Jista' l-Ministrujgħid kemm ġew imwettqa hold ups bejn 1 ta' Jannar u 31 ta' Lulju 2000 u bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Lulju 2001?
Response (BORG, TONIO)
B`żieda mat-tagħrif li jien tajt fit-Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27634, ninsab infurmat illi n-numru ta` hold-ups irrappurtati lill-Pulizija f`Lulju 2000 u f`Lulju 2001 kienu ta` 2 u 4 rispettivament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikanti li għaddejjin mill-proċess, jew għamlu l-proċeduri kollha biex jieħdu d-dual citizenship mix-xahar ta' Ġunju sa l-aħħar ta' Awissu 2001?
Jista' jgħid kemm kienu dawk li applikaw għad-dual citizenship mid-dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-expatriates f'Malta fix-xahar ta' Ġunju sa' l-aħħar ta' Awissu 2001?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Ġunju u Awissu 2001, id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza irċieva:
235 talba sabiex jiġi kkonfermat li l-persuni kkonċernati jikkwalifikaw awtomatikament biex ikollhom żewġ ċittadinanzi;
170 talba għal reġistrazzjoni bħala ċittadini ta` Malta; u
18 talba għal naturalizzazjoni bħala ċittadini ta` Malta.
Persuni li jiġu reġistrati jew naturalizzati bħala ċittadini ta` Malta, jistgħu jżommu ċ-ċittadinanza tal-pajjiż l-ieħor u għalhekk dawn ikollhom żewġ ċittadinanzi huma wkoll.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li bħallissa għaddejja proċeduri biex tkun estradita', ta' liema ċittadinanza kienet qabel saret Maltija?
Meta saret Maltija din iċ-ċittadina?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji tal-persuna li dwarha qiegħed jintalab dan it-tagħrif.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Pulizija mhux qed iżżomm milli jsiru xogħlijiet b'inġenji storbjużi f'Villa Cassar Torreġiani wara l-ħin mogħti fil-permess u dan bi ksur tal-liġi?
Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li fis-19 ta' Lulju 2001 baqgħu għaddejin xogħlijiet sew wara l-ħin kif stipulat fil-permess? Jista' jgħid għaliex wara li issejħu l-Pulizija biex iwwaqfu dan l-abbużż dawn ma' ġewx u kellhom jissejħu għat-tieni darba wara li kienu għaddew madwar 45 minutes mill-ewwel rapport sabiex fl-aħħar dawn ġew jinvestigaw?
Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li minkejja li l-Pulizija sabet dak li ġie rappurtat u ċioe li kien għadu għaddej ix-xogħol, il-kuntrattur xorta baqa għaddej bil-ħidma tiegħu u l-pulizija telqet min fuq il-post mingħajr ma assigurat li x-xogħol jieqaf?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu kontra n-nies responsabli u meta dawn mistennija jittelgħu l-qorti?
Jista' jikkonferma jekk il-Pulizija kellhiex kopja tal-permess tal-PA?
Jista' jgħid wkoll x'inhi r-raġuni li s-sidien tal-proġett imsemmi m'għandhomx kopja tal-permess imwaħħla mas-sit fejn qiegħed isir ix-xogħol? Jista' jgħid x'passi ittieħdu mill-pulizija u mill-awtorita' tal-Ippjanar kontra s-sidien talli dan il-permess ma' huwiex esebit u qatt ma' kien minkejja li x-xogħol ilu li beda aktar min sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-ġurnata msemmija, il-Pulizija ta` San Ġiljan kellha rapport wieħed. Dan kien permezz ta` telefonata anonima għal ħabta tas-7.15pm. Il-Pulizija ipproċediet fuq il-post fejn irriżulta li dakinhar kien qiegħed jingħata l-konkos li dam aktar minn kif previst minħabba xi ħsarat fil-crane. Fil-fatt meta waslu l-Pulizija fuq il-post kienet qed titbattal l-aħħar bajla konkos. Wara dan, ix-xogħol waqaf.
Minn naħa ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ninsab infurmat illi l-kopja tal-permess hija mwaħħla fis-"site office" tal-proġett u mill-ispezzjonijiet li saru minn mindu beda l-proġett dejjem kienet imwaħħla hemm.
B'referenza għal tħarrik ta' suldati mit-Taqsima Maritima tal-AFM li saret reċentament, jista' l-Ministru jgħid jekk apparti in-nies imsemmija pubblikament li ġew imressqa l-qorti kienx hemm persuni oħra mill-istess Taqsima jew Taqsimiet oħra tal-AFM li kienu involuti?
Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk kienx hemm arresti ta' persuni f'dan is-sens? Jista' jgħid kemm kienu l-persuni arrestati? Jista' jgħid x'inhi r-raġuni li uħud ġew meħlusa u ma ittieħdux passi kontrihom? Kienu nvoluti jew le? Intervjena xi ħadd biex ma jittieħdux passi kontrihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`dan il-każ inbdew proċeduri quddiem il-Qorti fil-konfront ta` kull persuna li kienet involuta.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl ta' rapport li deher fil-Malta Independent tal-lum 25/07/01 fejn ġie rapportat illi tifla ta' 15 il-sena mibgħuta mill-gazzetta irnexxiela tixtri xorb alcoholiku bla diffikulta ta' xejn, jista' jgħid x'passi se tieħu il-pulizija kontra dawn l-istabilimenti msemmija ġo l-istess ġazetta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan il-każ qiegħed jiġi nvestigat.
Jista' l-Ministru jgħid billi ir-rapport li deher fil-Malta Indipendent tal-lum 25/7/2001 jidher, issa bil-provi, allavolja dan kien fatt magħruf, illi il-maġġoranza tal-ħwienet ta' divertiment ibigħu alkohol lil tfal taħt is-sittax il-sena bla ħabi ta' xejn, jista' l-Ministru jgħid kemm irnexxiela taqbad persuni l-pulizija ibiegħu alkohol lil tfal taħt is-sittax il-sena sal-bieraħ 24/7/01? Jista' l-Ministru jgħid huwiex sodisfatt b'dan in-numru u jekk le, x'se jgħamel il-ministru biex dan l-abbuż rampanti fil-miftuħ u xi kultant anke quddiem l-istess pulizija, jiġi mrażżan?
Response (BORG, TONIO)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27726, ninsab infurmat illi l-Pulizija kienet u ser tibqa` tagħmel spezzjonijiet fil-ħwienet tax-xorb minħabba dan l-abbuż.
Jista' l-Ministru jara li ssir reserved parking quddiem Garage no. 80, Triq Louis Schickluna, Fgura peress li sid tal-garage għandu vettura tal-linja u jkun hemm ħafna problemi? Jista' dan is-sinjur li l-partikularijiet jinsabu separatament min din il-mistoqsija jiġi infurmat?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu deċiżi l-applikazzjonijiet dawn bdil tal-galleriji fil-Belt u l-Floriana? Kemm applikaw? Kemm-il applikazzjoni ġiet approvata? Kemm-il applikazzjoni ġiet rifjutata u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjonijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ġew deċiżi u ser jiġu maħruġin għall-pubbliku fi żmien qasir.
Infurmat ukoll illi kien hemm 93 applikazzjoni li minnhom 75 ġew approvati, 2 ġew irtirati u 16 ma ġewx approvati għaliex kienu jirrigwardjaw proprjetajiet kummerċjali.
Jista' l-Ministru jikkonferma li sar traffic impact study għall-proġett tal-Cruise Liner Passenger Terminal? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jara li kopja ta' dan l-istudju titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-Traffic Impact Statement preliminari kien ġie sottomess f`Ġunju 1999 meta kienet qed tiġi pproċessata l-applikazzjoni "outline" ta` l-iżvilupp tal-Cruise Liner Passenger Terminal. Infurmat ukoll illi Traffic Impact Statement sħiħ dwar dan il-proġett għadu ma ġiex sottomess lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċ-ċelel fl-għases t'Għawdex ma ġewx irrangati kif sar issa f'Malta?
Peress illi ċ-ċelel kif jinsabu fil-preżent f'Għawdex huma bla arja, degradanti u huma tant fi stat ħażin li jiksru id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, tista' s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f`każ ta` ħtieġa, il-Pulizija t`Għawdex tagħmel użu miċ-ċelel li hemm fil-kumpless tal-uffiċini/garage tal-Pulizija fir-Rabat u mhux miċ-ċelel li kienu jintużaw qabel fid-diversi Għases. Infurmat ukoll illi dawn huma miżmuma fi stat tajjeb u bl-ebda mod ma huma degradanti, għalkemm ma għandhomx twieqi għal barra.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-pulizija dwar l-ilmenti mqajma minn turisti residenti fil-lukanda New Paradise Bay u mill-management ta' l-istess lukanda li qed isiru discos fil-beach concession taċ-Ċirkewwa li qed jiddisturbawhom għax idum sas-sigħat bikrin ta' filgħodu?
X'permessi qed ikollhom dawk li jorganissaw dawn id-discos?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li l-Pulizija kellha xi lmenti kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Il-permessi maħruġa mill-Pulizija huma għal ġranet speċifiċi. Meta dawn inħarġu kienu mis-7.00pm sa nofs il-lejl.
Jista' l-Ministru jgħid hemm xi membri fil-Korp tal-Pulizija li għandhom xi rekord kriminali fil-fedina penali tagħhom?
Kemm hemm minn dawn il-membri? F'hiex tikkonsisti r-rekord kriminali tagħhom? kif ġew reklutati dawn il-membri?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħarrku u ttellgħu l-Qorti persuni akkużati b'qerda ta' siġar matul l-ewwel sitt xhur tas-sena mill-pulizija?
Jista' jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 2000 u l-1999?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-perijodu imsemmi mill-Onorevoli Interpellant ma kienx hemm persuni li ġew akkużati quddiem il-Qorti b`qerda ta` siġar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ġew deportati barra minn Malta matul l-ewwel 6 xhur tas-sena? X'nazzjonalita' kienu u x'etajiet kellhom? Kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul l-ewwel sitt xhur ta` din is-sena, ġew deportati 325 persuna li l-eta` tagħhom tvarja bejn is-16-il sena u 49 sena. 312 kienu rġiel filwaqt li 13 kienu nisa. In-nazzjonalita` tagħhom kienet kif ġej:
Ċekoslovakka, Filippina, Tuneżina, Marokkina, Pakistana, Eġizzjana, Libjana, Ingliża, Rumena, Russa, Ukrajina, Bulgara, Sirjana, Jugoslava, Torka, Bangladesh, Bosnijaka, Ċiniża, Ġermaniża, Ġordaniża, Lebaniża, Palestinjana, Peruvjana u Sudaniża.
Inġibditli l-attenzjoni, illi bi żvista t-tagħrif li jien kont ġejt mogħti għat-Tweġiba ta` Mistoqsija Parlamentari Nru. 27193, ma kienx komplet. Għaldaqstant, it-tagħrif għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 27193, għandu jkun dak li qiegħed nagħti f`din it-Tweġiba.
Jista' l-Ministru jgħid matul l-aħħar xhur liema discos u stabbilimenti tad-divertiment żaru l-pulizija biex jiżguraw li qed jiftħu u jagħlqu skond ir-regolamenti u l-liġijiet eżistenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant għadu qed jinġabar.