Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gozo Channel — Boat Charter

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-boat charter ser jitwaqqaf wara li l-Gozo Channel stess ftaħret b'dan is-servizz ġdid u innovattiv? X'ser jiġri mid-dgħajsa li kienet tintuża għal dan is-servizz?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Boat Charter, jitħaddem bil-ko-operazzjoni tal-Gozo Tourism Association u l-Gozo Channel, ma twaqqafx, imma ser ikompli, b'arranġamenti simili bħax-xitwa li għaddiet. Għandha toħroġ stqarrija lill-pubbliku fil-jiem li ġejjien. Id-dgħajsa li biha kienu jsiru l-vjaġġi ma kienetx il-propjeta' tal-Gozo Channel, imma ta' terzi persuni, u kienet tagħmel l-vjaġġi skond id-domanda.

Bordijiet u kummissjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi onorarja u benefiċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra peress li l-informazzjoni relattiva għadha qieghda tinġabar.

WSC — dipartiment tad-drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji tal-ftehim li sar sabiex id-dipartiment tad-drenaġġ jiġi ntegrat mal-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma sar l-ebda ftehġm bħal ma qal l-Onorevolġ ġnterpellant. ġl-Gvern ħa deċġżjonġ lġ jdaħħal fġs-seħħ dawk l-artġklġ ta' l-Att dwar ġl-Korporazzjonġ għas-Servġzzġ ta' l-ġlma lġ jġrrġgwardjaw ġs-Sġstema tad-Drenaġġ

Ħal Qormi — Triq Aniċi

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x'inhu jżomm lil Korporazzjoni Enemalta milli tixgħel żewg lampi fi Triq Anici Hal-Qormi li ilhom mwaħħlin fit-triq għal aktar minn ħames xhur?

Response (GATT, AUSTIN)

Kien hemm oġġezzjoni għal dawn iż-żewġ lampi u għalhekk ix-xogħol waqaf. Issa li ġew aċċettati fil-post fejn weħlu, ix-xogħol fuqhom ser ikompli u mistenni jitlesta sa nofs Ottubru.

Malta Shipbuilding Co. Ltd.

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kien it-telf li sar fis-sena 2002 tal-MCSL (Malta Shipbuilding co. Ltd)? Jista' jagħti d-draft accounts taż-żewġ Tarznari? Dawn l-accounts ġew mgħoddija lill-EU kif stipulat? Dawn kif jipparagunaw mal-projections li għamel il-management?

Response (GATT, AUSTIN)

It-telf tal-Malta Shipbuilding fis-sena 2002 kien ta' Lm10,874,994. Id-draft audited accounts tal-Malta Shipbuilding huma lesti pero għadhom ma ġewx approvati formalment mid-diretturi tal-kumpanija. L-Accounts tal-Malta Drydocks għall-2002 għandhom qed jiġu awditjati. Dawn l-accounts għadhom ma ġewx mgħoddija lil-EU. Filwaqt li t-telf proġettat fil-business plan għaż-żewġ tarżnari għas-sena 2002 kien ta' Lm19.5 miljun, it-telf attwali kien ta' Lm26.2 miljun.

Korporazzjoni Enemalta — Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-kont numru 1000001555-2 district code 020, Kodiċi tal-post 133972 għadu ma ġiex rivedut wara li l-meter reader kien għamel spezzjoni ftit taż-żmien ilu, eżattament fit-22/12/2000?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Telephones ċellulari

Question

Jaħseb il-Ministru li wasal iż-żmien li linji ta' telefon ċellulari jiġu aktar kontrollati fis-sens illi kull linja li tiġi mibjugħa għandha tiġi reġistrata u dan biex jitnaqqas l-abbuż ta' użu ħażin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza t-talba tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Malta Drydocks — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk in-nuqqas ta' 900 ħaddiem għamlux effett fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Malta Drydocks? L-ispiża ordinarja ta' Drydocks impruwvjat? Jekk iva, b'liema mod?

Response (GATT, AUSTIN)

Waqt li t-tnaqqis ta' 722 ħaddiem mit-Tarzna matul l-2002 naqqset l-ammont ta' flus li tħallsu f'pagi, t-telf tat-Tarzna ma naqasx għax jinħtieġ ukoll illi jitbiddlu l-prattiċi tax-xogħol antikwitati li jeżistu u jsir ftehim kollettiv ġdid li jirrifletti s-sitwazzjoni moderna ta' tarzna f'suq kummerċjali kompettittiv.

Malta Drydocks — Pagi tal-ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet tammonta l-ispiża tal-pagi fis-snin 2001 u 2002 u kemm hi n-nefqa għall-overtime fil-Malta Drydocks?

Response (GATT, AUSTIN)

L-ispiża tal-pagi tal-Malta Drydocks kienet kif ġej: Sena 2001 - LM22,311,796 Sena 2002 - LM18,868,276 Dan l-ammont jinkludi l-overtime u night shift kif muri hawn taħt: Sena 2001 - LM4,698,678 Sena 2002 - LM3,942,430

Malta Drydocks

Question

Peress illi l-Gvern kellu pjan għad-Drydocks maqsum fuq tliet fażijiet li huma restructuring, devlopment u redundancies u peress li dawn il-miżuri kollha ttieħdu simultanjament, jista' il-Ministru jgħid fid-dettall xi progress sar f'kull fażi fil-proċess fuq indikat f'istruttura tat-Tarznari?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-pjan ta' ristrutturar tat-Tarzni mhux kif indikat mill-Onor. Interpellant iżda hu maqsum fil-fazijiet segwenti: 1. Tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema 2. Xogħol alternattiv għal ħaddiema zejda 3. Tibdil fil-prattiċi tax-xogħol biex titjib il-produttivita' Fl-2002 sar tnaqqis ta' 722 ħaddiem miż-żewġ tarzni permez ta' skemi ta' irtirar kmieni. Għadfadal madwar 900 ħaddiem li jridu jonqsu mill-complement tat-tarzni. Għadu ma giex iffirmat ftehim kollettiv ġdid li jinkludi riformi kbar fil-prattiċi tax-xogħol li mingħajrhom il-miżuri l-oħra ma jkollhomx l-effett mixtieq. Il-Gvern ta deadlines ċari biex jintemm in-negozjar ta' dan il-ftehim biex ikunu evitati mizuri oħra biex ikun kontrollat it-telf tat-tarzni.

Kirkop — Provvista baxxa ta' l-elettriku

Question

B'referenza għall-mistoqsijiet preċedenti tiegħi rigward provvista baxxa ta' l-elettriku fi Triq San Remig, Kirkop, jista' l-Ministru ġentilment jgħidli fiex waslu l-pjanijiet tal-bini ta' substation li kellha tinbena? Fejn se tinbena? Meta bejn wieħed u ieħor se titlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Is-Substation inbniet fi Triq Karlu Darmanin f'Lulju 2002.

Żejtun — Triq Sant'anġlu - ilma tal-vit

Question

Tista' il-Water Services Corporation tinvestiga ilment li wasalli mingħand diversi familji li joqogħdu Triq Sant'Anġlu, Żejtun, dwar l-ilma tal-vit li hu kollu sadid u ma jistax jintuża? X'jeħtieġ li jsir biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma taf bil-problema ta' l-ilma bis-sadid f'din it-triq u ser tieħu l-passi meħtieġa biex jinbidel il-main. Sakemm dan iseħħ, peress li hu proġett li jieħu ftit taż-żmien, ser isiru washouts tas-sistema tad-distribuzzjoni ta' l-ilma f'intervalli regolari biex l-problema tittaffa kemm jista' jkun.

Teknoloġija ta' l-Informazzjoni u Investiment — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamru matul il-Leġislatura preċedenti.

Gżira — Upper St. Albert - Ħruġ ta' ilma

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet konċernati wara ilmenti kontinwi mir-residenti ta' Triq Upper St. Albert (ħdejn Taljana Lane), Gżira għall-ilma li ilu ħiereġ minn nofs ta' triq għal dawn l-aħħar tlett ġimgħat?

Response (GATT, AUSTIN)

L-uniku lment li rċeviet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma dwar ħruġ ta' ilma fl-area indikata kien propju mingħand l-istess Onor. Interpellant. Skond dan l-ilment xi ilma kien dieħel fil-garaxx li hu taħt il-livell tat-triq u taħt il-blokk ta' flats li fih hemm ir-residenza ta' l-Onor. Interpellant. Il-ħsara imsemmija kienet f'service pipe u l-ammont ta' ilma li kien ħiereġ kien wieħed relativament żgħir. Din il-ħsara isewwiet nhar is-Sibt 30 ta' Awissu.

WSC/korporazzjoni Enemalta — Kontijiet pendenti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 575 u cioe' kemm fil-fatt iż-żewg korporazzjonijiet ta' l-ilma u d-dawl għandhom jiġbru flus ta' kontijiet pendenti f'Malta u Għawdex separatament fil-preżent? Jista' jaqsam iċ-ċifra fi tnejn u cioe' kemm kummerċjali u kemm domestiku ? X'kienet is-sitwazzjoni għas-snin 2002, 2001, 2000,1999 u 1998?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.