Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni qed tittieħed biex buskers barranin ma jkomplux jokkupaw postijiet minn kmieni filgħodu u lanqas jaħdmu xogħol li suppost ikun tal-artiġjanat fil-post?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Buskers huma regolati min regolamenti dwar il-liċenzi tal-kummerċ LS 441.07.
Din il-liġi ma tiddistingwix bejn nies ta' nazzjonalità Maltija jew barranija u ċioe jekk wieħed għandu permess biex jaħdem Malta dan jista' japplika bħala busker.
Il-liġi titlob illi x-xogħol għandu jsir fuq il-post u li l-liċenzjat jipproduċi u jbigħ fuq il-post oġġetti tal-arti .
L-infurzar tar-regolamenti jaqa' taħt ir-responsabbilità tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16293 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' investiment barrani, f'Malta u f'Għawdex separatament, matul is-sena 2014 u 2015 sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu Jannar 2014 sal-aħħar ta` April 2015, il-Malta Enterprise approvat b’kollox 55 proġett ta’ Investment Dirett Barrani f’Malta u Għawdex.
Sa mhux aktar tard mill-ewwel tlett snin mill-bidu tal-proġett jew tal-espansjoni, b’kollox dawn huma previsti li jinvestu mal-€107.3 miljuni.
Fl-2014, f’Malta ġew approvati 41 proġett b’investiment totali ta’ €87.8 miljun, filwaqt li f’Għawdex ġew approvati 2 proġetti b’investiment totali ta’ €0.59 miljun.
Matul il-perjodu Jannar 2015 sa April 2015, f’Malta ġew approvati 12 –il proġett b’investiment totali ta’ €18.9 miljuni. F’Għawdex matul l-2015 għadhom ma ġewx approvati proġetti barranin, dan pero ma jinkludix il-proġett ta` l-iskola Medika Barts and The London School of Medicine and Dentistry.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie investiment ġdid fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ bejn l-2008 u l- 2013? Jista’ jgħid x’kien dan l-investiment, proġett proġett u kumpanija kumpanija, u jgħid kemm kien ippjanat li sejrin jinħolqu impjiegi minn kull proġett / investiment u kemm fil-fatt inħolqu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-lista ta’ proġetti approvati bejn l-2008 u l-2013 jinsabu fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu, minħabba l-liġi li tirregola lil Malta Enterprise, li hija l-Att dwar Malta Enterprise tal-2003, l-informazzjoni dwar kumpaniji speċifiċi li fetħu hija waħda riservata u għalhekk ma tistax tingħata. It-tweġiba għalhekk qed tingħata b’mod globali u mbagħad imqassma settur b’settur.
Irid jingħad li fis-sena 2013 kien hemm bidla fl-amministrazzjoni tal-pajjiz u sussegwentament anke ta’ Malta Enterprise. Kif inhuwa indikat f’nota mat-tabella annessa, għalkemm qed tingħata il-figura globali tal-investiment attirat fl-2013, sakemm saret il-bidla fl-amministrazzjoni kienu approvati biss zewġ proġetti b’investiment prevvist għal tliet snin li jammonta għal €3.9m, li kien mistenni jħaddem 35 ruħ.
Wieħed ma jridx jinsa li biex investiment jimmatura u jibda jagħti l-frott irid jgħaddi ċertu perjodu ta’ zmien, li matulu l-investitur irid jistabbilixxi ruħu f’Malta u eventwalment jibda l-ħidma tiegħu. Dan huwa process li ġeneralment jieħu bejn sentejn, tlieta biex jilħaq il-milja tiegħu
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġiebu proġetti fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista li kienu ta’ aktar minn €100 miljun? Kull proġett kemm iħalli flus fl-ekonomija Maltija kull sena?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Eks Malta Shipbuilding – persuni ingaġġati bħala security
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-msitoqsija parlamentari 15879 u jgħid kemm hemm nies li ġew ingaġġati sabiex iservu bħala security fuq is-sit magħruf bħala l-Malta Shipbuilding fil-Marsa minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kif ġew ingaġġati dawn in-nies, ma’ liema entità governattiva ġew ingaġġati, x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, x’inhi l-paga li qed jirċievu u kif inhuma x-xiftijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid kienx hemm sejħa pubblika għal dawn il-postijiet tax-xogħol? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet kollha tan-nies li ġew ingaġġati bħala security fis-sit imsemmi minn Marzu 2013 sal-lum?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16249 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/ftehim li l-Gvern kien iffirma mal-Maltco?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-ftehim tal-'Concession for the Rights of the National Lottery of Malta' iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012 bejn il-Gvern u l-Maltco Lotteries Limited huwa dokument kunfidenzjali u għalhekk ma jistax jigi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16137 u ċjoè: B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Medji imsejħa Gozo Transport Grant Scheme, liema skema hi amministrata mill-Malta Enterprise, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-iskema hemmx il-ħsieb li tiġi mġedda wara Diċembru 2015?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva l-Gozo Transport Grant Scheme ser tiġi mġedda . Bħalissa, Malta Enterprise, qed tistudja proċeduri simplifikati sabiex din tkun aktar effikaċi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16138 u ċjoè: B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi kummerċjali, ta' kumpaniji li joperaw minn Għawdex u li ngħataw lura n-noll tal-vapuri tal-Gozo Channel matul is-sena 2014 u 2015 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus rifonduti matul l-istess żmien?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Medji Gozo Transport Grant Scheme, għall-fini tal-ispejjeż rifonduti sa’ issa, l-informazzjoni miġbura mill-Korporazjoni ma’ tinkludix dettalji tan-numru ta’ vetturi użati. Għal daqstant il-Korporazjoni ma’ tistax tipprovdi l-ammont ta’ vetturi li fuqhom hija ibbażata l-assistenza. Madanakollu mill-informazzjoni li għandha il-Korporazjoni, matul l-2014 u l-2015 (sal-15 ta’ Mejju 2015), l-ammont ta’ vjaġġi koperti taħt din l-iskema kienu ta’ 3711 il-vjaġġ u l-ammont ta' assistenza li ingħatat bħala assistenza fuq in-noll għal dawn il-vjaġġi fl-2014 u fl-2015 (sal-15 ta’ Mejju 2015) jammonta għal EUR 77,218 .
Fl-2014 saret emenda fl-applikazjoni fejn bdiet tinġabar din it-tip ta’ informazzjoni fuq il-vetturi li għall-uzu tagħhom qed tintgħalab l-assistenza. Din l-applikazjoni qed tintuża għat-talbiet ta’ assistenza li bħalissa qed jigu sottomessi lil Korporazjoni u li għad iridu jiġu proċessati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16139 u ċjoè: B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati, ma' kumpaniji li joperaw minn Għawdex, li matul is-sena 2014 u 2015, sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, li ġew ikkumpensati għall-ħin li jieħdu biex jaqsmu bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ġew imħallsa fl-istess żmien?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Medji Gozo Transport Grant Scheme, l-kumpens li ingħata lill-intrapriżi għall-ħin li l-impjegati jieħdu biex jaqsmu bejn Malta u Għawdex fl-2014 u fl-2015 (sal-15 ta’Mejju 2015) kien ikopri ta’ 45 impjegat. L-assistenza li ingħatat mill-Korporazjoni jammonta għal €110,145.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16140 u ċjoè: B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi kummerċjali itwal minn ħames metri li matul is-sena 2014 u 2015 (sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija) talbu li jiġu kkumpensati għall-fuel li jiġi kkunsmat biex jieħdu l-prodotti lejn Malta? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li ġew imħallsa? Jista' jagħti l-istess informazzjoni dwar vetturi kummerċjali li huma itwal minn tmien metri?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Medji Gozo Transport Grant Scheme, l-informazzjoni miġbura mill-Korporazzjoni sal-2014 ma’ tinkludiex dettalji tal-vetturi. Għal daqstant il-Korporazzjoni ma’ tistax tipprovdi l-ammont u it-tip ta’ vetturi li fuqhom hija ibbażata l-assistenza. Madanakollu, fl-2014 u fl-2015 (sal-15 ta’ Mejju 2015), l-ammont ta’ assistenza li ntalbet biex jiġu kkumpensati għall-fuel li jiġi kkunsmat biex jieħdu l-prodotti lejn Malta tammonta għal €22,709. Min dan l-ammont il-Korporazzjoni aċċetat bħala eligibli u irrifondiet €10,794, u għad fadal li jigu pproċessati 11-il applikazjoni li it-talba tal-assistenza tammonta għal €11,889.
Fl-2014 saret emenda fl-applikazzjoni fejn bdiet tinġabar l-informazjoni fuq it-tip ta’ vettura li għall-użu tagħhom qed tintgħalab l-assistenza. Din l-applikazjoni qed tintuża għat-talbiet ta’ assistenza li bħalissa qed jiġu sottomessi lil Korporazzjoni. Min dawn l-applikazjonijiet, l-intrapriżi qed japplikaw għall-ispejjeż ta’ 13-il vettura kummerċjali li huma itwal minn ħames metri, u 4 vetturi kummerċjali li huma itwal minn tmien metri
Gozo Transport Grant Scheme — spejjeż involuti għal ġarr ta' merkanzija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16141 u ċjoè: B'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme fejn fid-deskrizzjoni tal-istess skema jingħadd li meta jintuża subcontracted haulage għal ġarr ta' merkanzija minn Għawdex, il-kumpaniji involuti huma eliġibbli li jiġu mħallsa lura sa nofs l-ispejjeż involuti, jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus imġallsa għal dan il-għan matul is-sena 2014 u 2015 (sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija)?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant b'referenza għall-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Medji Gozo Transport Grant Scheme, fl-2014 u l-2015 (sal-15 ta’ Mejju 2015), l-ammont ta' assistenza li ingħatat fuq haulage għal ġarr ta' merkanzija minn Għawdex jammonta għal €260,624.
Gozo Transport Grant Scheme — assistenza lis-setturi Agrikoli u tas-Sajf f'Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16142 u ċjoè: Peress li l-iskema għall-Intrapriżi Żgħar u Mejdi Gozo Transport Grant Scheme ma tipprovdix assistenza lis-setturi tal-Agrikolu u tas-Sajd f'Għawdex, jista' l-Ministru jgħid jekk tingħatax xi għajnuna oħra li dawn iż-żewġ setturi jiġu biex jieħdu l-prodotti tagħhom lejn Malta? Jekk fin-negattiv, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn is-setturi jingħataw xi forma ta' għajnuna oħra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Heads of Agreement li ġie ffirmat mal-kumpanija lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Il-ftehim jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra fil-ħin opportun.
Malta Industrial Parks – Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks (MIP)? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
MITA – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-MITA? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel riferenza għar-risposta parlamentari 14643 fejn diġà nghataw id-dettajli kollha fir-rigward tar-remunerazzjoni, nklużi l-perkaċċi.
Iċ-Ċermen Eżekuttiv ilu mpejgat mall-Aġenzija min 1993. Tul dan il-perjodu ta’ tnejn u għoxrin (22) sena huwa kellu promozzjonijiet f’diversi karigi li ġie appuntat fihom wara sejħiet interni. L-aħħar pozizjoni li nghata mal-Agenzija kienet f’Dicembru 2010 fejn ġie appuntat bħala
Department Manager
li tifforma parti mit-
top management
tal-Aġenzija.
Il-kuntratt tiegħu huwa simili għall-kumplament ta’ l-impjegati kollha fl-Aġenzija.
Bhal kull Ċermen/Ċermen Eżekuttiv ieħor li kellha l Aġenzija għal dan l-aħħar ħamsa u għoxrin sena, hu ġie appuntat direttanment mill-Ministru responsabbli mill-Aġenzija.
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta’ Malta? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
B’riferenza għall-mistoqsija parlamentari 15613, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni tixtieq tikkonferma li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv hija vakanti.
MGA – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għal-Logħob? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-salarju tas-CEO t’ammonta għall- €68,500 filwaqt li l-onorarja taċ-Chairman hija ta’ €13,000.
Il-Perkaċċi li għandhom iċ-Chairman u s-CEO huma l-ispejjes kollha tal-karozza, servizz tal-mowbajl kif ukoll servizz tad-data, ‘performance bonus’ u polza tas-saħħa.
Ic-CEO presenti għandu €14,500 anqas mis-CEO ta’qablu.
MIMCOL – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Malta Enterprise – Chairman u Kap Eżekuttiv – remunerazzjoni u perkaċċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm sejħa għall-kariga li tokkupa din il-persuna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.