Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #18760 Sitting 381 2006-05-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Low cost airlines

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 18540 u jgħid minn mindu tħabbret skema ta' għajnuna biex low cost airlines joperaw fuq ċerti rotot lejn Malta fix-xitwa, x'passi ttieħdu u minn min u b'liema riżultati biex low cost airlines jibdew joperaw minn u lejn Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nixtieq nippreċiża li l-iskemi li ħabbar il-Gvern huma intiżi sabiex iżidu t-turiżmu fix-xhur tax-xitwa. Waħda minn dawn l-inizjattivi hija mmirata sabiex jiġu żviluppati rotot ġodda minn linji ta’ l-ajru inkluż dawk low cost iżda mhux b'mod esklusiv. L-iskemi qed jiġu finalizzati f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Il-mira tal-Gvern hi li dawn id-diskussjonijiet jintemmu fl-iqsar żmien possibbli u ċertament b’mod li jagħmilha possibbli li uħud minn dawn ir-rotot jibdew jitħaddmu mix-xitwa li ġejja.
Leg 10 PQ #18787 Sitting 381 2006-05-08 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bejgħ on line ta' faċilitajiet turistiċi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentiari 18539 u jgħid fejn wasal ix-xogħol biex isir il-portal nazzjonali għall-marketing u l-bejgħ on line ta' faċilitajiet turistiċi fil-gżejjer Maltin? Kif se jkun iddisinjat dan il-portal? Kemm se jkun interattiv ma' l-operaturi turistiċi lokali? Meta ser jkun lest?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, flimkien ma’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, beda x-xogħol preparatorju fuq din l-inizjattiva. Il-Ministeru, flimkien mal-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informatika, qiegħed jipprepara s-sejħa għall-offerti bil-ħsieb li din toħroġ fil-ġranet li ġejjin.
Leg 10 PQ #18790 Sitting 381 2006-05-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

European Social Fund — Proġetti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm proġetti li kienu funded mill-European Social Fund tul dawn l-aħħar sentejn f'xi dipartiment jew ente fid-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kull każ min kienu l-kumpanniji li ittenderjaw għal dawn il-proġetti? Liema kienet il-kumpannija f'kull każ li ngħatat it-tender? Xi kriterji ntużaw sabiex ġie awarded kull tender?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F’dawn l-aħħar sentejn sar proġett wieħed permezz tal-European Social Fund. Dan kien it-Tourism and Support Services Training Programme li kien maqsum f’ħames attivitajiet prinċipali. Dan il-proġett huwa mmexxi mill-Industry HR Development Unit ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta. Il-kumpaniji li ressqu tender għal dan il-proġett kienu: Malta Institute of Management Ħabib Consortium MISCO, Optimum Results & JP Advertising Creative Learning Media & A. Callus Outlook Coop Geoffrey Fisher. It-tender intrebaħ mill-konsorzju tal-MISCO (MISCO International, Optimum Results & JP Advertising). Il-kriterju li uża l-Kumitat ta’ l-Evalwazzjoni kien ibbażat fuq il-metodoloġija li biha saret il-proposta għall-proġett, kif ukoll fuq l-għarfien ta’ l-esperti f’termini tal-kwalifiki u l-kapaċitajiet professjonali tagħhom, l-esperjenza tagħhom f’din l-għalqa in ġenerali, u anke dik speċifika għal dan il-proġett.
Leg 10 PQ #18967 Sitting 381 2006-05-08 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Tas-Sliema — Ticket booths

Question

Jista' il-Ministru jara li l-konfużjoni li hemm ix-xatt, bi klijenti barranin jilmentaw mill-ambjent li jsibu, jitranġa anke permezz ta' għajnuna ta' awtoritajiet oħra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #18368 Sitting 380 2006-05-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru - kif ġentilment għamel il-Prim Ministru - jagħti tagħrif dwar l-infiq tal-ministeru, korporazzjonijiet, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq mobile phones fis-sena 2005?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ispiża fuq mobile phones mill-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, azjendi, enti u dipartimenti li jaqgħu taħtu fis-sena 2005 kienet kif ġej: Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali 241.97 Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti 619.86 Teatru Manoel 275.41 Dar il-Meditteran għall-Konferenzi 1,979.21 Fondazzjoni Patrimonju Malti 892.00 Ċentru għall-Kreattivita ta' San Ġakbu 1,303.41 Orkestra Nazzjonali 1,785.08 Awtorita' Maltija tat-Turiżmu 7,144.21 Ministeru u Dipartiment 9,463.00 Heritage Malta 3,199.00 Total 26,903.15
Leg 10 PQ #18306 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Turiżmu u Kultura — Xiri/Kiri ta' Proprjeta'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu, awtoritajiet u kull ente li taqa' taħtu mill-2005 sal-lum xtrawx u/jew krewx u/jew ħadu b'ċens xi proprjeta' mis-settur privat? Jekk fl-affermattiv, meta u b'liema titolu? Ħarġet sejħa għall-offerti? Mingħand min akkwistaw din il-proprjeta'? Għal liema raġuni akkwistaw din il-proprjeta'? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt jew tal-ftehim?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi mill-2005 sal-lum, il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma xtraw, krew jew ħadu b'ċens l-ebda proprjetà mis-settur privat.
Leg 10 PQ #18539 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Bejgħ on line ta' faċilitajiet turistiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol biex isir il-portal nazzjonali għall-marketing u l-bejgħ on line ta' faċilitajiet turistiċi fil-gżejjer Maltin? Kif se jkun iddisinjat dan il-portal? Kemm se jkun interattiv ma' l-operaturi turistiċi lokali? Meta ser jkun lest?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #18540 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Low cost airlines

Question

Minn mindu tħabbret skema ta' għajnuna biex low cost airlines joperaw fuq ċerti rotot lejn Malta fix-xitwa, jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu u minn min u b'liema riżultati biex low cost airlines jibdew joperaw minn u lejn Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #18542 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Organizzaturi li jġibu kantanti minn barra

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw flus l-organizzaturi li ġabu lill-kantant Elton John f'Malta minn xi struttura jew oħra li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru, taħt xi nefqa jew oħra, b'isem jew ieħor?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #18621 Sitting 379 2006-05-02 Oral · Final From: JOSEPH CASSAR To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ta' Ħaġrat, Imġarr

Question

Jista' il-Ministru jintervjeni biex is-sit arkeoloġiku Ta' Ħaġrat fl-Imġarr, Malta jerġa' ikollu d-dawl peress li r-reflectors f'dan is-sit ilhom mkissrin? Jista' jassigura li l-post kollu jkun mdawwal aħjar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-bozoz li hemm Ta’ Ħaġrat ma xegħlux it-Tnejn, 24 ta’ April 2006. Dawn ġew irrapurtati lil Heritage Malta l-għada u ġew mibdula fid-29 ta’April 2006. Id-dawl huwa biss għas-sigurtà tal-post. M’hemmx pjani li din is-sitwazzjoni tinbidel fil-futur qarib.
Leg 10 PQ #18406 Sitting 377 2006-04-25 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ħal Kirkop — Ħsara fuq l-imtali

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi se jieħu sabiex tieqaf il-ħsara li qed issir fuq l-imtali biswit il-kulleġġ San Benedittu permezz ta' inġenji kbar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #16530 Sitting 376 2006-04-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Żurrieq — Bars

Question

Jista' il-Ministru jindika liema huma l-bars fiż-Żurrieq li għandhom il-permess ta' l-imwejjed u s-siġġijiet li jistgħu joħorġu barra u minn kemm ilhom iħallsu dawn il-permessi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 16530. Nixtieq nippreċiża li l-bar li rreferejt għalih fit-tweġiba li tajt qiegħed Wied iż-Żurrieq li jinsab fil-limiti tal-Kunsill Lokali tal-Qrendi.
Leg 10 PQ #18117 Sitting 376 2006-04-24 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

MTA — Events

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-persuni u x'inhuma l-ħatriet rispettivi tagħhom li jifformaw il-kumitat li jorganizza l-events ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu? X'inhuma l-events li organizzaw tul is-sena 2005 u kemm nefqu fuq kull event? X'events se torganizza tul is-sena 2006 u x'se tkun in-nefqa ppjanata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Membri ta’ l-Events Committee ta’ l-Events Division fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura huma dawn : Chairman tal-Kumitat : Is-Sur Anthony Bezzina Membri : Dott Karl Briffa Is-Sur Michael Cutugno Is-Sur Christopher Mifsud Is-Sur Martin Morana (Manager Events). Fl- 2005 l-attivijtajiet li l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta organizzat kienu dawn: Budget allokat Mediterranean Food Festival Lm 40,000 Malta Fireworks Festival Lm 65,000 Malta Historic Cities Festival Lm 65,000 In Guardia u Alarme Re-enactments Lm 33,000 Assistenza lill-Entitajiet oħra għall- Events Lm 22,000 Nefqa totali Lm 225,000. L-events ippjanati għall-2006 huma l-istess bħal ta’ l-2005. In-nefqa totali hija stmata li tkun ta’ Lm 175,000.
Leg 10 PQ #18045 Sitting 375 2006-04-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

OPCs

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17746 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk l-OPCs (Outside Promotion Contact) li qegħdin ibiegħu t-timeshare f'Buġibba għandhomx il-permessi kollha meħtieġa biex jaħdmu f'pajjiżna? Kemm għandna OPCs f'pajjiżna li għandhom il-permessi meħtieġa biex jaħdmu hawn u x'nazzjonalita' huma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Kull persuna li taħdem bħala OPC ma' xi Marketing Company li tbiegħ it-timeshare, trid ikollha permess maħruġ mill-Awtorita' tat-Turiżmu. Dawk il-barranin li jaħdmu kif imsemmi hawn iridu wkoll jipproduċu l-permess maħruġ mill-ETC. L-Awtorita' tikkonferma li, irrispettivament mill-lokal turistiku, l-OPCs reġistrati magħha kollha għandhom il-permess. In-numru ta' OPCs reġistrati ma' l-Awtorita' bħalissa huwa ta' sebgħa u tmenin (87). Tlieta u ħamsin minnhom huma barranin. In-nazzjonalita' tagħhom hija klassifikata hawn taħt: Brittaniċi 38 Bulgari 1 Daniżi 1 Ġermaniżi 2 Irlandiżi 2 Polakki 1 Rumeni 1 Russi 1 Sloveni 2 Sud Afrikani 3 Tuneżini 1
Leg 10 PQ #18055 Sitting 375 2006-04-05 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Kunċert ta' Sting

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'se jkun is-sehem tal-gvern, permezz tal-ministeru jew inkella ta' xi ente li taqa' taħt il-ministeru tiegħu, fil-kunċert li Sting ser jagħti hawn Malta? Kemm se joħroġ flus il-gvern u minn liema budget?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

F'dan l-istadju ma hemm ebda ftehim għall-kunċert imsemmi mill-Onor. interpellant bejn l-Awtorita' tat-Turiżmu u l-organizzaturi. Madankollu qed isiru diskussjonijiet f'dan ir-rigward.
Leg 10 PQ #16530 Sitting 374 2006-04-04 Oral · Interim From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Żurrieq — Bars

Question

No question text.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hemm bar wieħed fiż-Żurrieq li għandu l-permess biex joħroġ imwejjed u siġġijiet barra. Dan huwa l-Step In Bar fi Triq Wied Ħoxt, Wied iż-Żurrieq u ilu jħallas dan il-permess minn Jannar ta' l-2003.
Leg 10 PQ #17907 Sitting 373 2006-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Alka tal-baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' trakkijiet li jintużaw biex titnaddaf l-alka tal-baħar minn fuq ix-xtut? Fejn qed tintrema l-alka li tittella' mill-baħar fuq ix-xtut? Jista' jipprovdi l-istess informazzjoni dwar Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-taqsima tat-tindif tax-xtut li taqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru tat-Turiżmu u Kultura fil-preżent qed taħdem b'erba' trakkijiet impressed ma' l-istess Ministeru. Il-kwantita' tat-trakkijiet tiżdied skond il-ħtiġijiet tax-xogħol. Bħalissa l-alka qed tintrema l-Magħtab ġo barriera f'Little Armier, dan bi ftehim mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. F'Għawdex, ix-xogħol tat-tindif tax-xtut, jaqa' taħt ir-responsabilta' tal-Ministeru għal Għawdex.
Leg 10 PQ #17908 Sitting 373 2006-04-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Beach Cleaners

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' beach cleaners responsabbli mill-bajjiet u xtut ta' Malta u Għawdex? Xi pjan għandhom għax-xogħlijiet fix-xhur li ġejjien u x'apparat inxtara sabiex il-ħidma tkun aktar intensiva? Tista' tipprovdi l-istess informazzjoni għal Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta' nies li huma nkarigati jnaddfu x-xtut ta' Malta huwa ta' 103. Minn dawn 85 huma mpjegati tal-Gvern u 18 huma ġejjin mill-IPSL. Sabiex il-ħidma għax-xogħolijiet fuq il-bajjiet tkun aktar intensiva, inxtraw xkupi, pali u għodda oħra relatati mat-tindif kif ukoll ilbies addattat għal-ħarsien tas-sigurta' tal-beach cleaners fuq il-post tax-xogħol bħal ma huma ngwanti u boots. Inxtraw ukoll żebgħat, pniezel u għodda oħra li jservu biex jinħadmu laned taż-żibel, slielem u oġġetti oħra simili relatati max-xtut. Fix-xhur li ġejjin is-sezzjoni biħsiebha tkompli tnaddaf ix-xtut kollha ta' Malta kuljum inkluż s-Sibtijiet u l-Ħdud.
Leg 10 PQ #17882 Sitting 372 2006-03-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Żoni turistiċi — Kumitat ta' azzjoni

Question

Jistgħu jittieħdu inizjattivi kontinwi biex il-ministeru, flimkien ma' l-MTA, l-MHRA, il-kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar, l-operaturi turistiċi u enti pubbliċi jagħmlu kumitat ta' azzjoni li jaħdem b'mod regolari u kontinwu biex jindirizza l-problemi fiż-żona turistika ta' Buġibba, Qawra, San Pawl il-Baħar u x-Xemxija?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern kien identifika sitt zoni turistiċi li qegħdin jingħataw priorita' f'xogħol ta' tisbiħ. Waħda minn dawn iz-zoni tikkonsisti f'Buġibba, il-Qawra, il-Mellieħa, Golden Bay u l-Marfa. L-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu għandha Tourism Zone Co-ordinator li jieħu ħsieb din iz-zona. Din il-persuna torganizza b'mod regolari laqgħat mall-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar rigward soluzzjonijiet meħtieġa. Tajjeb li wieħed isemmi, illi s-St Paul's Bay sub-committe tal-MHRA jiltaqa' regolarment mal-membri ta' din iz-zona fuq programmi ta' azzjoni għall-benefiċċju taz-zona kollha. Hu l-ħsieb illi t-Tourism Zone Co-ordinator jaħdem mill-qrib ma' dan il-kumitat rigward interventi li jkunu meħtieġa mill-entitajiet pubbliċi.