Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22091 u jgħid kemm ħarġu liċenzji għal spiżeriji privati fl-2005 u l-2006 sal-lum? Liema kienu l-lokalitajiet li fihom ħarġu dawn il-liċenzji? Liema kienu l-ispiżeriji li nħarġitillhom liċenzja biex jiftħu?
F'kull każ, meta applikaw għal din il-liċenzja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja:
Data ta' l-applikazzjoni
Spiżeriji li ngħataw liċenzji fl-2005 u 2006
Lokalita'
Data tal-Liċenzja
04/09/95
Vella Pharmacy
Nadur
26/06/06
28/02/02
Sokkors Pharmacy
Kerċem
03/10/06
29/10/05
Oxybar
(permess għad-dispensa tal-ossiġnu biss)
Kirkop
22/12/05
Jista' il-Ministru jgħid kemm fetħu spiżeriji ġodda mis-sena 2000 sal-lum? Jista' jgħid jekk il-kriterji stabiliti nbidlux u dan sabiex tinfetaħ spiżerija ġdida? Jista' jgħid fejn kienu l-ispiżeriji li fetħu mis-sena 2000 sal-lum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif ġej:
Spiżerija li ngħataw liċenzji
Lokalita'
Data tal-Liċenzji
St. Joseph
Qala
17/11/2000
Baħrija
Rabat
15/04/2002
San Giorgio
Pembroke
08/15/2003
San Ġwakkin
Marsascala
20/10/2003
Medicine Chest
Għargħur
23/06/2004
Oxybar (permess għad-dispensa tal-ossiġnu biss)
Kirkop
22/12/2005
Vella Pharmacy
Nadur
26/06/2006
Sokkors Pharmacy
Kerċem
03/10/2006
Il-kriterji biex jinfetħu spiżeriji ġodda ma nbidlux.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' adulti li ntbagħtu barra għal kura matul l-ewwel sitt xhur tas-sena? F'liema pajjiżi ntbagħtu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena intbagħtu 124 adulti għal kura barra minn Malta. 123 intbagħtu l-Ingilterra u ieħor intbagħtet l-Iżrael.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal bejn l-eta' ta' sena u 12-il sena li siefru għal kura barra minn Malta matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena? F'liema pajjiż attendew għall-kura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena intbagħtu 49 tfal bejn l-eta' ta' sena u 12-il sena għal kura barra minn Malta. It-tfal intbagħtu kollha l-Ingilterra.
Fid-dawl tal-fatt li dan l-aħħar il-commission for fair trading ikkonkludiet li l-bejgħ tal-prodotti tad-demm lill-kliniċi u sptarijiet privati kienu diskriminatorji u għalhekk kien qed ipoġġi lill-istess kliniċi u sptarijiet privati fi żvantaġġ finanzjarju, jista' il-Ministru jinformana bejn is-snin 2003 u 2006 kemm ġew mibjugħa boroż tad-demm u prodotti tad-demm lil dawn il-kliniċi u sptarijiet privati, kull sena u x'kienu l-ammonti ta' flus miġbura f'dan ir-rigward kull sena? Hemm il-ħsieb li l-flus li tħallsu minn dawn il-kliniċi u sptarijiet jiġu mrodda lura u għalhekk jerġgħu jingħataw lura dawn il-flus lill-pazjenti?
Fid-dawl ta' din id-deċiżjoni, għandux jintalab ħlas għal dawn il-prodotti mid-dipartiment tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21735 u jgħid x'sar outsourcing u kuntratti simili jew anċillari għall-proviżjon ta' servizzi mill-ministeru, mid-dipartimenti u mill-enti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru tiegħu matul is-snin 2004, 2005 u 2006?
Min kienu l-kumpanniji, individwi, firms, etc. li ħadu dan ix-xogħol (outsourcing u kuntratti ta' proviżjoni ta' servizzi )matul l-istess snin u perijodi?
Kemm tħallsu kull individwu u/jew ente li rċeviet xogħol bħal dan mill-ministeru, dipartiment jew ente li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-istess perijodi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fl-aħħar xahar kemm kien hemm każi ta' food poisoning fl-isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm każi ta' food poisoning fuq pazjenti u kemm kien hemm impjegati affettwati? X'kienet il-kawża?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji għal spiżeriji privati fl-2005 u l-2006 sal-lum? Liema kienu l-lokalitajiet li fihom ħarġu dawn il-liċenzji? Liema kienu l-ispiżeriji li nħarġitillhom liċenzja biex jiftħu?
F'kull każ, meta applikaw għal din il-liċenzja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21986 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kull kuntratt fid-dekasteru tiegħu dwar xogħol ta' tindif ta' sptarijiet, awtoritajiet, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 21534 u 21991, jista' il-Ministru jgħid kif, minkejja r-regolamenti msemmija, ġenituri li kellhom miscarriage tal-fetu wħud ingħataw il-fetu biex jieħdu ħsieb tad-dfin tiegħu filwaqt li oħrajn kellhom jidħlu f'diversi spejjeż biex iqabbdu kumissjonant biex jieħu ħsieb id-dfin?
Għaliex saret din id-differenza? Fl-aħħar sena, kemm kien hemm każi fejn il-fetu ngħata lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb id-difna? Fl-aħħar sena kemm kien hemm każi fejn tqabbad kummissjonant?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-ittra DH 2147/03 mid-Direttur Saħħa Pubblika (Taqsima amministrazzjoni tad-Dfin), jista' il-Ministra jara li jsir ix-xogħol neċessarju sabiex ma jibqgħux isiru ħsarat għall-oqbra li hemm fl-East Division taċ-ċimiterju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif ġie spjegat fl-ittra msemmija li għanda referenza DH 2147/03, ix-xogħolijiet li jinħtieġu jsiru fid-diviżjoni Lvant taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata, hemm proċeduri mibdija dwarhom. Dawn ser isiru meta jkun hemm il-fondi neċessarji.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ċertu ġenituri jingħataw permess jieħdu ħsieb id-dfin tal-fetu tagħhom wara miscarriage filwaqt li ġenituri oħra jiġu sfurzati jmorru għand kummissjonanti li jieħdu ħsieb id-dfin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21534.
Jista' il-Ministru jgħid x'se jagħmel il-gvern biex jilqa' għall-prattika kulturali li teżisti fil-pajjiżi ta' Lvant ta' l-Afrika, i.e. fosthom Somalia, Etiopia, Eritrea u Sudan, jiġifieri l-female genital mutilation, f'każ li dan jibda iseħħ f'Malta?
Jista' jgħid jekk qattx kien hemm xi każ li ġie rrapportat?
Qiegħed jippjana l-gvern leġislazzjoni bħal kif għamlu Franza, l-Isvizzera, l-Isvezja, l-Ingilterra u l-Iskozja biex iqiegħed il-female genital mutilation fil-kodiċi kriminali Maltija bħala reat?
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għal xiri ta' qabar li n-numru tagħha qed jintbagħat separatament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għal xiri ta' qabar riferuta separatament ġiet miżjuda mal-Waiting List taċ-Ċimiterju ta' l-Addolorata.
Tali applikazzjoni saret fit-13 ta' Ġunju 2005 u hemm madwar 2730 l-applikazzjoni pendenti qabel din għal kunsiderazzjoni.
Fil-preżent id-Dipartiment m'għandux siti ta' oqbra disponibbli għal bejgħ fiċ-Ċimiterju Santa Maria Addolorata.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jerġa' jiġi mwaqqaf l-orthopaedic medical board?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sa issa impjegat pubbliku li ried jirtira mix-xogħol għal raġunijiet mediċi qabel l-eta' ta' l-irtirar kellu jiġi eżaminat minn żewġ bordijiet mediċi, Bord taħt il-Liġi tas-Sigurta' Soċjali u Bord differenti taħt il-Public Service Management Code. Ġie deċiż li minn issa 'l quddiem anki fil-każ ta' impjegati pubbliċi jsir bord wieħed, dak taħt il-Liġi tas-Sigurta' Soċjali li wara kollox hija l-liġi li tintitola lil persuna għall-pensjoni tal-Invalidita'.
Jista' il-Ministru jikkonferma li se jibdew xogħlijiet biex titranġa l-klinika ta' Ħ'Attard? Jistal jgħid meta se jibda dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jdum? Kemm hi l-ispiża u x'tip ta' xogħlijiet se jsiru? X'servizzi hu mistenni li toffri din il-klinika wara li jitlesta x-xogħol? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta approvata ta' din il-klinika f'Ħ'Attard?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bi pjaċir ninforma lill-Onor. Interpellant illi x-xogħol tal-ippjanar tal-Berġa il-ġdida għar-residenti ta' Ħ'Attard issa tlesta, grazzi wkoll għall-għajnuna mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard. It-tender għax-xogħolijiet ingħata u wara li saret laqgħa fuq il-post bejn il-kuntrattur, il-Perit inkarigat, u rappreżentant tad-Dipartiment din il-ġimgħa ġie deċiż li dan ix-xogħol mistenni jibda l-ġimgħa d-dieħla. Hu kkalkulat li x-xogħol kollu ser jieħu madwar tmien ġimgħat biex jitlesta sakemm ma jinqalgħux problemi mhux previsti.
L-istima tal-ispiża hija ta' Lm8,755.40 u x-xgħolijiet jikkonsistu f'alterazzjonijiet strutturali u refurbishment komplut. Hu mistenni li wara li jitlesta, din il-Berġa tkompli toffri servizzi ta' tabib u nurse bl-appuntament, tqassim ta' mediċini, etc.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta approvata ta' din il-klinika.