Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #37147 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Ħaddiema

Question

In konnessjoni mat-tnaqqis maħsub fil-work force tal-Maltapost b'madwar 266 impjegat, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost jekk dan l-iskop ma jintlaħaqx b'mod konsenswali mal-ħaddiema?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37148 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Ħolqien ta' delivery hub

Question

Jista' il-Ministru jgħid in konnessjoni mal-Maltapost, xi spejjeż huwa maħsub li jkun hemm biex jinħolqu delivery hubs? Kemm hu maħsub li jkun in-numru tal-workforce f'dawn id-delivery hubs?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37149 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Investiment

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Maltapost dwar investiment li minn Lm204.000 għandu jaqbeż il-Lm1 miljun? Minn fejn huwa maħsub li ġejjin il-flus biex issir tali żieda fl-investiment mill-kumpannija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #37150 Sitting 818 2002-11-25 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Maltapost — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha konsulenti lokali u barranin il-Maltapost? X'inhu s-salarju ta' dawn it-tali u kwalunkwe benefiċċji oħrajn li jmorru mal-kariga?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għaxaq — Twessigħ ta' triq

Question

B'referenza għal żewġ ittri li qed nippreżenta separatament dwar twessigħ ta' triq li tagħti għall-kamra tan-nar ta' San Ġużepp, f'Tal-Garda l/o Għaxaq, Jista' l-Ministru jgħid x'jista' jsir f'dan il-każ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt l-ittri ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex ikun jista' jiġi kkunsidrat x'l-aħjar li jsir.

Ħaż Żabbar — Inspection

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 36611, jista' l-Ministru ġentilment jgħid meta saret l-inspection imsemmija fi Triq Ħadd in-Nies, Żabbar, għax din it-triq illum hi kważi kollha żviluppata u allura r-raġuni migjuba fir-risposta għall-fatt li għadha ma saritx it-triq, jiġifieri li "għad hemm ħafna żvilupp xi jsir", assolutament ma treġix?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-inspection saret riċentement. It-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hi maqsuma fi tliet biċċiet żviluppati illi iżda mhumiex magħqudin ma' xulxin u illi komplessivament ma jammontawx għall-aktar minn 50% ta' l-iżvilupp totali li jrid isir f'din it-triq. Madankollu peress illi l-Onor. Interpellant jidher ċar li qed jirreferi għal kull biċċa minn din it-triq separatament, tajt struzzjonijiet lid-Direttorat tat-Toroq biex jagħmel spezzjoni oħra u jara jekk xi parti minn din it-triq tistgħax tiġi asfaltata.
Leg 9 PQ #36876 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Ħal Tarxien — Parking

Question

Jista' il-Ministru jara li ma jibqax isir parking tal-karozzi fl-aktar parti wiesgħa ta' sqaq it-Tramuntana Ħal Tarxien, minħabba li meta jkunu jridu jduru bil-karozzi biex joħorġu mill-isqaq qed isibuha ferm diffiċli minħabba li jkun hemm ipparkjati l-karozzi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lil-Awtorita' dwar it-Trasport biex tiċċekja t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant sabiex jiġi deċiż xinhu l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #36883 Sitting 816 2002-11-19 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Ħal Tarxien — Traffic Signs

Question

Jista’ il-Ministru jara li jinbidlu żewġ tabelli (Traffic Signs) li jindikaw id-destinazzjoni ta' l-irħula f'’Tal-Barrani Road Tarxien waħda li hemm bejn l-iskola u l-pompa tal-petrol u l-oħra aktar `l isfel kif taqbeż l-ewwel sett ta’ traffic lights qabel iddur lejn triq San Anard għax litteralment huma mqaxxra u ma jidher xejn bil-konsegwenza li ħafna turisti jipiċċaw mitlufa?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi d-Direttorat għat-Toroq diġa ħa l-passi biex dawn it-tabelli jiġu mibdula sabiex il-kitba li għandhom fuqhom tkun tista terġa tibda tinqara.

Wied il-Għajn — Tqegħid ta' mains ta' l-ilma

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jinfurmani meta hu maħsub li l-kuntrattur jibda xi xogħol fuq it-tibdil ta' mains ta' l-ilma fi triq l-Imriekeb, Wied il-Għajn? Liema toroq se jsiru fl-istess tender flimkien ma' din it-triq? Meta se jibda dan ix-xogħol u minn liema triq se jibda l-kuntrattur? Meta hu maħsub li jintemm dan ix-xogħol bejn wieħed u ieħor?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi Triq il-Qawwara, Triq Wistin Born u Triq l-Imriekeb huma t-tlett toroq li se jiġu asfaltati skond il-kuntratt imsemmi mill-Onor. Interpellant. Ix-xogħol ta' tibdil ta' mains beda fil-11 ta' Novembru fi Triq il-Qawwara. Ix-xogħol ta' kostruzzjoni mistenni li jdum għaddej 10 ġimgħat u għandu jkun lest fil-bidu ta' Frar.

San Ġwann — Triq Għargħur - Tiswija

Question

Tista' tiġi rranġata triq Għargħur, San Ġwann minħabba fil-kundizzjoni ħażina li tinsab fiha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.

Importazzjoni — Karozzi second hand

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew importati karozzi second hand mis-sena 2000 sal-lum xahar b'xahar? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi oriġinaw? X'inhuma l-proċeduri sabiex persuna tkun tista' timporta karozza second hand?

Response (GALEA, ĊENSU)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dwar vetturi second hand li ġew liċenzjati mis-sena 2000 sa llum. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

San Pawl — Tarmac

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar meta beħsiebu jagħti wiċċ tarmac lit-Triq Arznell San Pawl l-Baħar minħabba is-sitwazzjoni prekarja tagħha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Naħseb li l-Onor. Interpellant għandu bżonn jiddistingwi x'inhu x-xogħol li għandu jagħmel Kunsill Lokali, minn dak li jsir mill-Gvern Ċentrali. Minbarra hekk, konvint li l-Onor. Interpellant jaf x'inhu l-mod li biħ jaħdmu l-Kunsilli Lokali.

Birkirkara — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni meta se titlesta Triq F. Geneste, Birkirkara? Huwa konxju li t-triq inġarret kollha mill-maltemp riċenti u trid terġa' tinkesa biċ-ċagħaq? Hemm ħsieb li ssir Triq il-Qanmiċ ukoll li hija triq qasira ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi x-xogħol ta' bini ta' bankini u tqegħid ta' pedamenti tat-triq huma lesti. Huwa vera illi xi ftit żrar inġarr mill-maltemp fil-parti t'isfel tat-triq iżda inġenerali ma kienx hemm xi ħsara sostanzjali fil-pedamneti tat-triq. Id-Direttorat qiegħed jieħu passi biex ikun jista' jitqabbad kuntrattur biex jagħti l-wiċċ ta' asfalt f'din it-triq. Ix-xogħol fi Triq il-Qanniċ mhux inkluż ma' dan il-kuntratt iżda d-Direttorat tat-Toroq qiegħed jipprepara l-istejjem biex ix-xogħol f'din it-triq ikun jista' jsir aktar 'il quddiem.
Leg 9 PQ #36871 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Raħal Ġdid — Traffic Lights

Question

Jista' il-Ministru jara li jsiru traffic lights jew xi sistema oħra li jidderiġi t-traffiku aħjar f' salib it-toroq f' Raħal Ġdid, magħrufa aħjar bħala ta' ħdejn l-ispiżerija ta' Portelli, cioe' f'Palm Street kantuniera ma' Triq Luqa kantuniera ma' Triq Tarxien minħabba li ta' spiss qed ikun hemm konġestjoni ta' traffiku fejn ħadd ma jagħti d-dritta lil ħadd u qed jinħoloq ħafna traffic jam speċjalment f'ħinijiet tax-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li d-Direttorat tat-Toroq kien analizza l- junction imsemmija mill-Onor. interpellant iżda rriżulta li ma jistax jiġi nstallat ebda' sistema ta' traffic lights minħabba li t-triq hija dejqa ma tistax tiġi ntrodotta third lane .
Leg 9 PQ #36872 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Traffiku — Traffic signs

Question

Jista' il-Ministru jara li tingħata attenzjoni għal mod ta' kif qed jitwaħħlu ċerti traffic signs peress li hemm ħafna minn dawk li twaħħlu ġodda dan l-aħħar li għandhom l-ittri żgħar ħafna u ma jinqrawx mill-bogħod ħlief meta tkun wasalt ħdejhom speċjalment meta jidlam u oħrajn huma bla dawl bħal dawk li hemm imwaħħla mal-bridge fi triq Aldo Moro l-Marsa kif ukoll peress li jeżistu oħrajn li twaħħlu quddiem xi arblu tad-dawl li meta fil-għaxija jinxtegħel jkun impossibli li taqra t-tabella? Jaf il-Ministru li hemm tabelli oħra li tant kemm kibru s-siġar ta' madwarhom li la jidhru bin-nhar u l-anqas bil-lejl?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-tabelli l-ġodda li qed jitwaħħlu fit-triq arterjali no. 1, mill-Freeport saċ-Ċirkewwa huma mamgħula skond l-istandards internazzjonali li jirregolaw dan ix-xogħol. Dawn huma magħmulin minn materjal li huwa retro-reflective illi jixgħel u b'hekk ikunu jidhru bid-dawl tal-karozzi infushom u għalhekk m'għandhomx bżonn jiddawlu bħal tabelli oħra li kienu jitwaħħlu qabel. Id-Direttorat għat-Toroq għadu għaddej bix-xogħol biex jara li t-tabelli kollha li twaħħlu mhumiex mogħttija b'xi frieghi jew xi ostakli oħra.
Leg 9 PQ #36875 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Ħal Tarxien — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti breakdown ta' l-ispejjeż li saru biex twessgħet u ngħatat it-tarmac fi sqaq it-Tramuntana Ħal Tarxien? Jista' jgħid jekk tħallasx xi kumpens lil xi ħadd, u jekk iva lil min, kemm u għaliex?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi l-ispejjeż kollha nvoluti fix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' Triq it-Tramuntana huma mqassmin kif jidhre hawn taħt: Bankini u service duct Lm12,015.41 Type 1 Lm1,289.17 Asfaltar tat-triq (60mm base u 40mm wearing) Lm8,945.29 Jiena nfurmat illi sa issa għadu ma tħallas l-ebda' kumpens.

Toroq — Xogħol u manutenzjoni

Question

Huwa possibbli għall-Ministru li jindika b'kemm sar xogħol ta' bini /manutenzjoni ta' toroq fir-raba' distrett matul dawn l-aħħar erba' snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.

Direttorat tat-toroq — Flus imħallsa fuq expropriation

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb l-ewwel u t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 36708?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi bejn l-ewwel ta' Novembru 2001 u l-ewwel ta' Ottubru 2002 tħallsu Lm934,266 bħala esproprijazzjoni u saru Lm194,441 f' commitments għal ħlas ta' esproprijazzjoni.

Direttorat tat-toroq — Servizzi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi t-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari numru 36710?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ninsab infurmat illi minħabba t-tul ta' żmien li tirrikjedi biex tinġabar l-informazzjoni mituba mill-Onor. Interpellant, r-risposta tingħata aktar il-quddiem.