Legislature:
Category:
Reset
Active:

Care and Repair

Question

Tista' l-Ministra tara li l-anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separtament, jibbenefika mill-inizjattiva care and repair?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Akkomodazzjoni Soċjali

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni minn impjegat tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali fil-fond f'Bormla, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispezzjoni tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant saret meta l-inkwilin applika mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.

Care and Repair

Question

Tista' l-Ministru tara li l-individwu minn Haz-Zabbar, li d-dettalji dwar qed jintbaghtu separatament, jibbenefikaw mill-inizjattiva Care and Repair bil-għan li ssirlu kamra tal-banju ġdida?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair. Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.

Ministeru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali — Mobile Phones

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm mobile phones fid-dekasteru u dipartimenti oħra li jaqgħu taħtha? Kemm minn dawn intilfu jew nsterqu f'dawn l-aħħar 5 snin u minn liema dipartiment jew ente?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tqassim ta' postijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu postijiet mill-Housing is-sena l-oħra u lil liema kategoriji ta' applikanti tqassmu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar — Anzjani

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 24446, tista' l-Ministru tara li għalkemm marru xi persuni mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar biex jinvestigaw, il-problema għadha hemm? Jistgħu jsiru aktar investigazzjonijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-fond indikat mill-Onor. Interpellant irriżulta li hu privat u għalhekk il-problema li rrefera għaliha ma taqax taħt ir-responsabbilita’ tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar. Ninsab infurmata wkoll li, madankollu, meta l-uffiċjali ta’ l-imsemmi Dipartiment ikkuntattjaw lill-inkwilini, dawn ta’ l-aħħar infurmaw lill-uffiċjali li l-problema kienet ta’ sadd fis-sistema tad-drenaġġ u li ġiet solvuta meta tqabbdu nies biex ineħħu dan is-sadd.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li sa l-aħħar ta' Ġunju 2007 se tispiċċa bla dar u bla saqaf fuq rasha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-każ qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Policy dwar il-valur tal-proprjeta'

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy tal-valur tal-proprjeta'? Meta daħlet fis-seħħ? Kemm huma ivvalutati l-fondi b'kamra tas-sodda waħda, tnejn, u tlieta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-valutazzjoni oriġinali tal-postijiet mill-Awtorita’ tad-Djar issir skond il-kriterji rikonoxxuti biex issir valutazzjoni ta’ proprjeta’ immobbli, jiġifieri d-daqs, it-tqassim, il-kundizzjoni u ż-żmien li jkun ilu mibni l-post, kif ukoll il-lokalita’. Għalhekk, kull post jigi valutat fuq dawn il-kriterji u skond il-karatteristiċi partikolari tiegħu. Wara li ssir il-valutazzjoni, il-prezz ta’ l-akkwist jiddependi u jista’ jvarja skond l-iskema rispettiva li taħta l-benefiċjaru jkun applika. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema skema qed jirreferi.

Hamrun — Talba għax-xiri ta' fond

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta saret it-talba tal-persuni, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, biex jixtru l-fond tagħhom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li talba għax-xiri tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant waslet għand l-Awtorita’ tad-Djar fit-28 ta’ Marzu 2006. L-applikanti ġew infurmati bil-valur tal-proprjeta’ u ntbagħtitilhom applikazzjoni biex jimlewa u jirritornawa lill-Awtorita’ flimkien mad-dokumenti meħtieġa. Ninsab infumata li, sal-lum, din l-applikazzjoni u d-dokumenti ma waslux għand l-Awtorita’.

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali -

Question

Tista' l-Ministra tara li l-koppja minn Ta' Xbiex, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għandhom tlitt itfal, tgħix mal-ġenituri u għandhom biss kamra tal-banju waħda u tlitt ikmamar tas-sodda għal tmien persuni, li jgħixu biss mid-dħul tac-children's allowance minħabba li ħadd mill-konjuġi ma' jaħdem, tara li tingħata l-għajnuna neċessarja mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali bil-għan li tgħix ħajja diċenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba għal akkomodazzjoni alternattiva mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant, liema talba saret fil-5 ta' Frar 2007, qed tiġi kkunsidrata flimkien ma oħrajn simili. Dwar il-kumment ta' l-Onor. Interpellant li ħadd mill-konjugi ma jaħdem u jgħixu biss biċ-Children's Allowances nassumi li din il-koppja diġa' ivverifikat mad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar jekk għandiex dritt għal benefiċċji soċjali oħra u rriżulta li d-dħul tagħha jew ċirkostanzi oħra ma jippermettux dan. Jekk dan mhux il-każ, għandhom jiġu riferuti lejn l-eqreb uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex japplikaw.

Bormla — Irranġar ta' gallerija

Question

Tista' l-Ministru tara li l-gallerija tal-familja minn Bormla, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, liema gallerija tinsab f'kondizzjoni ħażina, tkun rranġata?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.

Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tara li s-single parentli d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separtament, li tgħix f'fond ma' ommha, u oħtha single parent ukoll, u persuna b'diżabbilta', disgħa b'kollox f'żewġt ikmamar tas-sodda, tkun ipprovduta post alternattiv mill-aktar fis possibbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-każ qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Pensjoni tal-wens

Question

Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' ġuvni li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika biex idur b'missieru? Jista' jiġi nformat direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.

Benefiċċju tal-mard

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex koppja anzjana li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet tieħu l-benefiċċju tal-mard, f'daqqa waħda qatgħulha dan il-benfiċċju? Tista' din il-persuna tiġi nformata direttament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna kienet appellat quddiem l-Arbitru maħtur taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali kontra d-deċiżjoni tad-Direttur. Id-deċiżjoni ta' l-Arbitru, fejn ċaħad l-appell, kienet ġiet komunikata lil din il-persuna fil-31 ta' Ottubru 2006.

Formoli ta' supplimentary allowance

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġie jiswa l-iżball ta' xogħol doppju dwar il-formoli tas-supplimentary allowance (karti/bolol/ħaddiema)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-ispiża totali għall-istampar u pustaġġ mill-ġdid tal-formoli li rrefera għalihom l-Onor Interpellant kienet ta' Lm3,159.62ċ.

Sussidju fuq surcharge tad-dawl u l-ilma

Question

Tista' l-Ministru tara li jingħata s-sussidju fuq surcharge tad-dawl u l-ilma ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li jinsab boarded out u t-tifla tiegħu kulma taħdem tlett ijiem biss fil-ġimgħa għal Lm30 u ilu li applika għas-sussidju mill-2005? Tista' tara li jitmexxa dan il-każ u l-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali dwar il-każ tagħha.

Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali — Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ħa d-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali dwar l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jintbagħatu separatament, biex jieħu post alternattiv?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'qed iżomm lid-dipartiment biex persuna li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament titħalla tibdel il-post?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata diġa' qegħda tgħix f'post tal-Gvern. Id-Dipartiment ma jistgħax ibiddel l-akkommodazzjoni tan-nies ħlief għal raġunijiet validi, sakemm dawn ma jsibux huma stess lil xi ħadd li lest ibiddel magħhom.

Bormla — Post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament, u x'possibbilta' hemm li din il-persuna li tgħix ma' tlett persuni oħra, waħda minnhom b'diżabilita' tieħu post?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li t-talba għal akkomodazzjoni alternattiva mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna applikat, u reċentement ġiet allokata post, taħt l-iskema tax-Shared Ownership ta' l-Awtorita' tad-Djar, iżda s'issa għadha ma kkonfermatx jekk hux se taċċetta dan il-post.