Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6011 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ħamrun - Adelaide Cini

Question

Jaf il-Ministru li l-Iskola Adelaide Cini tal-Ħamrun ilha mingħajr Head għal ħafna ġimgħat? Meta jaħseb li se tintbagħat Head ieħor/a f'din l-iskola minħabba l-urġenza tal-każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Iskola Adelaide Cini ilha mingħajr Head minn meta l-Head ħadet promotion ta' Assistant Director. Head oħra tintbagħat malli tinstab il-persuna addatta biex timla din il-kariga.
Leg 9 PQ #6036 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew ta' l-Arkeoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nies żaru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, xahar b'xahar, minn meta reġa' nfetah f'April li għadda?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-lista ta' kemm nies żaru l-Mużew ta' l-Arkeoloġija, xahar b'xahar hi kif ġej: XAHAR B'XEJN BI ĦLAS TOTAL April 1977 7864 9841 Mejju 469 6333 6802 Ġunju 428 3262 3690 Lulju 602 3887 4489 Awissu 111 5079 5190 Settembru 630 5318 5948 Ottubru 1048 6484 7534 Novembru 995 5503 6498 Diċembru 1486 4453 5939 Jannar 832 3141 3973 Frar 619 3318 3937
Leg 9 PQ #6047 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Stipendji ta' l-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport dwar l-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita' li tkellem dwaru is-Segretarju Parlamentari Mugliett?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, beħsiebni nagħmel dan fil-mument opportun.
Leg 9 PQ #4937 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola San Miguel — Hydrotherapy pool

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa b'kollox il-hydrotherapy pool li hemm fl-iskola San Miguel f'Saint Andrews u għaliex dan il-pool għadu mhux qed jintuża mit-tfal b'diżabilita? Hemm il-ħsieb li xi darba dan il-pool ikun fi stat li jintuża? Meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4982.
Leg 9 PQ #5073 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema peripatetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir biex l-għaxar persuni li huma għalliema peripatetiċi fit-taqsima għal dawk neqsin mis-smiegħ jingħataw lap tops għax dan ikun jista' jgħinhom ħafna fix-xogħol li jagħmlu mat-tfal l-aktar fl-użu ta' soft ware addattat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn l-għalliema se jkollhom il-laptop mis-sena skolastika li jmiss.
Leg 9 PQ #5089 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tas-Snajja' - Assistenti kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-post ta' assistenti kapijiet tat-trade schools li r-riżultat ġie ppubblikat din is-sena? Min applika? Kif ingħataw il-marki? X'kien il-weighting ta' kull kategorija tal-kriterji differenti? F'kull każ, kemm ġab marki kull wieħed mill-applikanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li għall-post ta' Assistent kap ta' "Trade School" applikaw 63 persuna. Persuna irtirat l-applikazzjoni tagħha. 5 persuni ma kellhomx il-kwalifiki meħtieġa. 57 persuna ġew intervistata. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku ippubblikat ir-riżultat u tippermetti li d-Diviżjoni tagħti "breakdown" tal-marki lil individwu li jitlobha.
Leg 9 PQ #5371 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Rispett lejn l-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi edukattivi qed jittieħdu jew qed jiġu ppjanati li permezz tagħhom tinfirex fost l-istudenti żgħażagħ u t-tfal fi ċkunithom fl-iskejjel is-sens ta'rispett lejn l-anzjani?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-Tema dwar l-Anzjani tagħmel parti mis-Sillabu ta' l-Istudji Soċjali għall-Iskejjel Primarji u Sekondarji. L-istess tema hi parti mill-programm tal-PSE. L-emfasi huwa dejjem fuq l-edukazzjoni f'attitudnijiet pożittivi lejn l-anzjani fil-komunita'. Id-dipartiment tas-Servizz għall-Istudent fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qiegħed jaħdem fuq proġett ta' kif l-iskola tista' tkun ta' servizz għall-anzjani fil-komunita'.
Leg 9 PQ #5373 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Tagħlim fuq l-UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-avis u tagħrif ieħor dwar l-Unjoni Ewropea sarx parti mis-sillabu tal-Form 4 matul dawn l-aħħar ġimgħat? Jaf il-Ministru li fil-fatt għalliema/studenti fil-Junior Lyceum Sir Adrian Dingli li qed jgħallmu l-History, Social Studies u Geography lil Form 4's matul dawn l-aħħar ġimgħat kienu qed jikkonċentraw it-tagħlim tagħhom lill-istudenti fuq l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma sar ebda tibdil fis-sillabi ta' l-istorja, Ġeografija u Studji Soċjali minn Settembru 1997 'l hawn. Is-sillabi ta' dawn is-suġġetti huma bbażati fuq dawk ta' l-eżamijiet tas-S.E.C. Fil-każ tal-Ġeografija u ta' l-Istudji Soċjali, it-tema "Unjoni Ewropeja u t-tħaddim tagħha" tagħmel parti uffiċjali mis-sillabi ta' l-iskejjel u tas-S.E.C. Għaldaqstant, l-għalliema u l-istudenti huma marbutin li jimxu ma' dawn is-sillabi. B'referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, ma jirriżultax li dak li qed jingħad fuq li l-għalliema tal-History, Social Studies u Geography li jgħallmu lill-Form 4 qed jikkonċentraw it-tagħlim tagħhom fuq l-Unjoni Ewropea. L-għalliema/Studenti kollha qalu li huma mhux qed jaħdmu fuq dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #5374 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Higher Secondary - Stipendju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li wħud mill-istudenti tal-Higher Secondary għandhom stipendju u oħrajn le? X'inhi l-bażi li jingħata l-istipendju fuq dan il-livell?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti li jattendu l-Giovanni Curmi Higher Secondary School, kif ukoll l-istudenti li jattendu xi 'Sixth From' Statali jew privat, s'issa għandhom id-dritt għal stipendji, jekk jissodisfaw il-kriterji mxandra f'avviż legali 132 ta' 1996 u 19 ta' 1998: Att dwar l-Edukazzjoni (Kap 327). Regolamenti ta' l-1996 dwar ir-rati ta' Allowance għal Studenti tas-Sixth Form. Kapja ta' l-Avviż legali ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5495 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistenti kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jsiru l-ewwel appointments mil-lista ta' l-1 ta' Frar, 1999 għall-postijiet vakanti ta' assistenti kapijiet ta' l-iskejjel sekondarji?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ewwel riżultati ta' l-assistenti kapijiet fl-iskejjel primarji kellhom jiġu irtirati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku minħabba xi nuqqasijiet li twettqu waqt il-proċess ta' l-għażla. Minħabba din id-diffikulta' mhux possibli li jsir il-ħatra ta' l-Assistenti Kapijiet fl-iskejjel sekondarji għalissa.
Leg 9 PQ #5763 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Delegazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-ministeru, segretarjat parlamentari, meta jagħti l-każ u mid-dipartimenti governattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu żaret pajjiżi barra minn Malta minn Ottubru 1998 sal-lum? Minn min kienu magħmula d-delegazzjonijiet msemmija? Fuq liema xogħol attendiet kull delegazzjoni? Kemm swiet l-ispiża ta' kull delegazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #5866 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Masseur

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex fil-kumpless tal-Pixxina jkun hemm masseur? Jekk iva meta, kemm kien hemm nies li applikaw, kif saret l-għażla u x'qed jiggwadanja l-kumpless mill-ħlas li qed jiġu ċċarġjati l-klijenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien infurmat li ma nħarġet ebda sejħa sabiex ikun hemm masseur fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #5867 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex jibnu xi uffiċini fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali? Jekk iva, meta saret din is-sejħa, kif ġie magħżul/a, jekk hemmx xi ħlas dovut u għalkemm żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda sejħa sabiex jinbnew xi uffiċini fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali.
Leg 9 PQ #5868 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-isem tal-kuntrattur inkariġat mit-tindif tal-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hu l-ħlas dovut kif ukoll jinkludi t-tender? F'każ li għal xi raġuni jew oħra dan il-kuntrattur ikun nieqes mix-xogħol, imur xi ħadd minfloku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntrattur inkarigat mit-tindif tal-Pixxina Nazzjonali huwa l-Bad Boy Cleaners Co. Ltd. Dettalji dwar il-ħlas dovut kienu ingħataw fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1775. Għad qatt ma kien il-każ li l-kuntrattur kien nieqes mix-xogħol.
Leg 9 PQ #5869 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Tender

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tender tal-Bar & Restaurant tal-Pixxina Nazzjonali? X'inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ ta' l-għeluq u jekk hux qed jinżammu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Bar tal-Pixxina Nazzjonali huma: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa - 08.00 - 14.00 u 16.00 - 18.00 Is-Sibt - 08.00 - 16.00 u 17.30 - 22.30 Il-Ħadd - 08.30 - 16.30 Matul ix-xhur tax-xitwa kien hemm żmien li dawn il-ħinijiet ma nżammux minħabba nuqqas ta' nies li jiffrekwentaw il-Pixxina. Fis-sajf mistenni li l-ħinijiet jerġgħu lura għan-normal. Kopja tal-kuntratt ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5870 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-maġġoranza tal-ħaddiema fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali qegħdin b'kuntratt li jiġġedded kull xahar?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa qiegħda tkun studjata l-aħjar struttura ta' tmexxija għall-Pixxina Nazzjonali. Il-kuntratti definiti tal-ħaddiema għandhom ikunu studjati fid-dawl ta' dan l-eżerċizzju.
Leg 9 PQ #5871 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Science Lab Technicians — Interviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-interviews tas-Science Lab Technicians? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm applikaw u kemm hemm vakanzi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nassumi li din id-domanda tirreferi għas-sejħa ta' l-applikazzjonijiet għal Laboratory Officers I/II (Biology) tal-5 ta' Novembru 1998. Informat li l-intervisti jsiru immedjatament meta l-Kunsill ta' l-Universita' jaħtar il-membri fuq il-Bord tas-Selezzjoni. Kien hemm disgħa applikazzjonijit u hemm tlett vakanzi.
Leg 9 PQ #5903 Sitting 80 1999-03-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monument tal-Ħelsien ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-monument li jfakkar il-Ħelsien ta' Malta huwiex se jintlaqat minħabba l-proġett tal-Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Jidhirli li din il-Mistoqsija għandha tiġi riferita lill-Ministeru ta' l-Ambjent.
Leg 9 PQ #3890 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti li nqabdu bid-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti matul is-sena skolastika 1997/98 u din li qegħdin fiha separatament ta' studenti li nqabdu bid-drogi fl-iskejjel ta' l-Istat kif ukoll fl-iskejjel privati u dawk tal-Knisja? Fl-istess żmien kemm kien hemm li ġew identifikati li kienu jieħdu d-droga b'mod regolari? Kemm minnhom kienu studenti subien u kemm bniet? X'kienu l-etajiet tagħhom? X'passi ttieħdu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-informazzjoni rikjesta hi kif se nsemmi: 1997 - 1998 - xejn 1998 - 1999 - każ wieħed Fil-każ tal-1998 - 1999, dan ġie riferut lil SEDQA għall-'counselling' speċjalizzat. Il-każ kien jirrigwardja tifel ta' 14-il sena, iżda mhux stabbilit jekk kienx jieħu droga b'mod regolari. L-iskejjel tal-Knisja u Privati ma jirrappurtawx każi simili lid-Diviżjoni ta'l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #4926 Sitting 79 1999-03-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Bullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-inizjattiva li kienet inbdiet dwar imġieba tajba fl-iskejjel biex ixxerred normi ta' mġieba pożittiva u teħodha kontra l-bullying fl-iskejjel?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ħafna skejjel qegħdin jagħmlu School Development, li jinkludi prevenzjoni, tagħrif, pjan ta' azzjoni u servizz ta' counselling fl-iskejjel tagħhom għat-tfal, għalliema u ġenituri. Skejjel Sekondarji u Primarji qegħdin jiġu megħjuna mill-Guidance and Counselling Unit u mill-Education Welfare Section biex iħaddmu l-pjan miftiehem biex itaffu din il-problema. Id-Drama Unit ta sehem effettiv ħafna bil-play li tellgħu fuq is-suġġett u li rawha numru kbir ta' studenti. Il-Ministeru u d-Diviżjoni qed ikomplu jaħdmu biex isaħħu l-inizjattivi f'dan il-kamp.