Ġenituri li ttellgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta’ uliedhom
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm ġenituri li ttellgħu l-Qorti minħabba assenteiżmu ta' uliedhom mill-iskola obbligatorja fis-snin skolastici 2012-2013, 2013-2014, 2014-2015 u 2015-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet fejn ġenituri ttellgħu quddiem it-Tribunal Regjonali minħabba assenteiżmu ta' uliedhom mill-iskola obbligatorja fis-snin skolastiċi indikati fil-mistoqsija hu kif se nsemmi:
Sena skolastika 2012-13
Skejjel tal-Gvern – 1,398 li minnhom 369 fil-primarja u 1029 fis-sekondarja
Skejjel tal-Knisja – 10 (4 fil-primarja u 6 fis-sekondarja)
Skejjel Indipendenti – xejn
Sena skolastika 2013-14
Skejjel tal-Gvern – 1,595 (405 fil-primarja u 1190 fis-sekondarja)
Skejjel tal-Knisja – 13 (6 fil-primarja u 7 fis-sekondarja)
Skejjel Indipendenti – 1 (fis-sekondarja)
Sena skolastika 2014-15
Skejjel tal-Gvern – 1,294 (475 fil-primarja u 819 fis-sekondarja)
Skejjel tal-Knisja – 27 (3 fil-primarja u 24 fis-sekondarja)
Skejjel Indipendenti – 2 (it-tnejn fil-primarja)
Sena skolastika 2015-16
Skejjel tal-Gvern – 1,149 (379 fil-primarja u 770 fis-sekondarja)
Skejjel tal-Knisja – 31 (12 fil-primarja u 19 fis-sekondarja)
Skejjel Indipendenti – 10 (5 fil-primarja u 5 fis-sekondarja)
Persuni bi bżonnijiet speċjali – eżamijiet – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward persuni bi bżonnijiet speċjali u problema ta’ eżamijiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kandidat applika għall-eżamijiet tal-MATSEC SEC ta’ Mejju 2015, Settembru 2015, Mejju 2016 u Settembru 2016, u MATSEC livell Avvanzat/Intermedjarju ta’ Settembru 2016. Infurmat li d-Dipartiment tal-Eżamijiet irranġa sabiex f’dawn l-eżamijiet apparti li saru f’Mejju 2016, jingħatawlu arranġamenti skont ir-rakkomandazzjoni tal-‘Access Disability Support Unit’ tal-Università ta’ Malta.
Persuni li jgħixu Għawdex li huma impjegati fuq bażi part-time
Question
Jista’ l-Ministru jindika skont l-aħħar statistika kemm hemm persuni li jgħixu Għawdex li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time bħala wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time tagħhom flimkien ma’ full time? Jista’ jindika wkoll kemm hemm irġiel u nisa separatament?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016 in-numru ta’ persuni li jgħixu Għawdex u li kienu impjegati fuq bażi part time kien ta’ 4,092 persuna. Minn dawn kien hemm 2,163 persuna li kellhom impjieg part time bħala xogħol ewlieni u 1,929 persuna li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.
Rigward kemm hemm irġiel u nisa separatament, l-informazzjoni hi kif ġej:
Persuni li jgħixu Għawdex
Rġiel
Nisa
Total
Part Time
bħala xogħol ewlieni
938
1,225
2,163
Part Time
kif ukoll
Full Time
1,461
468
1,929
Total
2,399
1,693
4,092
Persuni reġistrati bħala EU Nationals li jaħdmu Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala EU nationals u li jaħdmu regolarment f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni reġistrati bħala EU Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex fl-aħħar ta’ April 2016, maqsumin skont in-nazzjonalità tagħhom, huma kif ġej:
Ċittadini tal-UE, EEA/EFTA, u Dipendenti fuq UE
li jaħdmu fuq bażi
full-time u part-time biss
Nazzjonalità
April 2016
Awstrija
332
Belġju
188
Bulgarija
2,044
Kroazja
100
Ċipru
26
Repubblika Ċeka
296
Danimarka
204
Estonja
120
Finlandja
321
Franza
879
Ġermanja
991
Greċja
379
Ungerija
1,308
Irlanda
281
Italja
5,180
Latvija
276
Litwanja
213
Lussemburgu
4
Olanda
466
Polonja
779
Portugal
297
Rumanija
1,262
Slovakkja
338
Slovenja
106
Spanja
1,119
Svezja
1,085
Renju Unit
3,985
TOTAL
Nazzjonalit
à
tal-UE
22,579
EEA / EFTA
252
EU DEPENDANTS
245
Pajjiżi tal-UE, EEA/EFTA u EU DEPENDANTS
23,076
Persuni reġistrati bħala Third Country Nationals li jaħdmu Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala Third Country Nationals u li jaħdmu regolarment f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ persuni reġistrati bħala Third Country Nationals u li kienu qed jaħdmu f’Malta u Għawdex f’April 2016, maqsumin skont in-nazzjonalità tagħhom.
Attachments:PQ 27179 - persuni reġistrati bħala Third Country Nationals li jaħdmu Malta.doc
Persuni reġistrati bħala EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala EU Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien hemm 74 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru bħala EU Nationals. It-tabella t’hawn taħt turi n-nazzjonalità rispettiva tagħhom, kif se nsemmi:
Nazzjonalità
Reġistranti
Awstrija
1
Belġju
1
Bulgarija
5
Repubblika Ċeka
2
Danimarka
1
Franza
4
Ġermanja
1
Greċja
1
Ungerija
6
Irlanda
1
Italja
20
Polonja
5
Rumanija
3
Spanja
6
Renju Unit
14
EU Nationals
71
EEA & EFTA
1
EU Dependents
2
Total
74
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-lift fil-librerija tal-Furjana hux qed jiffunzjona u dan peress li f'risposta li kien ta fil-11 ta' Jannar 2016 għall-mistoqsija parlamentari 21755 kien qal li qed isiru x-xogħlijiet biex dan jitħaddem?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Malta Libraries li x-xogħlijiet fuq il-lift qegħdin jitkomplew peress li xi parts speċifiċi kellhom jistennewhom minn barra. Infurmat li dan għandu jitlesta fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-andament ta' bini ta' skejjel ġodda?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-Senior School f’Ħad-Dingli u l-Middle School f’Ħal Kirkop laqgħu l-ewwel studenti tagħhom għal din is-sena skolastika kif kien pjanat. Infurmat ukoll mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada li rigward l-iskola primarja ġewwa Marsacala, is-sejħa għall-offerti għall-kostruzzjoni għall-imsemmija skola għalqet fis-27 ta’ Settembru 2016. Dwar l-iskola primarja f’San Pawl il-Baħar ix-xogħol ta’ skavar beda filwaqt li l-pubblikazzjoni tal-appalt għall-kostruzzjoni ta’ din l-iskola huwa mistenni li joħroġ fil-gimgħat li ġejjin. Bħalissa qiegħed ukoll jitlesta d-disinn tal-iskola primarja tar-Rabat Għawdex.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru fl-MCAST is-sena l-oħra u din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2015, fl-MCAST saru dawn ix-xogħlijiet:
· Tkomplija tal-Parkeġġ (taħt l-art) - xogħlijiet relatati mal-kostruzzjoni, mal-installazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi, u finituri;
· Tkomplija ta’ Dar l-Istudent - xogħlijiet relatati mal-kostruzzjoni, mal-installazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi, u finituri;
·
Landscaping
f’parti mill-pjazza ċentrali tal-kampus – xogħol ta` pavimentar, dawl u tisbiħ ġenerali.
Il-valur totali ta` dawn ix-xogħlijiet kien ta' €3.66 miljun.
Fl-2016, l-MCAST bdew dawn ix-xogħlijiet:
· Skavar tas-sit fejn ser isir il-bini tal-Istitut tal-Inġinerija u t-Trasport;
· Alterazzjonijiet fiċ-Ċentru tal-Agrikummerċ biex jinħolqu zona għall-inkubaturi u
workshops.
Università ta’ Malta – xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet infrastrutturali li saru fl-Università ta’ Malta s-sena l-oħra u din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena l-oħra u din is-sena saru dawn ix-xogħlijiet infrastrutturali fl-Università ta’ Malta:
1. Rinnovazzjoni ta’ ex-Porter’s Lodge fl-Università biex saret Klinika tal-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża – Tipprovdi faċilità ta’ tagħlim dwar il-Mediċina Tradizzjonali Ċiniża kif ukoll prattika u trattament ta’ pazjenti.
2. Tlestiet l-estensjoni ta’ żewġ sulari fuq il-binja tal-Biomedical Sciences biex twaqqaf Ċentru tal-Mediċina Molekolari u Bijobank –Tipprovdi faċilitajiet li jikkonsistu f’uffiċini, laboratorji attrezzati għal skopijiet ta’ tagħlim u riċerka.
3. Rinnovazzjoni u restawr tal-pjan terran tal-Valletta Campus tal-Università biex jiżdiedu aktar faċilitajiet għal skopijiet ta’ lekċers u konferenzi.
4. Rinnovazzjoni totali tal-Arts Lecture Theatre fl-Università biex ġie attrezzat b’faċilitajiet tal-ogħla livell u b’teknologija moderna u avvanzata għall-użu waqt lekċers.
5. Rinnovazzjoni kompleta tat-tielet sular ġewwa l-‘Junior College’ li jikkonsisti f’uffiċini kif wkoll swali tal-lekċers. It-twieqi ġew mibdula għal sistema ta’ double glazing biex togħla l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.
6. Il-Laboratorji tal-Kimika ġewwa l-‘Junior College’ ġew rinnovati u attrezzati sabiex jipprovdu faċilitajiet aħjar għat-tagħlim ta’ dan is-suġġett.
7. L-istitut tal-Enerġija Sostenibbli tal-Università ġewwa Marsaxlokk ibbenefika minn rinovazzjoni kompleta li bidlet dan l-Istitut f’wieħed li joffri laboratorji attrezzati b’apparat tal-aħħar teknoloġija, utli għal riċerka u studji f’dan il-qasam.
8. Tlestiet l-estensjoni tal-binja tal-Fakultà tal-Media and Knowledge Sciences li kkonsistiet f’żieda ta’ laboratorji, kmamar għal-Lekċers, uffiċini kif ukoll informal discussion areas.
9. Installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi fuq il-parti l-kbira tal-bjut tal-bini ġewwa l-Università kif ukoll ġewwa l-‘Junior College’.
10. Tibdil ta’ fittings tad-dawl fil-binjiet kollha tal-Università u l-Junior College, f’sistemi li joperaw b’LEDs sabiex jiġi promoss l-aħjar użu tal-enerġija b’aktar effiċjenza .
11. Iz-zoni esterni bejn il-Fakultajiet tal-MAKS u l-FEMA ġew rinnovati b’pavimentar ġdid biex ġiet mogħtija dehra isbaħ u aktar prattika kif jixraq.
12. Inbeda x-xogħol ta’ skavar u kostruzzjoni relatat mal-proġett tal-Materials Engineering Laboratories. Dan il-proġett ser jikkonsisti f’faċilitatjiet aktar moderni u attrezzati għat-tagħlim u riċerka f’dan il-qasam.
13. Inbeda x-xogħol ta’ tħaffir fuq is-sit tal-proġett tal-‘Post Doc’. Dan il-proġett jikkonsisti f’parkeġġ taħt l-art, arkivji tal-librerija, uffiċini u faċilitajiet fejn studenti postgradwati u riċerkaturi ‘post-docs’ jistgħu jitħarrġu.
14. Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni totali kważi tlestew fuq il-proġett tat-Teatru tal-Università ġewwa l-Valletta Campus tal-Università. Dawn ix-xogħlijiet ser jipprovdu Teatru attrezzat u ta’ livell mill-aqwa ta’ black box theatre.
15. Xogħlijiet li kienu għaddejjin matul is-sajf jinkludu:
a) Rinnovazzjoni kompleta tar-raba’ sular ġewwa l-‘Junior College’ inkluż il-bdil ta’ żewg
lifts
eżistenti.
b) Rinnovazzjoni totali ta’ żewg Teatri tal-Lekċers u seba’ kmamar oħra tal-Lekċers kif ukoll uffiċini ġewwa l-
Lecture Centre,
fl-Università ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-proġett tat-tablets u proġetti oħra tal-eLearning?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tat-tablets magħruf bħala One Tablet Per Child (OTPC) laħaq fażi oħra fejn wara li f’Settembru 2015, hekk kif matul dik is-sena kien spiċċa l-proġett pilota kien sar l-ewwel taħriġ fuq il-prinċipji tal-OTPC, fis-16, 19 u 20 ta’ Settembru 2016 ingħata t-tieni taħriġ lill-għalliema kollha li se jkunu qed jgħallmu lit-tfal fir-Raba’ Sena. It-taħriġ sar minn 26 għalliem speċjalizzat li ħadu t-taħriġ tagħhom mill-kumpanija li rebħet it-tender. Matul dawn it-tlett ijiem tqassmu l-ewwel tablets u materjal ieħor li se jgħin lill-għalliem fil-klassi. Tqassmu 483 tablets bis-software stallat lest u l-għalliema ħadu l-ewwel taħriġ fejn raw kif ikunu jistgħu jikkontrollaw il-klassi u jwasslu l-oġġettivi tat-tagħlim bl-aktar mod effettiv u effiċjenti. Is-sapport se jibqa’ jingħata matul is-sena biex l-għalliema jagħmlu progress bil-mod il-mod. Madwar 4,000 tablet se jitqassmu lit-tfal kollha mill-bidu ta’ Diċembru 2016. Għalhekk bejn issa u Diċembru se jkunu qed isiru laqgħat mat-tfal biex nitkellmu magħhom dwar kif jieħdu ħsieb it-tablet u kif jużawh kif ukoll laqgħat mal-ġenituri fejn se niddiskutu mhux biss it-tablet imma l-idea sħiħa ta’ litteriżmu diġitali.
Il-proġetti l-oħra tal-eLearning se jkunu l-bidla fil-ħsieb ta’ x’irid joħroġ minn dan id-dipartiment fosthom li nibdew nitkellmu iktar fuq Litteriżmu Diġitali bi strateġija, fejn diġà tfasslu żewġ dokumenti dwar is-suġġett, tfassil ta’ kurrikulu li jirrifletti l-Litteriżmu Diġitali u binja rinovata fil-Ħamrun fejn se nuru kif għandha tkun klassi kreattiva u innovattiva hekk magħrufin bħala Creative Classroom labs.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa fl-għajununa lill-istudenti bħala stipendji f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-nefqa fl-għajnuna lill-istudenti bħala stipendji pagabbli kull erba’ ġimgħat (f’għaxar pagamenti kull sena akkademika) matul l-aħħar ħames snin kalendarji kienet kif ġej:
Sena Nefqa Totali fi stipendji
2011 - € 15,252,865.56
2012 - € 15,686,619.57
2013 - € 16,136,063.99
2014 - € 17,445,508.92
2015 - € 17,289,268.05
Dawn il-figuri jinkludu l-ħlas li sar lill-istudenti fil-livell post sekondarju u terzjarju inkluż l-għotjiet supplimentari u inkluż ukoll il-ħlas ta’ stipendji lill-istudenti li applikaw taħt l-iskema Malta Government Undergraduate Scheme (MGUS) u kienu eliġibbli għall-istipendju. Din iż-żieda ta' żewġ miljuni fi stipendji ma tinkludix il-ħlas f’għotjiet ta’ darba (one time grant) u l-għotjiet fil-bidu tal-kors (annual grant) lill-istess studenti.
In-nefqa fl-għajnuna lill-istudenti bħala grants (il-ħlas f’għotjiet ta’ darba (one time grant) u l-għotjiet fil-bidu tal-kors (annual grant)) pagabbli kull sena akkademika, fil-bidu tas-sena lill-istudenti fil-livell post-sekondarju u terzjarju (għajr dawk li jkunu qed jirrepetu sena fil-kors tagħhom) matul l-aħħar ħames snin kalendarji kienet kif ġej:
Sena Nefqa Totali f’għotjiet/grants
Sena 2011 – € 6,680,296.63
Sena 2012 – € 6,810,030.03
Sena 2013 - € 6,727,020.27
Sena 2014 - € 7,166,700.69
Sena 2015 - € 7,455,358.89
Jista’ l-Ministru jindika skont l-aħħar statistika kemm hemm persuni ta’ sess femminili li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time tagħhom flimkien ma’ full time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016, in-numru ta' nisa li kienu impjegati fuq bażi part-time kien ta’ 28,503. Minn dawn kien hemm 20,472 mara li kellha impjieg part-time bħala xogħol prinċipali u 8,031 mara li kellha impjieg part-time kif ukoll full-time.
Persuni li laħqu l-età tal-pensjoni li huma impjegati fuq bażi part-time
Question
Jista’ l-Ministru jindika skont l-aħħar statistika kemm hemm persuni li laħqu l-età tal-pensjoni li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time tagħhom flimkien ma’ full time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016 kien hemm 6,494 persuna li laħqu l-età tal-pensjoni u li kellhom impjieg part time. Minn dawn kien hemm 5,907 persuni li kellhom impjieg part time bħala wieħed prinċipali u 587 li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.
Jista’ l-Ministru jgħid, għas-sena skolastika 2016/2017 kemm hu n-numru ta' studenti f'kull skola tal-Gvern f'Għawdex, kemm tal-primarja kif ukoll sekondarji? Kemm hu n-numru ta' għalliema u LSAs f' kull skola?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant huwa kif muri fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ27506 - Għawdex - skejjel tal-Gvern.xls
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx inizjattivi min-naħa tal-Gvern li qed isiru jew se jsiru fl-iskejjel, marbuta mal-Presidenza u jekk iva jgħid x’inhuma? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx jew hux se jkun hemm involviment tas-settur privat f’dawn l-inizjattivi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2017 li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali, flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, qed iħejju pjan ħolistiku ta’ inizjattivi marbuta mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-pjan finali f’dan ir-rigward, se jkun qiegħed jiġi konkluż u jibda jiġi attwat fil-ġranet li ġejjin b’ċerti inizjattivi jinvolvu lis-settur privat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' studenti li ntalbu rimborż ta' parti mill-maintenance grant jew stipendji għall-kors fl-MCAST u l-Università matul is-sena akkademika li għaddiet? Jista’ jgħid kemm kien l-ammont ta ' Ewro effettivament mitluba għal kull entità u kemm inġabru? X'kien l-akbar ammont mitlub mingħand kull student individwali miż-żewġ entitajiet u x'kienu l-aktar raġunijiet li waslu għal dawn it-talbiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-għadd ta’ studenti li ntalbu rimborż ta' parti mill-grant jew ħlas żejjed fuq stipendji għall-kors fl-Università matul is-sena akkademika 2015/16 kien ta’ 371 filwaqt li mill-MCAST in-numru huwa ta’ 458.
L-ammont ta’ flus totali mitlub mill-Università kien ta’ €176,857.08 u mill-MCAST €136,082.36.
Mill-ammont totali mitlub, mill-Università nġabru €142,211.17 filwaqt li €64,615.08 inġabru mill-MCAST.
L-ikbar ammont individwali mitlub mill-Università fis-sena akkademika li għaddiet kien jammonta għal €1,762.74 u €1,694.80 mill-MCAST.
L-aktar raġunijiet li wasslu għal dawn it-talbiet kienu riżenji bikrija mill-kors ta’ studju fl-istituzzjoni rispettiva wara li jkunu ġew kreditati l-għotjiet inizjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kif l-estensjoni tas-Sixth Form f'Għawdex bdiet tintuża, meta fil-Qorti ntqal li l-kuntrattur għamel xogħol ħażin fl-istruttura ta' din il-binja? Min iċċertifika x-xogħol u li din l-iskola tista' tintuża mill-istudenti, ladarba l-kuntrattur ma ġiex mħallas tax-xogħol tiegħu minħabba xogħol ħażin fil-konkos u bini?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq inkarigu tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada, perit iċċertifika li "the property is structurally safe for its users according to the present intended use."
Għalkemm il-kawża li qiegħed isemmi l-Onor. Interpellant għadha sub judice, infurmat ukoll li bejn l-FTS u l-kuntrattur hemm claims u counter claims dwar ix-xogħol li sar fl-estensjoni tas-Sixth Form f’Għawdex.
Master in Teaching & Learning – applikazzjonijiet ta’ studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm studenti applikaw għall-kors tal-Master in Teaching & Learning (MTL) ġewwa l-Università għal din is-sena akkademika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm 111-il applikazzjoni għall-kors il-ġdid li jwassal għall-Master in Teaching and Learning (MTL) li 71 applikant għażlu bħala jew l-ewwel jew it-tieni preferenza. Minnhom 49 ġew aċċettati għaliex issodisfaw ir-rekwiżiti għad-dħul kollha.
Fis-7 ta’ Ottubru 2016 L-Universita’ reġgħet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għal persuni li għandhom il-kwalifiki akkademiċi kollha iżda ma jkunux għaddew mit-testijiet ta’ profiċjenza tal-Malti u l-Ingliż biex jimtlew il-postijiet vakanti li baqa’. Dawk l-applikanti li jintgħażlu jkunu jridu jgħaddu minn dawn it-testijiet matul il-kors tal-MTL kif ukoll jagħmlu xi riflessjonijiet dwar esperjenza edukattiva, hekk kif speċifikat fl-Educational Encounters.