4178 sa l-aħħar ta' Jannar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 1999 kien għadu ma ntefaq xejn mill-Item 4178.
Leg 9 PQ #4700 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Isport — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Vot 13 tad-Dipartiment ta' l-Isport sa l-aħħar ta' Jannar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 1999 kien għadu ma ntefaq xejn mill-Vot 13 tad-Dipartiment ta' l-Isport.
Leg 9 PQ #4701 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Swimming Promotion Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3076?

Response (GALEA, LOUIS)

S'issa m'għandi xejn ġdid x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 3493.
Leg 9 PQ #4702 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Programmes and Initiatives — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 4185 - Programmes and Initiatives - sa l-aħħar ta' Jannar? Jista' l-Ministru jgħid fiex intnefqu dawn il-flus?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 1999 intnefqu Lm9944 mill-Item 4185 - Programmes and Initiatives tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Dan l-ammont huwa mqassam hekk: Għotjiet - Lm6,600 Akkomodazzjoni Le Meridien Phoenician - Lm1,800 (Żjara ta' delegazzjoni Ċiniża) Kiri ta' P.A. System - Lm 20* Proviżjoni u tqegħid ta' Foam Board - Lm 58* Avviżi - Lm 691 Beverages - Lm 36* Riċeviment - Lm 220* Kiri ta' Courtyard - Teatru Manoel - Lm 176* Sundry Materials - Lm 339 Photoprints - Lm 4* *Din in-nefqa saret in konnessjoni ma' l-Youth Exchange Exhibition.
Leg 9 PQ #4703 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Qroqq — Pixxina Nazzjonali - Ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar mill-konsulenti maħtura dwar il-ħsarat fil-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja tar-rapport li sar mill-konsulenti maħtura dwar il-ħsarat fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi Seduta.
Leg 9 PQ #4704 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Racing Club — Tlielaq taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4176?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-permess meħtieġ kien ingħata snin twal ilu taħt l-Ordinanza dwar l-Imħatri fit-Tiġrijiet taż-Żwiemel. Baqa' jiġġedded regolament b'mod awtomatiku kull sena meta l-Malta Racing Club kien jimla formola hekk kif jimlew il-Każini normali: madwar għoxrin sena ilu l-Pulizija informat il-Club li ma kienx meħtieġ jibqa' jimla l-formola imsemmija minħabba li ma kienx "Club" b'lista ta' membri. L-awtoritajiet baqgħu jirrikonoxxu l-funzjonijiet tal-Malta Racing Club kif dejjem ġew imwettqa. L-approvazzjoni għall-imħatri li keinet ingħatat oriġinarjament fil-bidu tas-seħħ tal-liġi in kwistjoni qatt ma ġiet irtirata u l-operazzjonijiet tat-tiġrijiet taż-żwiemel baqgħu jiġu sviluppati a' bażi ta' din l-approvazzjoni.
Leg 9 PQ #4774 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Lezzjonijiet tar-reliġjon

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel primarji u sekondarji tal-gvern li jitolbu sabiex ma jattendux għal-lezzjonijiet tar-reliġjon?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni meħtieġa għar-risposta għadha qed tinġabar mill-iskejjel, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #4792 Sitting 66 1999-02-22 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni Kon-Katidral ta' San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuqhiex qed taħdem il-Fondazzjoni Kon-Kattidral ta' San Ġwann? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi mnaddfa u restawrata l-gallerija tal-librerija tal-Kattidral li tagħti għal Triq Merkanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fondazzjoni għall-Kon-Kattidral ta' San Ġwann, imħabbra fid-diskors tal-Budget, għad trid tiġi kostitwita mill-Gvern u l-Mistoqsija għandha ssir lill-Onor. Prim Ministru.
Leg 9 PQ #3493 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Swimming Promotion Unit

Question

Peress li l-Ministru fit-tweġiba li tani għall-mistoqsija parlamentari numru 2521 qal li xi forma tat-taħriġ fl-għawm għat-tfal ta'l-iskejjel se jibda kmieni din is-sena, jista'l-Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet dwar dan? Minbarra l-awtoritajiet fil-Pixxina Nazzjonali qed isiru xi taħdidiet ma' kapijiet ta'l-iskejjel ta'l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-twaqqif tas-Swimming Promotions Unit irid ikun studjat flimkien mat-tqassim ta' għalliema tal-P.E. fl-iskejjel tal-Gvern. Bħalissa hemm nuqqas ta' għalliema tal-P.E. partikolarment fl-iskejjel primarji. Għalhekk wieħed irid jara kif jista' jinbeda t-taħriġ ta' l-għawm fil-Pixxina mingħajr ma jnaqqas l-għalliema tal-P.E. fl-iskejjel. Fl-istudju dwar kif jista' jkun żviluppat it-taħriġ ta' l-għawm, s'issa saru diskussjonijiet ma'l-Education Officer ta' l-Isport.
Leg 9 PQ #3558 Sitting 65 1999-02-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Librerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq kotba fil-librerija ta' l-Universita' mill-1987 sa l-1998, sena b'sena, u f'liema oqsma?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.