Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35614 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Fgura

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ġibjun li qiegħed jinbena fejn l-HSBC f'Hompesch road, Fgura, hux kopert bil-permessi ta' l-iżvilupp meħtieġa mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

L-iżvilupp in kwistjoni hu preżentement kopert minn notifikazzjoni dwar żvilupp (DNO).
Leg 9 PQ #35630 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

PA

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop wara applikazzjoni PA 5061/02 li saret lill-awtorita' ta' l-ippjanar mid-direttur ta' l-istess awtorita' ta' l-ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Din l-applikazzjoni tirrigwarda proġett esperimentali biex tiġi żviluppata "artificial reef" li ser tinbena `l barra mill-Exiles, Sliema minn materjal riċiklat. L-iskop tal-"artificial reef" hu li jiġi kkreat 'habitat' artifiċjali. Dan il-proġett qed isir bil-kooperazzjoni tal-Marine Ecology Research Group tal-Universita` ta` Malta, bħala wieħed mill-proġetti finanzjati mill-Environmental Initiatives Fund, liema proġett ser jiġi iffinanzjat mill-Lm50,000 li kienu ittieħdu lill-iżviluppaturi ta` Portomaso, minħabba l-ksur fil-kundizzjoni tal-permess.
Leg 9 PQ #35504 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Għargħur - Triq Fra Duminku Mifsud

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tteħditilha art mir-roads department (Ref.284/02 RD), liema art tinsab bejn Main Street u Triq Fra Duminku Mifsud , Għargħur se jiġi kkompensat meta l-plots li jmissu miegħu fuq kull naħa diġa` tħallsu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn stħarriġ li sar fir-records tad-Dipartiment ta` l-Artijiet, irriżulta li ma saret l-ebda talba għal espropriju mir-Roads Department għal l-art indikata li tinsab bejn Main Street u Triq Fra Duminku Mifsud u għalhekk il-persuna li dettalji tagħha intbagħtu separatament ma tistax tiġi ikkumpensata.
Leg 9 PQ #35505 Sitting 792 2002-09-25 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Scholarships

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm nies fil-korp tal-pulizija li temmew b'suċċess l-għoti ta' scholarship u allura preżentament għandhom status akkademiku jew professjonali? Peress li ħarġet sejħa għal postijiet ta' spetturi tal-pulizija huwa evidenti li hemm numru ta' vakanzi x'jimtlew f'dan ir-rank, allura jista' il-Ministru jgħid għaliex mhijiex tintuża l-proċedura promulgata f'Artiklu 18 (a) tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku meta l-korp tal-pulizija diġa` għandu nies gradwati għax gawdew sponsorship u allura tħallsu mill-fond konsolidat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent hemm 7 membri tal-Korp tal-Pulizija li temmew b`suċċess sponsorship mill-Korp fl-Universita`. Il-promozzjonijiet għal Spetturi fil-Korp tal-Pulizija, isiru wara li jkun intemm b`suċċess il-kors ta` sena fl-Universita` ta` Malta li jwassal għac-Certificate in Policing, skond kif provdut f`regolament 16 tar-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, liema regolament jirreferi għalih ir-regolament 18(a) ta` l-istess regolamenti. Kull membru tal-Korp li jkun imħajjar li javvanza u jkollu l-kwalifiki meħtieġa jista` japplika sabiex ikun ikkunsidrat għal din il-promozzjoni.
Leg 9 PQ #35254 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhija r-raġuni li l-pulizija ma irrikomandatx li Triq Kola Xara fir-Rabat Malta ssir one way meta tikkawża daqstant periklu lir-residenti ta' l-istess triq u toroq oħra fil-madwar u l-pedestrians li jiffrekwentaw din it-triq? Jista' jara li jsiru dawn ir-rakkomandazjonijiet lill-awtoritajiet konċernati ħalli jiġi rimedjat il-periklu li jinsabu fih ir-residenti ta' Triq Kola Xara?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`laqgħa straordinarja dwar is-sistema tat-traffiku fir-Rabat, li nżammet mill-Kunsill Lokali tar-Rabat, il-Pulizija irrakomandat bil-miktub illi Triq Kola Xara ssir one way.
Leg 9 PQ #35370 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Urban Conservation

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-topic paper dwar urban conservation li ġiet ipubblikata mill-awtorita' ta' l-ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Urban Conservation and Built Environment Topic Paper li hu maqsum f`żewġ partijiet, (Draft for Public Consultation u Executive Summary). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #35371 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Utilities

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-topic paper dwar il-utilities li ġiet ippubblikata mill-awtorita' ta' l-ippjanar?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tal-Utilities Topic Paper li hu maqsum f`żewġ partijiet, (Draft for Public Consultation u Executive Summary). Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpabe ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #35429 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tender

Question

B’riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 34274, jista’ il-Ministru jgħid min issottometta offerti għall-bini ta’ underground car park, dressing rooms u substation? Ta’ kemm kienet kull offerta? Ittieħdet deċiżjoni dwar min rebaħ it-tender? Jekk iva, jista’ jagħti aktar dettalji?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35437 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’konsiderazzjoni se tingħata mill-MEPA għall-oġġezzjonijiet tar-residenti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq għall-applikazzjoni 01254/01 li kieku kellha tiġi aċċettata ċċaħħadhom minn art u mogħdija li jqisu tant bżonnjużi għalihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dwar l-applikazzjoni PA 1254/01, il-MEPA ma rċeviet ebda rappreżentazzjonijiet jew oġġezzjonijiet minn residenti. Din l-applikazzjoni li hija talba sa biex tiġi rijabilitata camping site eżistenti u jsiru xogħolijiet ta` landscaping ġiet approvata mill-MEPA fid-29 ta` April 2002.

Tindif

Question

Jista' il-Ministru jgħid tistax art tal-uffiċju konġunt fi triq il-Kappillan Mifsud, kantuniera ma’ Misraħ il-Barrieri St. Vernera tiġi mnaddfa sew, peress li saret bejta għall-ġrieden hu ta’ inkonvenjent kbir għal min joqgħod fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-Ufficcju Kongunt ghandu bini dilapidat u gardina li tmiss mieghu fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant. Peress li parti mill-bini waqa u ghalaq l-uniku access ghal gardina din allura ma ghadix accesibbli biex titnaddaf minhabba l-fatt ukoll li hija mdawra bil-bini. Madankollu d-Dipartiment se jara x'jista jaghmel biex jnehhi l-inkonvenjent.
Leg 9 PQ #35501 Sitting 790 2002-09-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Għawdex - Xagħra - Santa Verna

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-MEPA biex tipproteġi s-sies tas-sruġ li jibqa' jdur sa l-inħawi ta' Santa Verna fix-Xagħra, Għawdex li tant huwa karatteristiku ta' Għawdex u li jinsab fil-periklu li jinqered?

Response (BORG, TONIO)

Il-MEPA ħejjiet studji dwar l-importanza ta` l-inħawi tas-Sruġ, limiti tax-Xagħra, Għawdex, liema studji jindikaw li hemm bażi għal protezzjoni tas-sies. L-Awtorita` qegħda tikkonsidra li tiskeda is-sies u l-inħawi tas-Sruġ bħala Arja ta` Importanza Ekoloġika, Sit ta` Importanza Xjentifika u Sit ta` Importanza Arkeoloġika. Minħabba numru t`applikazzjonijiet għal żvilupp, matul l-aħħar xhur il-MEPA b`kollaborazzjoni mas-Superintendenza tal-Wirt Kulturali u l-Bord Konsultattiv dwar il-Wirt, ordnat isiru skavi xjentifiċi sabiex jiġi determinat il-firxa tad-depożiti arkeoloġiċi li hemm fiż-żona ta` żvilupp ta` l-inħawi.
Leg 9 PQ #35253 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il serqa fid-djar privati, stabilimenti kummerċjali u ta' karozzi ġiet rapurtata lill-pulizija li saret fir-Rabat Malta bejn Jannar u Awissu ta' din is-sena? Jista' jwieġeb l-istess mistoqsija għall-istess perjodu għas-snin 1998, 1999, 2000 u 2001?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif ġej:- Kategorija ta` serq 1998 1999 2000 2001 2002 Serq minn djar residenzjali 9 5 9 8 13 Serq minn stabbilimenti kummerċjali 1 4 6 5 13 Serq ta` vetturi 27 7 21 17 18 Serq minn vetturi 60 41 76 73 88
Leg 9 PQ #35364 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jara li karozza żgħira ta' kulur iswed li hemm abbandunata fi Triq Angelo Melilli Żebbuġ, tiġi mneħħija peress li qiegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-vettura msemmija mill-Onorevoli Interpellant, tneħħiet.
Leg 9 PQ #35365 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Interim Retail Planning Guidelines

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-interim retail planning guidelines li ġie pubblikat mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta` l-Interim Retail Planning Guidelines (Public Consultation Draft) ippubblikat mill-MEPA. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #35366 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Żvilupp Sostenibbli

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport dwar żvilupp sostenibbli?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji tan-National Report for Sustainable Development. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage tal-Ministeru ta` l-Intern u l-Ambjent (www.mhae.gov.net).
Leg 9 PQ #35367 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju dwar spazju għall-iżvilupp ta' l-SME's ippubblikat mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra 4 kopji ta` l-istudju dwar spazju għall-iżvilupp ta` SME`s (Public Consultation Draft) ippublikat mill-MEPA. Aktar kopji jistgħu jittieħdu direttament mill-webpage ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (www.mepa.org.mt).
Leg 9 PQ #35368 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Rural Strategy

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-topic paper dwar rural strategy li ġiet ippubblikata mill-MEPA?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 35088.

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa' jittella' ċ-ċint f'Sant Iermu biswit l-akkademja tal-pulizija fil-Belt?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #35424 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm-il vettura mitluqa nġabret mit-toroq ta’ Malta u Għawdex fl-ewwel tmien xhur tas-sena 2002? Mil-liema inħawi? Xi jsir minn dawn il-vetturi wara li jkunu nġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-ewwel tmien xhur ta` din is-sena, it-Taqsima tal-A.L.E. tal-Pulizija u l-Pulizija Distrettwali ġabru 78 vettura, minn dawn il-lokalitajiet: Attard; B`Kara; Balzan; Bormla; Buġibba; Floriana; Għasri; Għarb; Għajnsielem; Lija; Marsa; Marsalforn; Mellieħa; Mġarr (Gozo); Mrieħel; Msida; Mosta; Munxar; Nadur; Naxxar; Paola; Qala; Qawra; Qormi; San Ġiljan; San Ġwann; San Pawl il-Baħar; Santa Venera; Valletta; Victoria; Xewkija; Xagħra; Xgħajra; Żebbuġ (Malta) u Żurrieq. Dawk il-vetturi hekk miġbura, li jibqgħu ma jittieħdux lura mis-sid leġittimu tagħhom fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni ta` avviż ta` tneħħija mill-Kummissarju tal-Pulizija fil-Gazzetta tal-Gvern u fi tliet ġurnali lokali oħra, li bih isejjaħ lil dak is-sid sabiex jieħu lura dik il-vettura, jiġu mibjugħa, jew, fil-każ li dawn ma` jkunux tajbin biex jintużaw fit-triq, jiġu meqruda, kif provdut f`regolament 8(1) ta` Avviż Legali 94 ta` l-1997.
Leg 9 PQ #35425 Sitting 789 2002-09-24 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’inhu n-numru totali ta’ pulizija fil-korp bħalissa? Kemm min-numru totali huma taħt il-25 sena? Kif inhuma mqassma f’ranks?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-preżent in-numru totali ta` pulizija fil-Korp hu ta` 1,808 u n-numru f`kull grad hu kif ġej:- Kummissarju 1 Deputat Kummissarju 1 Assistent Kummissarju 5 Supretendent 21 Spettur 82 Surġent Maġġur 1 Surġent 315 Kuntistabbli 1,382 Infurmat ukoll illi n-numru ta` membri taħt il-25 sena hu ta` 226 li huma kollha fil-grad ta` kuntistabbli.