Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministru dwar il-proposta magħmula f'dan il-Parlament sabiex jiġi re-sited il-Monument ta' Dun Mikiel Xerri għal Misraħ San Ġorġ il-Belt Valletta?
Min huma l-entitajiet li l-Ministru qiegħed jitlob il-parir tagħhom dwar din il-proposta?
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mogħti time limit għall-kummenti li ntalbu? Il-Ministru rċeiva xi rakkomandazzjonijiet favorevoli apparti l-proposta oriġinali?
Response (GALEA, LOUIS)
Qiegħed nieħu interess fil-proposta permezz tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li ġie avviċinat riċentement biex jitkellem ma' awtoritajiet oħra konċernati dwar il-proposta. Inkun f'qagħda nirrelata fid-dettal aktar tard.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għalfejn il-Work Resources Committee ta' l-Academic Staff ta' l-Univerista' qiegħed jirrifjuta li jagħti l-Work Resources lil Academic Staff ta' l-Universita' li huma assenjati b'xogħol fil-Junior College filwaqt li jalloka fondi lill-Academic Staff li huma assenjati f'fakultajiet u istituti oħra ta' l-Universita'?
Response (GALEA, LOUIS)
Jiena konxju tat-talbiet għal "Work Resources" mill-istaff akkademiku tal-"Junior College" u qiegħed nifli l-fatti u r-raġunijiet mogħtija minn dawk kollha nvoluti f'din il-materja bl-iskop li ngħin fis-sejbien ta' soluzzjoni mill-aktar fis possibli.
B'riferenza għas-sejħa għall-skrivani part-time għall-erba' skejjel li saret dan l-aħħar, jista' l-Ministru jgħid meta tidħol applikazzjoni kellhiex tingħata riċevuta bħala acknowledgement?
Jekk iva, għalfejn fl-iskola tal-Kalkara ma ġietx osservata din il-prassi?
Jista' l-Ministru jgħid jekk photocopy tal-kondotta tal-pulizija kienx biżżejjed, minħabba li kien hemm skejjel li talbu ċertifikat oriġinali meta l-pulizija ċertifikat oriġinal wieħed joħorġu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba għadha ma waslitlix, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-kamra dwar kemm hemm u kien hemm studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-lingwa Russa fl-iskejjel sekondarji tal-gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern fis-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 in-numru ta' studenti u għalliema jitgħallmu u jgħallmu l-lingwa Russa hu kif se nsemmi:
Sena Skolastika Nru ta' Għalliema Nru ta' Studenti
1994/5 1 4
1995/6 1 6
1996/7 1 10
1997/8 1 7
1998/9 - -
Fil-fatt ma jien xejn sodisfatt li qed nagħmlu dak kollu li nistgħu biex pajjiżna jassigura grupp regolari ta' persuni li huma kompetenti f'din il-lingwa. Beħsiebni niddiskuti mad-Diviżjoni u l-Istitut Kulturali Russu x'miżuri nistgħu nadattaw għal titjib f'dan ir-rigward.
Fid-dinja tal-lum mhux biss hu importanti fih innifsu talli hemm opportunitajiet tajbin għal min jipposedi din il-lingwa.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema nisa fl-iskejjel primarji u sekondarji li qegħdin fl-aħħar ħames snin ta' servizz tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħal issa hemm 90 għalliema nisa fl-iskejjel ta' l-Istat li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm preżentement għalliema rġiel fl-iskejjel primarji u sekonarji li qegħdin fl-aħħar ħames snin ta' servizz tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħalissa hemm 39 għalliema rġiel fl-iskejjel ta'l-Istat li qegħdin fl-aħħar ħames snin tas-servizz tagħhom.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema fażi waslu x-xogħlijiet ta' estensjoni ta' l-iskola primarja tax-Xgħajra?
Response (GALEA, LOUIS)
Inforamt li x-xogħlijiet strutturali fuq l-estensjoni ta' l-iskola primarja tax-Xgħajra huma prattikament lesti u ngħata bidu għal xogħlijiet ta' servizzi mekkaniċi u elettriċi kif ukoll ta' finatura li hu antiċipat li jkunu lesti lejn Ġunju ta' din is-sena. Wara jibdew xogħlijiet ta' tiġdid fl-iskola eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-proġett ta' l-introduzzjoni ta' l-Internet f'għadd ta' skejjel f'Malta u f'Għawdex? Meta se jasal l-Internet fl-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-proġett ta' l-introduzzjoni ta' l-internet fl-iskejjel ta' Malta u Għawdex, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni flimkien mal-Maltacom PLC, Terranet Ltd u l-M.I.T.T.S qed jaħdmu f'kollaborazzjoni flimkien biex dan iseħħ fl-iqsar żmien possibli.
Kien hemm xi problemi tekniċi li issa ġew superati u għalhekk huwa maħsub li fi ftit ġimgħat oħra s-servizz ta' l-internet ikun fil-ħamsa u għoxrin (25) skola magħżula.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal it-tfassil tal-Kulleġġ Vokazzjonali post-sekondarju? Min qed jieħu sehem fit-tfassil? Min ġie kkonsultat s'issa? Meta hu maħsub li jkun hemm l-ewwel abbozz ta' proposti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tfassil tal-Kulleġġ Vokazzjonali post sekondarju qed jiġi mħejji minn 'Steering Committee' li twaqqaf għal dan l-iskop fit-3 ta' Diċembru 1998.
L-'iSteering Committee' huwa kompost hekk:
Chairperson Onor Jesmond Mugliett Segretarju Parlamentari
Membri Ms Joyce Pullicino Direttur, Studji Ogħla u
Edukazzjoni għall-Adulti
Rev Prof Peter Konsulent tal-Gvern
Serracino Inglott
Dr Joe Micallef Kap-Dipartiment Inġinerija
Mikroelettronika, Universita'
ta' Malta
Dr Edward Warrington Lecturer, Dipartiment Public
Policy, Universita' ta' Malta
Mr Franco Valletta Konsulent, Riżorsi Umani,
Mr Stephen Eric Uffiċjal Edukattiv, Studji
Cordina Ogħla u Edukazzjoni għall-
Adulti
Ms Antoinette Caruana Manager, Riżorsi Umani,
Playmobil Co. Ltd
Dr Paul Heywood Kap, Malta Equivalence
Information Centre
Mr Alan Caruana Konsulent, Pricewaterhouse
Coopers
Mr Robert Laurenti Kap Eżekuttiv, Korporazzjoni
tax-Xogħol u Taħriġ
L-'iSteering Committee' qed jiġi mgħejjun minn dawn il-ħames 'Working Groups':
1. Kurrikulu, Oqsma ta' Studji, Kwalifikazzjonijiet u Ċertifikati
Dr Paul Heywood Rev Prof Saviour Chircop
Ms Mary Vella Mr Charles Galea Scannura
Dr Ronald Sultana Ing. Carmel J Azzopardi
Mr George Chase Ing. Mario Cassar
Mr John Jones Mr Paul Galea
Mr Robert Laurenti
2. Amministrazzjoni, Riżorsi Umani u Finanzi
Ms Joyce Pullicino Mr Joseph Galea
Mr Joe Sammut Ms Yvonne Pulis
Mr Anthony Gellel Mr Kevin Sciberras
Dr Edward Warrington Mr Alfred Buttiġieġ
3. Konsultazzjoni ma' l-Istudenti, l-Industrija u l-Kummerċ
Mr Charles Galea Scannura Mr Lino Zahra
Mr Kevin Sciverras Mr Felix Grech
Mr Sandro Spiteri Ms Antoinette Caruana
Mr Stephen Debono Mr John Fernandez
4. Kostruzzjoni, Infrastruttura u Faċilitajiet
Il-Perit Joe Falzon
Il-Perit Joe Spiteri
Mr Paul Attard
Mr Joe Bonniċi
5. Struttura
Rev Prof Peter Serracino Inglott
Dr Paul Heywood
Mr Stephen Cordina
S'issa saret laqgħa ma' l-għalliema ta' l-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano, iċ-Ċentru għat-Taħriġ fl-Elettronika Fellenberg u l-Liċeo Superjuri Paolino Vassallo.
L-ewwel abbozz ta' proposti mistenni li jkun lest lejn it-tmiem tas-sena skolastika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux ippjanat li jipprovdi post addattat fejn jaħdmu lil dawk li jaħdmu l-karrijiet tal-Karnival, bil-għan li xogħolhom ma jintilifx minħabba l-maltemp? Jekk iva, meta huwa ppjanat li dan il-post jiġi pprovdut u fejn?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Membru għar-risposti fuq l-istess suġġett li tajt numri 4030 u 4287. Nixtieq inżid li diġa' ħadt passi biex il-proċeduri neċessarji ma' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar jiġu segwiti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' visitaturi/turisti li huma rapportati li daħlu jżuru l-mużewijiet nazzjonali li għandna fil-gżejjer tagħna matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'kien id-dħul finanzjarju għal kull sena?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ma laħaqx wasalli fil-ħin opportun u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra
Mużewijiet nazzjonali — Żjajjar minn għaqdiet volontarji
Question
Jikkonsidra l-Ministru li fil-futur għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb tfal, żgħażagħ u nies oħra tas-soċjeta' tagħna, ikun permess lilhom li jorganizzaw żjarat fil-mużewijiet nazzjonali matul il-ħin ta' fil-għaxija naturalment b'kordinament mad-Dipartiment tal-Mużewijiet?
Peress li dan il-bżonn jinħass sew, jista' l-Ministru joħroġ avviż sabiex ikun jaf min huma l-għaqdiet interessati u wara jipprova għal xahar din il-miżura u l-effett tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li l-proposta ta' L-Onor. Kollega tiġi kunsidrata mid-Dipartiment tal-Mużewijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3526?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Konferenza u n-National Workshops, 11-15 Jannar li saru fil-Lukanda Meridien Phoenicia swew:
1. Kiri ta' swali, faċilitajiet u ikel: Lukanda Meridien
Phoenicia
a. Workshops 1 & 2 Parteċipanti 23
b. Workshops 3 & 4 Parteċipanti 20
c. Workshop 5 Parteċipanti 19
d. Konferneza Nazzjonali Parteċipanti 99
2. Kiri ta' apparat ta' PA, Interpretazzjoni u Projection
(5 ijiem)
3. Interpreti
4. Folders/Dokumentazzjoni u Back Board
5. Ħlasijiet lill-Esperti Maltin
6. Spejjeż Oħrajn
Total 1 - 6 Lm4,345.82
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 - EU Programmes sa l-aħħar ta' Jannar u fiex intnefqu?
Fiex waslu t-taħdidiet dwar dawn l-istess programmi ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-aħħar ta' Jannar 1999 għadhom ma ntefqux flus mill-Item 4349 - E.U. Programmes.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport ikunu trasferiti għall-uffiċini ħdejn is-Segretarjat fil-Furjana?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-trasferiment ta' l-uffiċini tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-Furjana sar bejn l-aħħar ta' Diċembru 1998 u l-bidu ta' Jannar 1999.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 60 - Improvement to property sa l-aħħar ta' Jannar u fiex intnefqu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-nefqa mill-Item 60 - Improvements to Property tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport sa l-aħħar ta' Jannar 1999 kienet ta' Lm19.47. Din in-nefqa saret biex inxtraw 15-il litru żebgħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu computer scanners kemm fil-ministeru kif ukoll fid-dipartimenti kollha li jaqgħu fir-responsabbilta' tad-dekasteru tiegħu dipartiment, b'dipartiment?
Jista' jgħid x'ditta huma?
Meta nxtraw?
Kemm swew l-ispejjeż?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kif ġej:
Ditta Meta Lm
nxtraw
Ministeru Brother (3) 14.12.98 Lm450-il wieħed
Segretarju HP 18.5.98 Lm150
Parlamentari
Direttur Ġenerali Genius (1) }
HP (3) } 18.5.98 Lm150-il wieħed
Mustek (1) }
Dipartiment ta' Scanjet 5100C ___ ___
l-Eżamijiet HP
Dipartiment tal- HP ___ Lm130
Mużewijiet
Dipartiment tal- NMA HP 1996 porvduta mill-
Libreriji u MITTS
Arkivji Maritime HP ___ mgħotija
Dipartiment tal- ___ ___ ___
Kultura
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma l-Kamra kemm studenti qed jattendu u attendew l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala tul is-snin 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
L-istatistika mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid u jinforma lill-Kamra x'xogħol ta' manutenzjoni u tiswija saru ġewwa l-iskola tal-Junior Lyceum Verdala, Bormla tul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 u jista' jelenka l-problemi li qamu riċentement fuq dan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-snin 1995, 1996, 1997 u 1998 sar xagħol ta' manutenzjoni fil-Junior Lyceum "Ġużeppi Despott" Bormla kif ġej:
SENA XOGĦOL SPIŻA
1995 Xogħol ta' tqegħid ta' madum 2,280.00
1996 Tiswija fuq in-"Nissan Huts" 575.00
Xogħol ta' "waterproofing" ta' 8,272.00
soqfa
Xiri ta' materjal u kiri ta' 1,894.78
makkinarju għal xogħol ta'
manutenzjoni ġenerali
Xogħol ta' "Aluminium" 5,231.35
1997 Xogħol ta' "Surveying" 1,700.00
1998 Kostruzzjoni ta' estensjoni 21,705.00
fl-iskola
Kostruzzjoni ta' klassijiet 11,101.00
temporanji
Xogħol ta' "refurbishment" 1,123.00
TOTAL 53,882.13
Il-biċċa l-kbira tax-xogħol ta' Manutenzjoni u tiswijiet kif elenkati mill-iskola f'Novembru li għadda sar f'Diċembru, iżda minn dak inhar 'l hawn inqala' xi xogħol ta' tiswija oħra bħal ħġieġ imkisser, locks miksurin, bibien imkissra etc.