Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6517 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tal-Beach Cleaners — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tal-Beach Cleaners? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minħabba li l-'Beach Cleaning Division' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6518.
Leg 9 PQ #6518 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Dipartiment tat-Turiżmu — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fid-Dipartiment tat-Turiżmu? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999, kien hemm 'transfer' wieħed biss, dak ta' 'Senior Principal Officer'. Dan it-'transfer' seħħ wara talba li għamel l-uffiċċjal innifsu. Mhux f'pożizzjoni li ngħid jekk humiex ser isiru 'transfers' oħra minħabba li dawn isiru skond l-esiġenzi tas-Servizz.
Leg 9 PQ #6519 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t a' April 1999 fl-NTOM? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija ma sar l-ebda 'transfer' fin-'National Tourism Organisation - Malta'.
Leg 9 PQ #6520 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-ITS? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minħabba li l-'Institute of Tourism Studies' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6518.
Leg 9 PQ #7391 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru tat-Turiżmu

Mistra Bay — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara hux possibbli li l-bajja tal-Mistra tingħata uplift sostanzjali billi din iżuruha ħafna turisti u tinsab diżutili ħafna? Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qegħdin jittieħdu f'dan ir-rigward għall-miljorament ta' dan il-post turistiku u bajja attraenti?

Response (REFALO, MICHAEL)

Skond il-'work plan' li hemm fil-kuntratt bejn id-Dipartiment tat-Turiżmu u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa rigward it-tindif tal-bajjiet, it-tindif tal-Bajja tal-Mistra għandu jsir bejn Ġunju u Settembru. Madankollu, ħaddiema tad-Dipartiment jagħmlu xogħol ta' tindif f'din il-bajja matul is-sena kollha. Il-possibilta' li l-Bajja tal-Mistra tingħata 'uplift' sostanzjali qed tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #7081 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Stipendji ta' l-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-istipendji ta' l-istudenti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi jekk jirriżulta li t-tnaqqis proposti fl-istipendji ma jagħmlux tajjeb għalihom dawk li jħaddmu f'dawn is-settur?

Response (REFALO, MICHAEL)

Imħabba ċ-ċirkostanzi speċjali tal-każ l-istipendi ta' l-istudenti tal-'I.T.S.' ser jibqgħu kif inhuma llum. It-taħdidiet li qed isiru mar-rappreżentanti tas-settur privat, u li nbdew ferm qabel ma tlesta r-rapport Galdes, huma maħsubin biex is-settur jagħmel kontribut lill-'I.T.S.'
Leg 9 PQ #7086 Sitting 107 1999-05-25 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Lukandi/guesthouses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda għall-bini ta' lukandi u guest houses għand l-HCEB din l-aħħar sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li bejn Marzu 1998 u April 1999 saru sitt applikazzjonijiet għall-lukandi u żewġ applikazzjonijiet għall-'Guest Houses' lill-'H.C.E.B.'
Leg 9 PQ #7034 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

Bajjiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6866?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-bajjiet li hemm fil-konfini tat-Tnax il-Distrett Elettorali jaqgħu taħt ir-responsabbilta' ta' xi wieħed mill-Kunsilli Lokali cioe' ta' l-Imġarr, Mellieħa jew ta' San Pawl il-Baħar. Id-Dipartiment tat-Turiżmu għandu kuntratti għat-tindif tal-bajjiet ma' dawn it-tliet Kunsilli Lokali. Kull kuntratt jinkludi 'work plan' għal kull bajja fejn hemm indikat ix-xogħol li għandu jsir kif ukoll il-frekwenza u f'liema żmien tas-sena. Għar-rigward tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, sar programm dettaljat għax-xhur tas-sajf li jinkludi użu ta' 'sandsifter' provdut mill-istess Kunsill Lokali. Madankollu minħabba xi maltempata li tista' tinqala' jew biex jilqa' xi talba li tista' ssir minn xi Kunsill Lokali jeżisti grad ta' flessibilita' fix-xogħol. Għalkemm in-numru jista' jiżdied jew jonqos skond il-ħtieġa, biex ilaħħqu max-xogħol ta' dan id-Distrett, id-Dipartiment għandu ma' l-erbgħin ħaddiem u għaxar trakkijiet 'impressed'. Id-Dipartiment minn żmien għal żmien jikri makkinarju ieħor għat-tindif tal-bajjiet.
Leg 9 PQ #7039 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tat-Turiżmu

Għarb — Villaġġ tas-Sbejħa

Question

Peress illi għar-rigward tal-bini f'Mongur Street, Għarb, Għawdex imsejjaħ "Il-Villaġġ tas-Sbejħa" il-permessi għadhom ma ġewx regolarizzati, kif qegħdin l-operaturi jitħallew joperaw u addirittura jinħarġu l-permessi mill-Ministeru tat-turiżmu qabel ma tiġi solvuta darba għal dejjem il-problema tar-razzett ta' l-aħwa Agius?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6578 tat-28 ta' April 1999 hija ċara. Il-permessi li nħarġu mill-'H.C.E.B.' jappartjenu biss għal dawk l-appartamenti li, skond il-qbil li sar fil-Qorti t'Għawdex bejn l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u d-'developers', huma mibnija 'skond il-permessi u ma jimplikaw ebda ksur tal-liġi'.
Leg 9 PQ #7043 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Bajjiet — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid kull meta jitnaddfu l-bajjiet tan-nofsinhar ta' Malta? Jista' jelenka kemm-il darba tnaddfet kull bajja f'din iż-zona f'dawn l-aħħar ħames xhur?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-kuntratti li hemm bejn id-Dipartiment tat-Turiżmu u Kunsilli Lokali fin-Nofsinhar ta' Malta dwar it-tindif tal-bajjiet jinkludu 'work plan' għal kull bajja. F'din il-'work plan' hemm indikat ix-xogħol li għandu jsir kif ukoll il-frekwenza u f'liema żmien tas-sena. Madankollu minħabba xi maltempata li tista' tinqala' sabiex ineħħi l-kwantita' kbira ta' alka li tista' tidħol fil-bajjiet jeżisti grad ta' flessibilita' fix-xogħol. Barra minn dan, id-Dipartiment kemm-il-darba laqa' talbiet minn Kunsilli Lokali biex inaddaf postijiet storiċi bħal per eżempju Sant'Anġlu u Għar Ħasan. Ta' min igħid ukoll li perijodikament jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra l-marki li jkunu taw l-Ispetturi tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali li juru l-istat tal-bajjiet minn żmien għal żmien u l-effiċjenza tax-xogħol tal-ħaddiema li jnaddfu dawn il-bajjiet.
Leg 9 PQ #6974 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tat-Turiżmu

NTOM — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' laqgħat li saru bejn il-Ministeru u l-NTOM bħala tħejjija għall-ħidma li trid twettaq l-NTOM sabiex tkun konformi ma' l-għanijiet ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu li dalwaqt tgħaddi mill-istadju tat-tieni qari fil-Parlament? Xi problemi tqajmu u x'deċiżjonijiet ittieħdu? X'hemm pendenti u meta se jitkomplew fil-ġejjieni dawn il-laqgħat sabiex jiġu rimedjati diffikultajiet li jistgħu jitfaċċaw?

Response (REFALO, MICHAEL)

Peress li jien f'kuntatt kontinwu mad-diriġenti tal-'N.T.O.M.,' 'I.T.S.' u 'H.C.E.B.,' ma żammejtx kont tan-numru ta' laqgħat li kelli dwar kif dawn l-entitajiet, mhux biss l-'N.T.O.M.', iridu jaddattaw ruħhom għall-bidla li ser issir hekk kif tidħol fis-seħħ il-liġi u titwaqqaf l-'MTA'. Infakkar lill-Onor Membru li mhux biss ser ikun hemm bidla ta' isem iżda wkoll ta' programm u raġġ ta' ħidma. Anke żmien qabel ma tressqet il-liġi fil-Parlament ħadt ħsieb li ninnomina 'Chairman designate' preċiżament sabiex jidħol minn kmieni fit-'team' li jrid jirregola u jħaddem it-transazzjoni minn entitajiet governattivi u kważi governattivi għal waħda ta' natura aktar awtonoma. Il-laqgħat isiru meta u kemm ikun hemm bżonn u nista' ngħid li huma parti minn proċess wieħed. Is-suġġetti diskussi huma varji u jittrattaw 'budget', 'personal', missjoni, organi grammi, u 'business plans'. Mistenni li anke fix-xhur tas-sajf jitkomplew il-preparattivi biex meta niddeċiedi ndaħħal il-liġi fis-seħħ dan isir b'mod li ma jinħolqux problemi.
Leg 9 PQ #6366 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

I.T.S. — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda ma' l-ITS mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Minħabba li l-'Institute of Tourism Studies' huwa parti integrali mid-Dipartiment tat-Turiżmu, nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Numru 6365.
Leg 9 PQ #6367 Sitting 100 1999-05-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

N.T.O.M. — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-N.T.O.M. mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi fil-mistoqsija, n-'National Tourism Organisation - Malta' ngaġġat persuna waħda b'kuntratt definit ta' sitt xhur minn fost tliet persuni li ġew riferiti mill-'Employment and Training Corporation'.
Leg 9 PQ #6365 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tat-Turiżmu mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema li ġew impjegati fid-Dipartiment tat-Turiżmu fil-perijodu msemmi huma dawn: 'Casual/Part-time Typist' fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru; 'Manager, White Rocks Holiday Complex' bħala konsulent għal żmien definit ta' sitt xhur; u 'Part-time Catering Facilities Manager' fl-'Institute of Tourism Studies' bħala konsulent għal żmien definit ta' sena. Fuq bażi permanenti b'kuntratt indefinit man-'National Tourism Organisation - Malta' u li jaqdu dmirhom fl-'Institute of Tourism Studies', kienu mpjegati dawn in-nies: 'Guidance and Counselling Officer' 'Assistant Lecturer, Health and Hygiene' 'Assistant Lecturer, Marketing' 'Lecturer, Food Preparation and Production' 'Assistant Lecturer, Food Preparation and Production' 'Assistant Lecturer, Food and Beverage Service'. Ninsab infurmat ukoll li dawn kollha ġew impjegati wara l-approvazzjoni ta' l-'Employment and Training Corporation' u wara li ħarġu sejħiet pubbliċi għall-applikazzjonijiet u l-avviżi ġew ippubblikati fil-gazzetti lokali.
Leg 9 PQ #5951 Sitting 96 1999-05-12 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin? Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu? Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment? Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Għandi nifhem li l-Onor Membru qed jirreferi għall-persuni li qegħdin fis-Segretarjat Privat tiegħi. Skond id-direttivi maħruġa fid-dokument 'Engagement of Staff for Private Secretariats' li kopja tiegħu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fit-2 ta' Novembru 1998, m'hemm ebda persuna li hi 'seconded' minn xi entita' parastatali fis-Segretarjat Privat tiegħi. Dejjem skond l-istess dokument, ħadd mill-persuni fis-Segretarjat Privat tiegħi ma hu maħtur fuq xi bord jew kumitat minn fejn qed jitħallas xi forma ta' rimunerazzjoni. Nagħmel ukoll riferenza għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija 3455 fejn hemm elenkat l-ismijiet tal-persuni kollha li sallum jagħmlu parti mis-Segretarjat Privat tiegħi.
Leg 9 PQ #5939 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Impjegata

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, ġiet impjegata ma' l-Institute of Tourism Studies? Jista' l-Ministru jgħid:- 1) ħarġitx call for applications; 2) ma' min huwa mpjegat; 3) x'kariga qed jokkupa; 4) x'inhi n-neċessita' ta' din il-kariga; 5) x'inhu l-job description; 6) x'inhuma l-kondizzjonijiet li ngħata; u 7) x'salarju qed jingħata u minn fejn qed jitħallas dan is-salarju?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-persuna indikata fil-Mistoqsija mhux impjegat ma' l-'Institute of Tourism Studies' imma ġie ngaġġat bħala konsulent fuq bażi 'part-time'. Għall-ingaġġ ta' konsulent m'hemmx ħtieġa li toħrog sejħa għall-applikazzjoni. Il-kuntratt huwa bejn in-'National Tourism Organisation - Malta' u l-konsulent, li jrid jaqdi dmiru fl-'I.T.S.'. Il-kariga ta' konsulent hija dik ta' 'Catering Facilities Manager' u d-dmirijiet tiegħu jinkludu: * li jiżgura t-tmexxija tat-'training kitchens' ta' l-Istitut u li jara' li l-'istandards' ta' saħħa, iġene u sigurta' jkunu ta' l-ogħla kwalita'; * li jkun responsabbli għat-tmexxija ta' l-'istores' u jiżgura 'stock' adegwat u ta' l-ogħla kwalita', kontroll sħiħ fix-xiri ta' ħwejjeġ ta' l-ikel fuq bażi ta' 'Open Market Buying' dan wara li jintalbu 'quotations' mingħand diversi 'wholesalers', u jara' li dawn ikunu maħżuna professjonalment; * li jiżgura li t-tagħmir fil-kċejjen ta' l-Istitut ikun fl-aħjar stat ta' operazzjoni u li jiżgura l-manutenzjoni tagħhom issir fuq bażi regolari; * li jrid jirraporta lill-'Principal Lecturer (Food and Beverage Operations)' u li jrid jimplimenta l-'policies' u l-proċeduri kif mogħtija lilu. Ninsab infurmat ukoll li nħasset il-ħtieġa għall-ingaġġ ta' konsulent minħabba t-tmexxija xejn tajba li biha kienu qed jitmexxew l-'istores' ta' l-'I.T.S.'. Il-persuna li qabel kienet tmexxi dawn l-'istores', filwaqt li kien responsabbli għax-xiri ta' ħwejjeġ ta' l-ikel, kien ukoll jeħodhom 'on charge' u fl-istess ħin kien joħroġhom lill-'lecturers' jew studenti. Barra minn hekk kien hemm diversi każijiet fejn ix-xiri sar minn 'supermarkets' u l-prezz mitlub ma kienx kompetittiv. L-anqas ma kienet tintuża sistema ta' 'bin cards' bil-konsegwenza li ma kienx hemm 'stock control'. Barra minn hekk ma kenitx tintuża s-sistema 'first-in first-out', b'konsegwenza li ikel, bħal ħut u laħam, kien jibqa' fil-'cold rooms' għal żmien twil, u f'ċertu każijiet kellu jintrema. Skond il-kuntratt, il-konsulent ġie ngaġġat għal sena u jrid jagħti mhux anqas minn ħamsa u għoxrin (25) siegħa fil-ġimgħa. Is-salarju ta' dan il-konsulent huwa ta' Lm5,850 fis-sena u jitħallas mill-'I.T.S.'.
Leg 9 PQ #6532 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu miftuħ l-Istitut għall-Istudji fit-Turiżmu kemm studjaw żgħażagħ fih, sena b'sena? Kemm hemm li temmew l-istudju u ngħataw ċertifikat? Kemm hemm minnhom li ma baqgħux jaħdmu fit-turiżmu wara li spiċċaw l-istudju tagħhom? Isir xi tracer study dwar x'jiġri mill-istudenti wara li jtemmu l-istudju? Jista' l-Ministru jqiegħed kopja bit-tracer study fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-għadd ta' studenti li ġew aċċettati fl-Istitut għall-Istudji fit-Turiżmu sena b'sena kien hekk:- Ottubru 1989 57 Ottubru 1990 76 Ottubru 1991 96 Ottubru 1992 91 Ottubru 1993 80 Ottubru 1994 92 Ottubru 1995 88 Ottubru 1996 146 Ottubru 1997 195 Frar 1998 70 Ottubru 1998 191 Frar 1999 25 L-għadd ta' studenti li temmew l-istudji tagħhom u ngħataw ċertifikat s'issa hu 567. Numru sostanzjali ta' studenti li daħlu bejn Ottubru 1996 u Frar 1999 qed isegwu l-kors fl-Istitut. Dawn jiggradwaw fis-snin li ġejjin. Sfortunatament qatt ma nżamm rekord dwar fejn qed jaħdmu l-istudenti wara li jispiċċaw mill-Istitut. Madankollu qed jittieħdu passi biex hekk kif l-Istitut ikollu s-sistema komputerizzata ta' `Management Information System' tibda tinżamm `personal history record' ta' l-istudenti li jiggradwaw mill-Istitut.
Leg 9 PQ #5728 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3619 għar-raġuni li fiha tintalab informazzjoni relatata ma' infiq mill-fondi pubbliċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ma jfissirx li għax mistoqsija tkun waħda li tirrigwarda nfiq minn fondi pubbliċi ma tistax tkun ukoll waħda intrinsikament frivola. F'dan il-każ jidhirli li biex jinġabar it-tagħrif mitlub jinħela ħafna żmien prezzjuż li jista' jiġi utilizzat għal xogħol aktar produttiv. Madankollu jekk l-Onor Membru għandu xi każ partikulari li dwaru jrid tagħrif lest biex niġborlu l-informazzjoni. Nerġa' ntenni l-istedina li għamiltlu biex l-Onor Membru jagħmel kontrol personali tal-fatti u ġbir ta' informazzjoni.
Leg 9 PQ #6347 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Kwalifiki ta' masters

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu biex jipperswadi lill-Universita' tirrikonoxxi f'livell ta' Master's il-kwalifiki li ġabet il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ggradwa Master in Direzione Alberghiera miċ-ċentru tal-World Tourism Organisation ġo Ruma? M'huwiex fl-interess tal-Ministru li kwalifiki vokazzjonali u professjonali jiġu stmati b'mod xieraq mill-Universita'?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-persuna konċernata applikat lid-Dipartiment tat-Turiżmu sabiex titħallas 'allowance' skond il-kundizzjonijiet ta' l-impieg tagħha wara li attendiet kors ta' sitt xhur fl-'International School of Tourism Sciences' f'Ruma. Kif dejjem jiġri, d-Dipartiment irrefera l-każ lil 'Malta Equivalence Information Centre' ta' l-Universita' ta' Malta. It-tweġiba taċ-Ċentru kienet m'hemmx paragun bejn l-'Masters Degree' in kwistjoni u l-'Masters Degree' tal-Universita' ta' Malta. (Qed ngħaddi kopja lill-Onor Membru separatament). Filwaqt li l-Ministeru tat-Turiżmu jaqbel li kwalifiki vokazzjonali u professjonali jiġu stmati b'mod xieraq mill-Universita', id-deċiżjoni aħħarija tmiss lill-Universita' ta' Malta.
Leg 9 PQ #5358 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Computers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3593 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima? B'riferenza għar-risposta li l-Ministru tani diġa' għal din il-mistoqsija, jista' jgħid minn liema standing orders toħroġ it-talba biex nagħti raġuni tal-mistoqsija?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li diġa' tajt fis-Seduta 88 għall-Mistoqsija Numru 4966.