Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wied il-Għajn — Bring-in Sites

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk hux possibbli l-waste serve tara tistax tbiddel il-post tal-bring-in sites li hemm fi Triq il-Qalliet, Wied il-Għajn u issibilhom post ieħor għax jinsabu viċin ferm ta' residenti u minħabba l-fatt li hemm nies irresponsabbli li qed iħallu l-imbarazz mal-art ħdejn il-bins tal-bring-in sitesdawn qed ikunu ta' inkonvinjent għar-residenti u eye soregħal għadd kbir ta' nies u turisti li jgħaddu minn din it-triq?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma jaf l-Onor. Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u għalhekk nissuġġerilu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.

SmartCity — Master Plan

Question

Peress li l-kuntratt eżistenti bejn il-Lands Department u l-MFS jinkludi konċessjoni fuq il-Forti Santu Rokku, liema konċessjoni għandha il-permess għal żvilupp ta' attivita' kummerċjali u ta' divertiment, u peress li ż-żona ta' madwar il-forti ser tkun tinkludi żona residenzjali, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'garanzija ġab mingħand is-sid eżistenti ta' Forti Santu Rokku li mhux ser isir żvilupp li jiddisturba l-ambjent propost fil-master plan ta' SmartCity?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Birkirkara — Triq Notabile

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tittaffa problema li qegħdin jiltaqgħu magħha residenti li joqogħdu fi Triq Notabile, Birkirkara u t-toroq tal-madwar, minħabba numru kbir ta' skejjel tat-tagħlim tal-karozzi li qegħdin jiġu jgħallmu l-karozza f'dik it-triq f'diversi ħinijiet tal-ġurnata? Minħabba li dawn ir-residenti, kawża ta' dan l-istess tagħlim ta' karozzi fit-triq tagħhom, qed ikollhom ħafna ħsarat speċjalment fil-vetturi tagħhom ipparkjati barra, jista' jara li jiġu stallati cameras tas-sigurta' immedjatament matul din it-triq u dawk tal-madwar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-permessi lill-iskejjel tat-tagħlim tal-karozzi jinħarġu mill-Awtorita' tat-Trasport (ADT) u mhux mill-Pulizija. Madankollu tajt istruzzjonijiet lill-Pulizija biex jinvestigaw, u jekk jirriżulta xi ksur tal-liġi, jittieħdu l-passi neċessarji.

Klandestini

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn klandestini f'Malta u Għawdex? Kemm mietu? Biex mietu?

Response (BORG, TONIO)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal immigranti irregolari. Ninsab infurmat illi fil-preżent (27 ta' April) hawn 748 immigrant irregolari miżmuma fiċ-ċentri ta' akkomodazzjoni li jitmexxew mill-Pulizija u l-Armata. Infurmat ukoll illi mis-sena 2002 l'hawn ġew irrapurtati żewgt imwiet, wieħed kien vittma ta' omiċidju filwaqt li ieħor miet b'kawża naturali. Dwar immigranti irregolari li qed jinżammu f'ċentri oħra, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

Turisti abbużati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm turisti rrappurtaw li ġew abbużati sesswalment? Kemm kellhom eta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena, filwaqt li ma ġie rrapurtat ebda każ ta' stupru, il-Pulizija kellha 4 rapporti dwar każi ta' attakki sesswali, fuq barranin. L-eta' tal-vittmi kienet 14, 19, 44 u 28 sena rispettivament.

Faċilita' Korrettiva ta' Kordin

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' residenti li hemm illum fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Kemm minnhom qed jiskontaw sentenza? Mit-total kemm huma dipendenti fuq id-droga?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-6 ta' Mejju 2007 fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien hemm 387 priġunier. Hemm 283 li qegħdin jiskontaw sentenza. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija ma nħossx li għandha tingħata informazzjoni fuq materja li tirrigwarda s-saħħa tal-priġunieri.

Faċilita' Korrettiva Kordin — Inmates

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm inmates fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid kemm hemm minnhom li qegħdin jiskontaw piena karċerarja u kemm hemm minnhom li jinsabu taħt arrest preventiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fis-6 ta' Mejju 2007 in-numru ta' priġunieri ġewwa l-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin kien ta' 387. Minn dawn hemm 283 sentenzjati u 104 taħt arrest preventiv.

Faċilita' Korrettiva Kordin — Vot Kapitali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għaliex il-vot kapitali tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin tnaqqas għas-sena rikorrenti?

Response (BORG, TONIO)

Il-vot kapitali tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin jiġi mfassal fuq il-bżonnijiet u l-proġġetazzjonijiet li isiru mid-dipartiment. Għaldaqstant huwa ovvju li jkun hemm varjazzjoni minn sena għal oħra.

Zvilupp ta' Smart City — Effett fuq l-industrija tal-films

Question

Fid-dawl ta' l-iżvilupp propost għal SmartCity fiż-żona industrijali ta' Ricasoli, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'konsiderazzjonijiet ħa l-gvern fuq l-effett li dan l-iżvilupp (speċjalment matul il-perijodu ta' kostruzzjoni) jista' ikollu fuq l-industrija tal-films b'mod partikolari t-tankijiet proprjeta' tal-MFS?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Smart City — Vilel

Question

Minħabba li parti mill-iżvilupp ta' Smart City jinkludi vilel li jmissu mal-konfini tas-sit tal-MFS, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'konsultazzjonijiet għamel il-gvern biex jassigura li dawn il-vilel ma jkunux ta' dannu għall-attivita' ta' ġbid ta' films li jsir fl-MFS?

Response (BORG, TONIO)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Awtorita' tad-djar — Requisition

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-fond fil-Birgu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux rekwiżizzjonat jew le? Jekk għadu rekwiżizzjonat, hemm xi inkwilini li jabitaw fih? Jekk m'għadux, meta ħarġet id-derequisition?

Response (BORG, TONIO)

Proprjeta' rekwiżizzjonata m'hiex amministrata mit-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Regolamenti tad-divertiment

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta huwa mistenni li jkun lest ir-rapport tal-kumitat li twaqqaf apposta biex jistudja u jirrikmanda tibdil fir-regolamenti tad-divertiment wara l-mewta traġika ta' tfajla lejliet l-ewwel tas-sena ta' sentejn ilu? Kemm-il darba ltaqa' s'issa dan il-kumitat?

Response (BORG, TONIO)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li jiena tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 24010.

Wardens — Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm daħħlu flus minn ċitazzjonijiet mogħtija minn wardens għall-ksur tar-regolamenti tat-traffiku fis-sena sħiħa 2006? Jista' jgħid kemm daħħlu flus s'issa fl-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm għal 2006 u kemm fl-ewwel erba' xhur tas-sena kien id-dħul minħabba sewqan eċċessiv wara li nġibdu ritratti bil-cameras tat-traffiku?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Ċitazzjonijiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jinqasmu l-flus li jinġabru minn ċitazzjonijiet mogħtija mill-wardens jew minn dawk mogħtija wara ritratti meħuda mill-camera tat-traffiku minħabba sewqan eċċessiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li billi li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.

Serq

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa serqiet matul April 2007? Jista' jikklassifika s-serq? Jista' jgħid kemm ġew solvuti serq matul April 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul April ta’ l-2007, il-każi ta’ serq li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt li matul l-istess xahar il-Pulizija solviet 35 każ ta’ serq li f’14 minnhom diġa’ nbdew proċeduri kriminali quddiem il-Qorti. Hold up6 Pick Pocketing16 Snatch & grab12 Serq minn dgħajjes2 Serq ta’ dgħajjes3 Serq ta’ karozzi24 Serq minn karozzi152 Serq minn residenzi42 Serq minn barijiet/lukandi20 Serq minn xtajtiet2 Serq minn fabbriki4 Serq minn ħwienet14 Serq ieħor270

Reati

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew imwettqa reati matul April 2007? Jista' jikklassifika r-reati? Jista' jgħid kemm ġew solvuti reati matul April 2007?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul April ta’ l-2007, ir-reati li ġew irrapurtati lill-Pulizija kienu kif jidher hawn taħt, filwaqt illi matul l-istess xahar kien hemm 55 persuna misjuba ħatja ta’ reati kriminali. Against morals/honour – family4 Arson11 Attempted offences64 Bodily harm84 Computer misuse5 Damage227 Drugs21 Forgery4 Fraud8 Illegal immigration9 Infanticide/abandon of child2 Perjury/false swearing1 Prostitution8 Sexual offences3 Theft567 Threats and private violence4 Violence against public officers5