Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex issir it-tiswija neċessarja fuq il-menqa ta' San Pawl il-Baħar, billi s-sajjieda li jpoġġu d-dgħajjes tagħhom f'dan il-post huma inkwetati li ser issir ħsara rreparabbli lill-istess menqa, u b'konsegwenza fuq l-attività tagħhom?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari W456, billi d-domanda msemmija diġà saret diversi drabi taħt forma jew oħra, ninforma lill-Ministru li t-triq li qed nagħmel referenza għaliha tikkonċerna dik il-parti tat-triq li twassal mill-Bird Sanctuary (post fejn hemm is-santwarju tal-għasafar li jservi wkoll ta’ attrazzjoni turistika), liema triq twassal sal-bidu ta’ Kennedy Grove (fuq in-naħa l-oħra tat-triq), li qabel ma sar ix-xogħol fuq il-Coast Road, kienet isservi ta’ dħul għall-Qawra. Fl-istess post, fejn numru ta’ siġar taż-żebbug inqalgħu minn fejn illum għaddejja t-triq, u fil-fatt tħawlu fl-area li ma kenitx imħawla bis-siġar, kif ukull qrib il-post, fejn hemm mina biex minnha jgħaddi l-ilma tax-xita, biex jibqa ħiereġ lejn il-baħar, mingħajr ma jagħmel ħsara lir-raba’ u lill-inħawi, liema triq tfarrket kollha minħabba x-xogħol li sar biex inbena l-pont żgħir, kif ukoll biex sar ix-xogħol marbut mat-taħwil tas-siġar? Il-ħruġ li qed issir referenza għalih hu dak li jiġi t-tieni wieħed, fuq in-naħa tax-xellug tal-Coast Road, liema ħruġ/dħul jinsab ukoll wara l-ewwel lights, x’ħin taqbeż ir-roundabout il-kbira qabel titlaq mis-Salina biex tmur in-Naxxar, u wara l-ewwel sett ta’ pelican lights, li huma mixgħula, iżda qabel is-sett l-ieħor ta’ pelican lights li għadhom mhux mixgħulin, u li wkoll qed iservu ta’ periklu għal kull min ikun ser jaqsam it-triq, u wkoll ta’ periklu għal dawk li jkunu qed isuqu fuq l-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta u l-istat tagħha huwa primarjament konsegwenza ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni tul is-snin.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27439, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk qattx saru studji dwar il-possibbilità li jitwaħħlu sound barriers f’xi bypass f’Malta? Jekk iva fejn kienu jikkonċernaw dawn l-istudji? B’referenza partikulari għal bypass imsemmija (dik ta’ San Pawl il-Baħar), l-istorbju ġej mill-vetturi li jgħaddu minn din l-istess bypass, u l-istorbju jikkonċerna t-tul kollu tal-istess bypass?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27872.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li jaqgħu taħt it-TEN-T f'Malta u liema toroq jaqgħu taħt it-TEN-T f'Għawdex? Jista' jgħid liema huma dawk it-toroq li jaqgħu taħt it-TEN-T u li għadhom ma sarux? Jista' jindika meta hu maħsub li jsir ix-xogħol fuq kull triq li fadal?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27615
Transport Malta – records tas-servizzi ta’ entitajiet li jgħaddu minn fuq il-bankini
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta (TM) għandhiex records tas-servizzi ta’ entitajiet oħra li jgħaddu minn fuq il-bankini, biex b'hekk jiġi assigurat li dawn l-entitajiet ma jħallux ħsarat meta jgħaddu minn dawn il-postijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi li jeżistu taħt l-art huma responsabbilta’ tal-entita’ li għandha dak is-servizz. L-Awtorita’ m’għandhiex dettalji fejn jinstabu tali servizzi, madanakollu kull entita’ għandha d-dettalji tas-servizzi eżistenti li għandha taħt l-art. Kull meta jkun hemm xi xogħol maġġuri fit-toroq, tiġi mibgħuta notifika b’mod eletroniku lill-entitajiet biex jagħtu l-kummenti tagħhom. Apparti minn hekk, il-kuntrattur, qabel ma’ jibda xogħol fit-toroq, jikkuntattja lill-entitajiet biex jiġu jimmarkaw is-servizzi fit-toroq fejn se jkun se jsir ix-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ makkinarju nxtara mid-Direttorat għat-Tindif matul is-sena 2016?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din is-sena d-Direttorat għat-Tindif kompla jżid il-makkinarju billi inxtraw :
2 vannijiet
1 wheelie bin washer
1 dinghy
1 pedestrian sweeper
1 multi function scrubber
Inxtraw ukoll diversi muturi magħrufa bħala grass cutters, chain saws kif ukoll vacuum blowers.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għall-futur immedjat sabiex ikun hemm iktar tindif fiż-żoni turistiċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jaghmel dak kollu possibli sabiex ikun hawn l-iktar livell ta’ indafa f’kull ħin fil-pajjiż. Huwa importanti ħafna li l-pubbliku jikkopera mal-Gvern sabiex il-lokalitajiet kollha jinżammu nodfa. Minn naħa tagħna lesti li nibqgħu nagħtu kull kontribut possibli sabiex ikun hawn iktar tindif. Hemm il-ħsieb li ż-żoni li jitnaddfu mid-Direttorat għat-Tindif preżentament jiġu estiżi sabiex jintlaħaq iktar żoni. Għaddejja ħidma kontinwa biex nedukaw lill-poplu u nżidu l-infurzar meħtieġ biex jitnaqqas l-abbuż.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ lmenti li waslu għand id-Direttorat għat-Tindif matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kemm minnhom ġew solvuti minn CSD, minn kunsilli lokali u minn entitajiet oħra?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li n-numru ta’ lmenti li waslu għand id-Direttorat għat-Tindif permezz ta’ diversi mezzi ta’ komunikazzjoni li ġew introdotti, huwa kif ġej :
Numru ta’ każijiet 1366
Każijiet solvuti 1341
Każijiet pendenti 25
_________________________________________
Każijiet solvuti minn CSD 1257
Każijiet solvuti minn Kunsilli Lokali 55
Każijiet solvuti minn entitajiet oħra 29
Minn dawn il-figuri jidher li 98.2% tal-każijiet huma solvuti.
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il darba ssejħu l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif sabiex jinġabar xi ħut mejjet li jasal fuq ix-xtut Maltin xahar b’xahar matul din is-sena? Kif jikkompara dan l-ammont mas-snin preċedenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dan is-sajf il-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ġew imsejjħa 29 darba sabiex jinġabar xi tip ta’ ħut mejjet minn fuq il-kosta ta’ pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-latrini pubbliċi li huma taħt ir-responsabilità tal-Gvern Ċentrali li jibqgħu miftuħa wara l-ħinijiet normali waqt ix-xhur tas-Sajf? Sa x’ħin idumu miftuħa dawn il-latrini pubbliċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-latrini pubbliċi li jibqgħu miftuħin wara l-ħinijet normali huwa kif ġej :
Valletta - Barrakka ta’ fuq
Mdina – Howard Gardens
Birgu – Xatt ir-Risq
Dan is-servizz iġib spiża addizzjonali ta’ € 9,309 għal matul ix-xhur tas-sajf.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ nterventi ta’ tindif qed isiru fiż-żona tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif fiż-żona tal-Bus Terminus fil-Belt Valletta huwa kif ġej :
Tindif filgħodu (mis-6.00am ‘l quddiem) – Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif wara nofsinhar ( mill-4.00pm ‘l quddiem) – Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif matul il-lejl (mill-11.00pm ‘l quddiem)– Knis, ġbir ta’ skart u tbattil tal-kontenituri
Tindif u ħasil permezz ta’ power wash matul il-lejl (mis-2.00am ‘l quddiem) 3 darbiet fil-ġimgħa
Dan is-servizz jgħin ferm sabiex l-ambjent fiż-żona tad-daħla tal-Belt Valletta jkun wieħed li jilqa’ lil kull min iżurha.
Raħal Ġdid – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Raħal Ġdid sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Tarxien sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Gudja – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Gudja sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Għaxaq – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Santa Luċija – Toroq suġġeriti mill-Kunsill Lokali biex jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Santa Luċija sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Lewż, il-Gudja hux se tingħata t-tarmak peress li hemm biċċa li għadha ma ngħatatx?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jingħataw wiċċ asfalt għall-ewwel darba, minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.