Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6042 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bini storiku — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5741?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li x-xogħol ta' restawr fuq il-monumenti arkitettoniċi pubbliċi fl-inħawi ta' l-Imdina u tar-Rabat jaqa' taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru ta' l-Ambjent. Għal dan l-iskop il-Gvern diġa' ddikjara li fi żmien qasir ħafna se jibda Proġett ta' Riabilitazzjoni Għall-Imdina u r-Rabat fuq l-istess mudell ta' proġetti simili fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta u tal-Kottonera. Ix-xogħol ta' dan il-proġett - li jaqa' taħt ir-responsabilita' tal-Ministeru ta' l-Ambjent - huwa li jniedi strateġija ġenerali għall-konservazzjoni tal-wirt storiku taż-żona in-kwistjoni, u li jiddirieġi x-xogħol kollu ta' restawr li huwa meħtieġ f'dawn l-inħawi.
Leg 9 PQ #6070 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bormla — Pjazza Sta. Margerita

Question

Peress li għal mistoqsija parlamentari numru 5904 il-Ministru ta' l-Ambjent qal li meta l-ground li se jsir f'parti mill-proġett ta' Pjazza S. Margerita, Bormla, se jgħaddi f'idejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, jista' l-Ministru jikkonsidra li t-tmexxija ta' dan il-ground tgħaddi f'idejn it-team ta' St Georges Football Club?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa t-team ta' St George's Football Club qiegħed jagħmel użu mill-ground ta' l-Iskola Verdala li f'April 1998 ġie rranġat mill-Gvern għal dan l-iskop ukoll bi spiża ta' Lm7,900. Hekk kif il-ground f'Santa Margerita jsir skond kif imfassal fil-proġett sħiħ ta' Pjazza S. Margerita, dan mistenni jgħaddi f'idejn il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kif indikat fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5904. Kull talba għall-amministrazzjoni ta' dan il-ground trid issir l-ewwelnett minn St George's F.C. innifsu u din tiġi kkunsidrata fuq il-meriti tagħha mill-awtoritajiet kompetenti. Tajjeb li f'dan l-istadju l-Onor. Interpellant ikun infurmat li l-imsemmi ground jagħmel parti integrali mill-iskola primarja ta' Bormla li taħtha taqa' kull responsabbilta' ta' amministrazzjoni. Sa ftit żmien ilu, dan il-ground kien jintuża kemm mit-tfal ta' l-istess skola waqt il-ħinijiet normali ta' l-iskola, kif ukoll minn amateur football club lokali wara l-ħinijiet ta' l-iskola għab-bażi ta' konċessjoni mill-iskola. Bħalissa, fuq is-sit ta' l-imsemmi ground qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni għall-bini ta' reservoir bħala parti mill-proġett tar-riabilitazzjoni ta' Pjazza S. Margerita.
Leg 9 PQ #6091 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vilhena Band Club — Kunċert

Question

Jista' l-Gvern jirrikonoxxi l-isforz li sar mill-għaqda Vilhena Band Club meta ġie organizzat kunċert f'forma ta' kompetizzjoni ta' marċi ta' l-ogħla livell f'Jannar li għadda billi tintlaqa' t-talba tagħha għal għajnuna/għotja finanzjarja bex tagħmel tajjeb għal parti mill-ispejjeż li daħlet għalihom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab infurmat li dan il-Każin bagħat ittra bid-data tas-26 ta' Jannar 1999 iżda li waslet id-Dipartiment fil-25 ta' Frar 1999 jitlob għajnuna finanzjarja għal Konkors tal-Marċi li din il-banda organizzat fit-23 ta' Jannar 1999. Din it-talba, flimkien ma' diversi oħra, minn baned oħra u minn kemm organizzazzjonijiet u individwi oħra, tinsab lesta biex tiġi kunsidrata mill-Bord li mistenni jitwaqqaf.
Leg 9 PQ #6096 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Parkeġġ ħdejn l-iskola

Question

Jikkonsidra l-Ministru, in vista tar-risposta għad-domanda parlamentari numru 5981, li l-biċċa art kollha ħamrija li hemm fil-kantuniera bejn Triq Kaħwila u Triq Katerina Vitale f'Santa Luċija, ssir parking space sabiex il-mini vans tat-tfal tal-Junior Lyceum ta' Margaret Mortiner f'Santa Luċija jkollhom fejn jipparkjaw? Jista' jsir l-istess bil-biċċa art mhux mibnija, proprjeta' tal-gvern li hemm bejn Triq Kaħwila u Triq l-Istefanotis ġewwa Santa Luċija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-biċċa art li hemm fil-kantuniera bejn Triq il-Kaħwiela u Triq Katerina Vitale f'Santa Luċija li reċentement ġiet imħammla u mqatta' l-blat tagħha sejra tintuża biex fuqha jinbnew maisonettes ta' l-Awtorita' tad-Djar peress li l-art issejjaħ lill-istess Awtorita'. Fir-rigward tal-biċċa art mhux mibnija li hemm bejn Triq il-Kaħwiela u Triq l-Istefanotis ninsab infurmat li din ma tappartjenix lid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Pero` wieħed irid iżid jgħid li għall-iskop ta' parking space għall-mini vans kif issottolineja l-Onor. Interpellant fid-domanda tiegħu, l-istess disinn ta' dan il-Liċeo tal-Bniet ħaseb għalih peress li madwar l-iskola teżisti "ring road" fl-istess preċint tagħha li la darba tkun żviluppata kollha toffri l-ispazju msemmi.
Leg 9 PQ #6155 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bażilika ta' B'Kara — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjega għaliex twaqqaf ix-xogħol fuq il-Bażilika ta' Birkirkara mill-ħaddiema tiegħu u jekk din hijiex waqfa temporanja? Jista' l-Ministru jagħti wkoll żmien meta bejn wieħed u ieħor ix-xogħol se jerġa' jkompli?

Response (GALEA, LOUIS)

Ix-xogħol stabbilit qed jiġi komplut.
Leg 9 PQ #6201 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Speċjali - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm: a) studenti b'diżabilita' li jattendu regolarment; b) studenti b'diżabilita' li jattendu rregolarment; c) kapijiet u assistenti kapijiet; d) għalliema; e) facilitators; f) kindergarten assistants; g) professjonisti oħrajn; h) skrivana/i; i) purtinara/i; u j) ħaddiema oħra fl-iskejjel speċjali li għandu d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni? Kemm minn dawn il-ħaddiema huma full time jew part-time?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #6231 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Assistant heads

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir il-ħatra ta' assistant heads wara li saru l-interviews meħtieġa u ħarġu l-placings ta' l-applikanti? Qed nirriferi għas-sejħa għall-applikazzjonijiet li saru taħt l-amministrazzjoni l-oħra?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li saru interviews separati għall-ħatra ta' Assistent Kap ta' Skola fl-iskejjel Primarji, l-iskejjel Sekondarji u l-iskejjel tas-Snajja'. Id-Diviżjoni resqet in-nominazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku biex timla l-vakanzi fis-settur Sekondarju u dak tas-Snajja'. Sfortunatament, ir-riżultat tas-selezzjoni ta' l-Assistenti Kapijiet ta' l-Iskejjel Primarji ġie annullat mill-PSC u l-intervisti ser isiru mill-ġdid minn Bord ġdid tal-PSC.
Leg 9 PQ #3980 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xandir — Frekwenzi tar-radju vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn frekwenzi tar-radju vakanti bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Mistoqsija għandha tiġi riferita lill-Ministru konċernat li fid-dekasteru tiegħu hemm l-Uffiċċju tal-Wireless Telegraphy.
Leg 9 PQ #5136 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti

Question

Mill-bidu tas-sena skolastika s'issa kemm kien hemm studenti: 1) fl-iskejjel primarji; 2) fl-iskejjel sekondarji (inkluż ex-opportunity centres and trade schools) li s'issa għadhom qatt m'attendew skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Ministeru qed jagħti attenzjoni partikolari biex jevalwa u jitratta l-problema ta' l-assenteiżmu ta' studenti fl-eta' obbligatorja għall-edukazzjoni. Każi ta' assenteiżmu jaqgħu fis-sezzjoni tal-Welfare għax il-parti l-kbira ta' l-informazzjoni tikkonċerna każijiet soċjali li jirrikjedu intervent ta' natura soċjali. Tlabt li jsir eżerċizzju fl-iskejjel u rriżulta li n-numru ta' tfal li ma narrux skola din is-sena skolastika jew li attendew ftit ferm hu kif ser ngħid: Isem tal-Iskola Qatt ma Qatt ma Qatt ma Total attendew attendew b' attendew u ċertifikat ġieli mediku ppreżentaw ċertifikat mediku Maria Assumpta 29 6 1 36 Bormla Girl's Secondary 32 4 4 40 New CEntre Girls Ħamrun 22 2 24 BNIET (Total) 83 12 5 100 Boys' School Floriana 11 11 Boys' School Naxxar 10 5 15 Trade School Naxxar 12 13 7 32 SUBIEN (Total) 33 18 7 58 TOTAL 116 30 12 158 Diġa' qed isir xogħol fil-Ministeru biex nassiguraw li l-istrutturi meħtieġa jissaħħu, u jaħdmu f'koordinament ħafna akbar ma' taqsimiet oħra f'Ministeri oħra.
Leg 9 PQ #5137 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assenteiżmu

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Ottubru 1998 sa Frar 1999 x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu ta' l-istudenti fl-iskejjel sekondarji statali tal-bniet u s-subien ta' Malta u Għawdex skola b'skola (inkluż ex-opportunity centres u trade schools)? Jista' jpoġġi kopja ta' l-istatistika fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Kopja ta' l-istatistika mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #5141 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Marsaxlokk — Skola

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-iskola primarja ta' Marsaxlokk? Se jitkompla? Għaliex waqaf? Qed jiġu kkonsultati l-Kap u l-Kunsill Skolastiku dwar it-tkomplija ta' dan il-proġett? Kemm saru laqgħat ma' dawn? Il-Ministru konxju li bħalissa hemm periklu għat-tfal minħabba li x-xogħol tħalla nofs leħja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntratti li ngħataw għal xogħlijiet fl-Iskola Primarja ta' Marsaxlokk intlaħaq il-valur tagħhom u għaldaqstant dawn qegħdin jiġu magħluqa ħlief għal dak tar-"Resurfacing" li sejjer jitkompla la darba jitlestew xogħlijiet oħra li l-offerti għalihom qegħdin jiġu ppreparati għall-pubblikazzjoni eventwali tagħhom. Fil-preżent il-Kap ta' l-Iskola għandu abbozz ta' dawn l-offerti u qiegħed jiġi kkonsultat b'mod regolari.
Leg 9 PQ #5907 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu — Harry Stanger School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern għall-post magħruf bħala Harry Stanger School fil-Birgu?

Response (GALEA, LOUIS)

Għad m'hemmx deċiżjoni kif l-aħjar jintuża l-post imsemmi.
Leg 9 PQ #5931 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hi preżentament il-popolazzjoni ta' studenti fulltime f'kull skola - primarja, sekondarja, junior lyceums, trade schools u post-sekondarji f'Malta? Kemm ġew allokati flus din is-sena, 1999, lil kull skola għal: (1) impressed for materials and supplies; (2) impressed for maintenance; u (3) impressed for furniture and equipment?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #5935 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet fil-Higher Secondary School ta' Għawdex, il-lezzjonijiet tal-matematika tnaqqsu minn erbgħa għal tnejn fil-ġimgħa? Minn meta tnaqqsu dawn il-lezzjonijiet? Hemm possibbilta' li jerġgħu għan-numru li kienu qabel, speċjalment minħabba l-eżamijiet li l-istudenti jridu jagħtu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Jannar 1999 'il hawn l-istudenti kollha li qegħdin isegwu xi kors fil-matematika kemm f'livell ordinarju, intermedjarju u avvanzat fiċ-Ċentru għall-Istudji Ogħla Sir Mikiel Refalo Għawdex għandhom il-lezzjonijiet kollha li suppost għandhom. Fil-bidu ta' din is-sena skolastika, minħabba n-numru kbir ta' studenti li għażlu l-Matematika u minħabba nuqqas żgħir ta' għalliema, l-istudenti li kienu qegħdin isegwu l-kors ta' reviżjoni f'livell ordinarju ingħataw tnejn minn erba' lezzjonijiet bejn Ottubru u Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #5961 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Fgura - Trasferiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li persuna li isimha qed jintbagħat separatament ħa transfer wara 14-il sena jaħdem bħala handyman fi Skola Primarja A. Fgura? Jaf il-Ministru li fl-istess skola Primarja B kien hemm vakanza li ilha battala għal ħafna żmien? X'kienet ir-raġuni li ngħata transfer meta hemm post vojt fl-istess skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija qed tagħmel xogħol ta' Cleaner għax il-Grade tiegħu huwa ta' General Hand. Kien hemm bżonn li din il-persuna tmur l-iskola fejn intbagħtet għax fl-iskola ta' Fgura Primary 'B' hemm żewġ cleaners ma' 17-il klassi.
Leg 9 PQ #5968 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti li huma kwalifikati fihom l-impjegati fid-dipartimenti li jaqgħu fir-responsabbilta' tiegħu li għalihom igawdu minn allowance għal degree jew diploma? X'inhu x-xogħol relattiv li dawn l-impjegati qegħdin jagħmlu bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5613.
Leg 9 PQ #5991 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq manutenzjoni ġenerali fil-pixxina nazzjonali min Settembru 1998 sal-15 ta' Marzu, 1999? Fuq liema xogħol? Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx deċiżjoni dwar min kien responsabbli għall-fatt li sena ilu kellha tingħalaq il-pixxina nazzjonali f'Tal-Qroqq minħabba tiswijiet fil-madum tal-pixxina?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minn Settembru 1998 sal-15 ta' Marzu 1999, intefqu Lm16,956.75 (Lm11,491.86 infiq rikorrenti u Lm5,464.89 infiq kapitali). Dawn intefqu hekk: Infiq Rikorrenti / Manutenzjoni Ġenerali LM Tindif u Pest Control 4550.10 Manutenzjoni fuq il-lift 400.00 Waterproofing 942.72 Tagħmir għal kontra n-nirien u manutenzjoni 130.25 Spares għall-Plant Room 840.15 Manutenzjoni tal-follodlighting 815.13 Manutenzjoni ta'spectator seating 860.19 Printing, Stationery u Computer supplies 1172.19 Pjanti 400.00 Ħwejjeġ Mixxellanji oħrajn (liema infiq ma jeċċedux aktar minn Lm20 fuq kull item individwali) li jinkludu spejjeż għat-tiġdid tar-reception area u tibdil ta' kmamar f' changing rooms 1381.13 Infiq Kapitali Lanes ġodda, computerisation, partitioning ta' kmamar 5464.89 Id-deċiżjoni dwar ir-responsabbilta' tal-ħsara li kienet ġrat fil-madum tal-Pixxina għadha ma ttieħditx peress li r-rapport ta' l-istħarriġ għadhom qegħdin jiġu studjati.
Leg 9 PQ #5992 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali — Impjegati part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjani biex ħaddiema li bħalissa qed jaħdmu fuq bażi part-time fil-pixxina nazzjonali jingħataw xogħol fuq bażi permanenti? Jista' jgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati part-time? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'inhi l-paga tagħhom u kemm ilhom impjegati mal-pixxina nazzjonali?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-ewwel parti nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 5870. Informat li bħalissa hemm 7 ħaddiema impjegati part-time fil-Pixxina Nazzjonali. Id-dettalji huma: Deckhands (4) Ottubru 1996 Lm1.65 fis-siegħa Novembru 1996 Lm1.65 fis-siegħa Frar 1997 Lm1.65 fis-siegħa April 1998 Lm1.65 fis-siegħa Security/Maintenance (1) April 1997 Lm1.80 fis-siegħa Cleaner (1) Novembru 1997 Lm1.60 fis-siegħa Deckhand/Reception (1) Marzu 1995 Lm1.80 fis-siegħa
Leg 9 PQ #5993 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċina — Delegazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jakkumpanja lis-Segretarju Parlamentari fid-delegazzjoni fiż-żjara li dan se jagħmel fiċ-Ċina? Kemm se tiġi tqum din iż-żjara u min se jħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ż-żjara li se jagħmel is-Segretarju Parlamentari fiċ-Ċina kienet ippjanata li ssir fil-bidu ta' Settembru 1998 iżda kellha tiġi posposta minħabba li f'dak iż-żmien kien hemm l-Elezzjonijiet Ġenerali. Is-Segretarju Parlamentari se jkun akkumpanjat mid-Direttur u l-Kap tat-Taqsima Sport tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, mill-Programme Coordinator tal-Youth Studies ta' l-Universita' ta' Malta u miċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport. Kull Dipartiment se jkun responsabbli għall-ħlas tal-biljetti ta' l-ajru tad-delegat rispettiv. Din iż-żjara se ssir fuq stedina tal-Gvern Ċiniż li tinkludi l-akkomodazzjoni. Is-Sinjura Mugliett se takkumpanja wkoll lid-delegazzjoni a spejjeż tagħha.
Leg 9 PQ #6004 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Stipendji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi onorata l-wegħda elettorali li jingħataw stipendji sħaħ? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm saru laqgħat bejn il-Ministru jew uffiċjali oħrajn tal-Ministeru jew tad-Dipartiment tal-KSU u meta saru? Saru laqgħat bejn il-kumitat li twaqqaf dwar l-istipendji u l-KSU? Jekk iva, meta saru? Meta hemm il-ħsieb li jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-istipendji?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.