Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm l-approvazzjoni sabiex il-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien ikun jista' jieħu self mill-bank sabiex jinxtara post għall-użu ta' uffiċini ġodda? It-talba saret lid-dipartiment fl-1 ta' Novembru, 2000
Response (GATT, AUSTIN)
Biex Kunsill Lokali jissellef xi flus jenħtieġ 'l awtorita' bil-miktub tal-Ministru bi ftehim mal-Ministru responsabbli għall-finanzi.
L-applikazzjoni tal-Kunsill Lokali Tarxien bħall-kull applikazzjoni simili oħra, qed tiġi eżaminata minn dawn iż-żewġ Ministeri kemm fuq jekk il-post il-ġdid hux addattat bħala Uffiċċju Amministrattiv ta' Kunsill Lokali kif ukoll jekk il-Kunsill hux f'qagħda finanzjarja tajba biex jidħol għal din l-ispiża mingħajr ma jiġu traskurati l-funzjonijiet delegati lill-Kunsilli Lokali skond il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000, kemm tressqu każi ġodda ta' separazzjoni miż-żwieġ quddiem il-Qrati Maltin?
Minbarra l-kawżi ġodda, x'inhu n-numru pendenti ta' kawżi ta' separazzjoni ta' żwieġ?
Kemm-il każ ġie deċiż fl-2000 u f'kemm minnhom ingħatat deċisjoni ta' separazzjoni?
Kemm-il każ li ġie ippreżentat il-Qorti wara ġie irtirat?
Response (GATT, AUSTIN)
Matul is-sena 2000 tressqu 150 każ ġdid ta' separazzjoni miż-żwieġ fil-Qrati Maltin, 17 minnhom huma rikorsi konnessi ma' l-istess kważi.
Bħalissa hemm 557 każi ta' separazzjonijiet pendenti, 95 minnhom huma rikorsi konnessi ma' l-istess kawżi.
Ġew deċiżi 68 kawża ta' separazzjoni matul is-sena 2000 li minnhom kien hemm 6 rikors degretati.
Matul is-sena 2000 ġew irtirati (ċeduti) 70 każ ta' separazzjoni li fosthom kien hemm 7 rikors konnessi ma' l-istess każi. Tnejn (2) minn dawn il-każi li ġew irtirati huma tas-sena 2000. Kien hemm ukoll 20 każ li ġew abbandunati (deżerti)
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċirkolari bl-avviż għall-Konferenza Ġenerali organizzata mill-UĦM (li kopja tagħha qiegħed nibgħat separatament) intbagħtet lill-numru ta' Kunsilli Lokali, dipartimenti u entitajiet oħra f'envelope tal-Gvern u posta mħallsa mill-gvern, (liema fotokopja ta' l-envelope qiegħed nibgħat ukoll separatament ma' din il-mistoqsija) flimkien ma' memo 01/2001 maħruġa mid-Dipartiment tal-Kunsilli lokali u ffirmata mid-Direttur tal-Kunsilli Lokali (li kopja tagħha wkoll qiegħed nibgħat separatament)?
Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli għal dan? X' passi itieħdu u jew ser jittieħdu?
Response (GATT, AUSTIN)
Mill-investigazzjoni li saret mid-Dipartiment jirriżulta li r-rappreżentant tal-U.Ħ.M fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali inklużi l-Kunsilli Lokali, ġie mitlub mill-U.Ħ.M biex iġib għall-attenzjoni tal-membri ċirkulari tal-Union.
Fil-fatt din iċ-ċirkulari ntbagħtet ma' ċirkulari oħra tad-Dipartiment.
Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali qed jieħu passi skond il-Proċedura tad-Dixxiplina tar-Regolament tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid: (a) Bħalissa kemm hemm ġurijiet pendenti? (b) Kemm-il persuna akkużata u li se tgħaddi ġuri għadha miżmuma fil-Faċilita Korretiva ta' Kordin? (ċ) Kemm huma dawk li qegħdin barra bi pleġġ? (d) Fil-kaz ta (ċ), x'inhu iż-żmien li ilhom taħt arrest preventiv u fuq liema akkużi? (e) X'inhu iż-żmien li ilhom jistennew dawk li qegħdin bi pleġġ? (f) F'dawn il-każi kollha kemm huma barranin u ta' liema nazzjonalita?
Response (GATT, AUSTIN)
a. Bhal issa hemm 42 atti ta` akkuza pendenti (gurijiet) kontra 55 persuna differenti.
b. Hemm 19-il persuna li qeghdin mizmumin fil-Facilita` Korrettiva ta` Kordin li qed jistennew li jghaddu guri.
c. Hemm 36 persuna li qeghda barra bi plegg. Persuna minnhom qed tinzamm arrestata in konnessjoni ma` guri u nghatat il-plegg f`guri iehor.
d. L-informazzjoni ghal din id-domanda tista` tingabar mill-Facilita` Korrettiva ta` Kordin li taqa` taht id-dekasteru tal-Ministeru ta` l-Intern.
e. L-informazzjoni ghal din id-domanda tista` tingabar mill-Facilita` Korrettiva ta` Kordin li taqa` taht id-dekasteru tal-Ministeru ta` l-Intern.
f. Fil-kazi hawn fuq imsemmija hemm zewg Libjani, tlett Olandizi u Tunezin li nghata c-cittadinanza Maltija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati ċitazzjonijiet quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili mill-1-10-99 sa l-1-11-99 u mill-1-10-2000 sa l-1-11-2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-perjodu msemmi mill-Onor. Interpellant gew prezentati 308 fl-1999 u 164 fl-2000. B`danakollu fix-xahar ta` qabel gew prezentati 207 fl-1999 - 472 fl-2000. Peress illi t-tariffi tal-kawzi gholew mill-1 ta` Ottubru 2000 hu ovvju li hafna nies ipprezentaw il-kawzi taghhom qabel din iz-zieda tant li jekk tghodd flimkien ix-xahrejn issib li fl-1999 gew prezentati 515 citazzjoni u fl-2000 gew prezentati 636 - aktar mis-sena ta` qabel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati avviżi quddiem il-Qrati tal-Maġistrati mill 1-10-1999 sa l-1-11-1999 u mill-1-10-2000 sa l- 1-11-2000?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-perjodu imsemmi mill-Onor. Interpellant gew prezentati 168 fl-1999 u 67 fl-2000. B`dana kollu fix-xahar ta` qabel gew prezentati 117 fl-1999 u 307 fl-2000. Peress illi t-tariffi tal-kawzi gholew mill-1 ta` Ottubru 2000 hu ovju li hafna nies ipprezentaw il-kawzi taghhohm qabel din iz-zieda tant li jekk tghodd flimkien ix-xahrejn issib li fl-1999 gew prezentati 285 avviz u fl-2000 gew prezentati 374 - aktar mis-sena ta` qabel.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi bħalissa quddiem il-qorti f'Għawdex li huma dwar inċidenti fejn persuni ttajru b'xi karozza f'Malta? F'liema ċirkostanzi u b'liema mod jiġi deċiż li każ li ġara f'Malta jinstema' fil-qorti ta' Għawdex?
Response (GATT, AUSTIN)
Bħalissa quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) hemm pendenti żewġ (2) kawżi ċivili ġurisdizzjoni superjuri u ħames (5) kawżi inferjuri dwar inċidenti ta' karozzi li ġraw f'Malta. Kawża waħda biss min dawn titratta dwar persuna li ttajret b'karozza f'Malta.
Każ li ġara f'Malta jista' jinstema' fil-Qorti t'Għawdex al termini tal-Artikolu 767, 768 u 769 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta' Malta.
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) Ġudikatura Kriminali, m'hemm l-ebda każ dwar inċidenti b'karozzi f'Malta
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba tal-kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar sabiex jieħu t-tmexxija taċ-ċentru ċiviku bħalma sar f'Birkirkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal kull applikazzjoni valida taht il-progett tad-Devoluzzjoni Lokali saret rakkomandazzjoni lit-Taqsima Propjeta' tal-Gvern biex ic-Centru Civiku Zabbar jigi rilaxxat favur il-Kunsill Lokali. Din it-talba qed tigi kkunsidrata minn din it-Taqsima.
Il-paragun mac-Centru Civiku Birkirkara ma jreggix ghal kollox peress li c-Centru Civiku Zabbar hu okkupat minn individwi privati u Dipartimenti tal-Gvern, fil-waqt li dak ta' Birkirkara minn Dipartimenti tal-Gvern biss.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus matul is-sena 2000 fuq xogħol ta' manutenzjoni, tindif u embellishment fil-playing fields f'Ta Mliet, f'Snata Margerita u f'Taz-Zokrija fil-Mosta?
Jista' jgħid jekk hemm pjani tal-Gvern Ċentrali jew dak lokali biex tinfetaħ playing field simili fiz-zona tal-Blata l-Għolja fl-istess lokalita'?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsiji tieghu lill-Kunsill tal-lokalita' billi l-funzjoni li qed jirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu tickets mill-wardens minn meta bdew xogħlhom sal-lum?
Jista' jagħti breakdown ta' dawn it-tickets skond il-kunsilli lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba ghall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22492 maghmula mill-Onor. Membru stess.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru totali ta' tickets li inħarġu mill-wardens u li tħallsu sal-lum?
F'liema perjodu huwa mistenni li jitħallsu dawn it-tickets?
X'jiġri f'każ li dawn it-tickets jibqgħu ma jitħallsux?
Jistgħu dawn iċ-ċitazzjonijiet jiġu preskritti? Jekk fl-affermativ, x'inhu n-numru li sal-lum ġew preskritti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed impoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Il-penali ghall-kontravvenzjoni tista' tithallas fi zmien sebat ijiem mid-data ta' l-avviz tal-kontravvenzjoni. Wara dan iz-zmien tohrog tahrika biex l-akkuzat jidher fit-Tribunali Lokali.
Jekk jinsab hati u l-multa tibqa' ma tithallasx, Id-Dipartiment tal-Licenzji jigi nfurmat elettronikament biex il-licenzja tat-triq ma tigix imgedda jekk il-multa u l-penali ma tithallasx.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jippjana xi tip ta' miżuri forsi permezz ta' bilateral agreements eċċ biex fejn irġiel li jkunu miżżewġin u li jkunu fi proċess ta' separazzjoni u jitilqu mill-pajjiż f'nofs il-proċess u jkunu għamlu d-dejn u jqiegħdu lil mara u lit-tfal f'saram ta' djun, ikun hemm il-faċilita' li jittieħdu l-passi kontra l-individwi kkonċernati biex isir ġustizzja?
Response (GATT, AUSTIN)
L-infurzar ta` manteniment f`pazziji ohra f`dawk il-kazi fejn dan ikun ordnat mill-Qrati Maltin jigi mill-ligijiet ta` dawk il-pajjizi.
Fil-kazi ndikati mill-Onor. Interpellant, dan jiddependi minn reciprocita` bazata fuq ftehim bilaterali jew multilaterali.
Wara x-xogħol li sar mill-Ministeru għall-Ambjent biex tkun livellata u msewwija Triq il-Wied ta' l-Imsida, B'Kara, quddiem is-showroom ta' Pisano Bros Car Dealers, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li z-zona ta' quddiem din ix-showroom ġiet riservata għall-użu kummerċjali ta' l-istess showroom, bħala parking area, u dan b'detriment għar-residenti l-oħra tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress illi dan il-Ministeru mhux responsabilli ghall-ghoti ta` `reserved parking` l-Onor. Interpellant hu mitlob jindirizza d-domanda tieghu lill-Ministru responsabilli.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 21674 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe: Jista' l-Ministru jara li fi Sqaq il-Kubrit, Ħamrun titlesta it-tappiera kbira li hemm biex jiġu evitati ħsarat lill-karozzi li jkunu għaddejjin u jingħata xi forma ta' re-surfacing tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tappieri ma jaqghux taht ir-responsabilita' tieghi.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema ħlasijiet huma attwalment dovuti mill-kunsill lokali tal-Mosta lid-dipartimenti jew aġenziji tal-gvern ċentrali jew azjendi pubbliċi? (a) Kemm huwa l-ammont dovut lil kull dipartiment jew aġenzija jew azjenda pubblika? (b) Għal liema perijodu jirreferu dawn l-ammonti?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta' gvern lokali b'personalita' legali distinta u b'awtonomija mharsa mil-ligi.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Kunsill Lokali koncernat jew lid-dipartimenti koncernati.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm kien l-ammont ta' dejn jew overspending li sar mill-ewwel kunsill tal-Mosta - 1994-1997? Kemm minn dan id-dejn tħallas mindu kien elett il-kunsill attwali? Lil liema dipartiment, aġenzija tal-gvern jew azjenda pubblika sar il-ħlas? X'inhi l-proċedura wżata f'każi bħal dawn u kif huma nvoluti s-sindku, is-segretarju u kunsilliera u/jew uffiċjali oħra responsabbli mill-amministrazzjoni finanzjarja fil-kunsill?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-Audited Financial Statements tas-snin rispettivi li tqieghdu fuq il-Mejda tal-Kamra u allura huma dokumenti pubblici.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-risposta li tajt ghall-mistoqsija nru 22089.
Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghar-Regolamenti ta' l-1993 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) (A. L. 155 ta' l-1993) u ghall-Proceduri ta' l-1996 dwar Kunsilli Lokali (Finanzi) (K.L.P 1/96).
B'riferenza għall-ittra mibgħuta mill-Ministru lill-kunsill tal-Mosta fil-21 ta' Novembru, 2000 jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi laqgħat sussegwenti ma' l-istess kunsill, x'irriżulta f'dawn il-laqgħat u x'passi qed jieħu l-Ministru biex isostni t-twissija tiegħu fl-ittra imsemmija?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Ministeru qed jistenna risposta ufficjali mill-Kunsill Lokali Mosta ghall-ittra tal-21 ta' Novembru 2000.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21078?
Response (GATT, AUSTIN)
L-unika unit li ghalissa hemm il-hsieb li ssir, hi dik biex tittraduci l-Acquis Communitaire ghall-Malti u dan peress illi l-Gvern Malti qieghed jinsisti li l-Malti tkun lingwa ufficcjali ta' l-Unjoni.
Waqt li hu ppjanat li din il-unit tkun imwaqqfa sa l-ahhar tas-sena ghadu kmieni wisq biex jinghataw id-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jippjana xi tip ta' miżuri forsi permezz ta' bilateral agreements eċċ biex fejn irġiel li jkunu miżżewġin u li jkunu fi proċess ta' separazzjoni u jitilqu mill-pajjiż f'nofs il-proċess u jkunu għamlu d-dejn u jqiegħdu lil mara u lit-tfal f'saram ta' djun, ikun hemm il-faċilita' li jittieħdu l-passi kontra l-individwi kkonċernati biex isir ġustizzja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.