Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jordna li s-siġar li hemm quddiem l-entratura ta' l-iskola Giuseppe Despott, Bormla jiġu miżbura tajjeb?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li hemm unit ta' ġardinara fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni li jieħu ħsieb l-iskejjel. Barra mill-iskola r-responsabbilta' hi tal-Kunsill Lokali.

Bormla — Żbir ta' Siġar

Question

Jista' l-Ministru jieħu ħsieb jordna li jinżabru s-siġar li hemm fi Triq Santa Tereża, Bormla preċiż wara l-Knisja ta' Santa Tereża billi għandhom bżonn żabra, issa li ġejja l-festa tal-kunċizzjoni?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirriferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29852.
Leg 9 PQ #29579 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Għajnuna Finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26863?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub minnu ngħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 27110 fis-6 ta' Ġunju 2001.
Leg 9 PQ #29580 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Trobbija tat-Tiġieg — Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24351 bit-tagħrif mitlub aġġornat għal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li saru diversi laqgħat mal-kooperattiva dwar ħruġ ta' liċenzji għat-trobbija tat-tjur li għaliha jirriferi l-Avviż Legali 156 ta' 1989. L-ispezzjonijiet bdew isiru f'Jannar 2001 u sal-lum saru 150 spezzjoni f'Malta u 58 f'Għawdex. F'Malta ħarġu 75 liċenzja u f'Għawdex hemm arranġament li meta l-ispezzjonijiet isiru kollha, il-liċenzji jinħarġu kollha flimkien. Minbarra dawn l-ispezzjonijiet saru spezzjonijiet f'irziezet għar-rigward ta' management, mard u iġene biex jiġu immeljorati l-irziezet u l-prodotti.
Leg 9 PQ #29732 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

B'Kara — Pjazza Sant' Elena

Question

Jista' l-Ministru jara li hemm kaxxa b'mutur tad-dipartiment tal-agrikoltura imwaħħla b'mod perikoluż fi Pjazza Sant' Elena B'Kara, (ħdejn l-Empress Helena Bar), li din titwaħħal tajjeb?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li se jittieħdu passi biex il-kaxxa li għaliha qed jirriferi l-Onor. Interpellant, tiġi rranġata.

Rabat — Ġnien

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk huwiex possibli li issir żabra u kura aħjar tal-ġnien li hemm r-Rabat inti u dieħel l-Mdina fuq is-Saqqaja? Jistgħax ukoll jara li jkun hemm dawl u pavimentar aħjar billi l-post għandu dan il-bżonn?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-parti l-kbira tas-siġar li jinsabu fi Ġnien Ħoward huma koniferi u dawn jinżabru biss għal skopijiet korrettivi. Fir-rigward tad-dawl u pavimentar, jien infurmat li qed jitħejja proġett għal dan il-ġnien mill-proġett għar-Riabilitazzjoni ta' l-Imdina b'koordinazzjoni mal-Kunsill Lokali ta' l-Imdina. Jien infurmat ukoll li bħalissa qed jitħejjew żewġ rapporti b'konnessjoni ma' dan il-proġett. Rapport minnhom hu dwar is-siġar.

Ħal Qormi — Triq il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta s-siġar li hemm fi Triq il-Wied, Ħal Qormi se jinġabru peress li ilhom madwar 10 snin ma jinġabru u qed joħolqu ċerti diffikultaijiet?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-siġar li hemm fi Triq il-Wied, Ħal Qormi nżabru xahar ilu u wkoll is-sena li għaddiet.
Leg 9 PQ #29798 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tisqija ta' Sant Antnin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm il-ħsieb li s-sistema ta' l-ilma tat-tisqija ta' Sant Antnin issir close channel biex jitnaqqas l-abbuż ta' serq ta' ilma u l-ilma jasal għand kulħadd? Kemm hi stmata li hu l-ispiża biex isir dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

Bħalissa m'hemmx il-ħsieb li s-sistema ta' l-ilma tat-tisqija ta' Sant' Antnin issir close channel.
Leg 9 PQ #29852 Sitting 642 2001-11-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Festa tal-Kunċizzjoni — Żbir ta' Siġar

Question

Peress li ta' kull sena, qabel tasal il-festa tal-Kunċizzjoni jinżabru s-siġar li hemm fi Triq S. Tereża, Bormla, jistax il-Ministru jara li dan ix-xogħol isir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li s-siġar fi Triq S. Tereża jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #29595 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet li għamel li d-Dipartiment ta' l-artijiet skond it-tweġiba 29201?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jiddispjaċini li mhux prattiku li npoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopji tad-dokumenti interni li jikkonċernaw każijiet privati. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq aktar dettal dwar dan il-każ, nitolbu jinfurmani ħalli nkun nista' nagħtih l-informazzjoni privatament.
Leg 9 PQ #29596 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex meta Malta llum tista' timporta l-kwantitajiet tal-laħam aħmar sew taċ-ċanga/beef u tal-ħaruf minn fejn trid u kemm trid, il-Gvern Malti qed jitlob lill-EU dan id-dritt li ngawdu diġa? Ma jħossx il-Ministru li dan iffisser li l-Eu se tibda tikkontrolla lill-poplu b'sistemi ta' supply measure l-importazzjoni ta' l-ikel sija dik tal-materja prima u dik tal-prodott f'dan il-każ il-laħam aħmar?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'supply measure ifisser li Malta trid tinnegozja ma l-Unjoni Ewropeja li l-ħtiġijiet tagħha ta' importazzjoni ta' ċertu prodott jibqgħu isiru fuq il-kundizzjonijiet preżenti. It-talba ta' Malta għal supply measure ma tista' bl-ebda mod tkun interpretata li Malta se tkun suġġetta għal xi kontroll fil-kummerċ mill-Unjoni Ewropeja. Il-fatt veru hu li b'supply measure Malta tagħżel li jkollha għarfien bil-quddiem mill-Unjoni Ewropeja tal-ħtijiet kummerċjali tagħha biex Malta jkollha l-għażliet tagħha fl-importazzjoni fuq il-kundizzjonijiet preżenti.
Leg 9 PQ #29597 Sitting 641 2001-11-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Supply Measure

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex meta Malta llum tista' timporta l-kwantitajiet ta' prodotti tal-ħalib nkluż il-ġobon u l-butir minn fejn trid u kemm trid, il-Gvern Malti qed jitlob lill-EU dan id-dritt li ngawdu diġa? Ma jħossx il-Ministru li dan iffisser li l-Eu se tibda tikkontrolla lill-poplu b'sistemi ta' supply measure l-importazzjoni ta' l-ikel sija dik tal-materja prima u dik tal-prodott f'dan il-każ prodotti tal-ħalib nkluż il-ġobon u l-butir?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29596.
Leg 9 PQ #29575 Sitting 640 2001-11-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Producers Organisation

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-Ministru fil-mistoqsija parlamentari 29200, jista' l-Ministru jgħid x'se tkun jinvolvi l-bdiewa is-sistema tal-producers organisation? Jista' allura jikkunsidra mill-ġdid it-tweġiba tiegħu u dan fid-dawl li l-UE stess, filwaqt li tinkuragixxi l-producers organisation timponi wkoll kwoti, tariffi, dazji u taħt is-sistema tat-TARIC

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li s-sistema tal-Producers' Organisation (POs) hi mekkanizmu fl-interess ta' produtturi zgħar biex fl-interess tal-mestjier tagħhom, jibbenefikaw minn stabbilta' fil-prezzijiet, kwalita aħjar, u sostenibbilta fis-swieq tal-prodott tagħhom. Barra minnhekk, permezz tal-Producers Organisation il-produttur individwali jsaħħah u jtejjeb il-vuċi tiegħu. M' hemm l-ebda rabta bejn il-POs u dak li l-Onor. Interpellant jiddeskrivi bhala kwoti, tariffi, dazji, eċċ.
Leg 9 PQ #29502 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prezz taż-Żerriegħa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'ikkawża l-għoli fil-prezz taż-żerriegħa tal-bżar ikkulurit li minn Lm 18.70 fl-1998 għola għal Lm 60.00 għall-istess kwalita' u kwantita ta' żerriegħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Għalkemm din hi kwistjoni purament kummerċjali li tiddependi ħafna mill-kwalita', tip, oriġini u marġini ta' profitt għall-importatur u/jew bejjiegħ, u li fuqhom il-Ministeru tiegħi m'għandu l-ebda kontroll, minn investigazzjoni preliminari li għamlu uffiċjali tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ma jirriżultax li fil-fatt kien hemm din iż-żieda fil-prezz taż-żerriegħa msemmija. Jekk l-Onor. Interpellant għandu informazzjoni aktar dettaljata nitolbu jgħaddihieli biex inkun f'pozizzjoni li ninvestiga l-każ.
Leg 9 PQ #29503 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prezz taż-Żerriegħa

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'ikkawża l-għoli fil-prezz taż-żerriegħa tal-pastard għall-Lm 42.00, u oħrajn minn Lm 16.50 għal Lm 20.00 u minn LM 9.05 għall-Lm 11.0? Kemm fil-fatt jirriżulta li kienu l-prezzijiet ta' dawn il-varjetajiet msemmija matul l-1999, l-2000 u l-2001?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 29502.
Leg 9 PQ #29504 Sitting 639 2001-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Prezzijiet Għoljin taż-Żrieragħ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif qed jaffettwaw lill-bdiewa l-prezzijiet għoljin taż-żrieragħ u l-bexx? Kemm fil-fatt huwa kalkulat li għolew dawn il-prodotti matul dawn l-aħħar tliet snin sena b'sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qatt ma żamm statistika dwar il-prezzijiet taż-żerriegħa jew tal-bexx li jvarjaw skond il-kwalita', tip, orġini u marġini ta' profitt ta' l-importatur u/jew bejjiegħ, kif ukoll fuq il-prezzijiet internazzjonali għall-istess prodotti.
Leg 9 PQ #29608 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Safar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29372?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispiża fuq safar barra minn Malta minn uffiċjali fil-Ministeru u d-Dipartimenti li jaqgħu taħt dan id-dekasteru kienet tammonta għal Lm28,702.41 fil-perjodu msemmi. Lm11,859.87 minn dawn intefqu fuq safar konness mal-Unjoni Ewropea.

Program ta' Tħawwil

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra jekk kemm-il darba sarx jew hemmx programm ta tħawwil tal-lavanda fil-ġonna taħt idejn id-dipartiment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 29562.

Qtil ta' Baqar, Mogħoż Nagħaġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-1987 'l hawn sena b'sena kemm inqatlu baqar, mogħoż u nagħaġ minħabba l-bruċellożi, tuberkolożi u kemm ġew importati annimali flokhom kull sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

Numru ta’ annimali li nqatlu minħabba mard tat-tuberkulożi u tal-bruċellożi. TUBERKULOŻ I BRUĊ ELLOŻ I BRUĊ ELLOŻ I BRUĊ ELLOŻ I BAQAR/GĦ OĠ Ġ IELA BAQAR/GĦ OĠ Ġ IELA MOGĦ OŻ NAGĦ AĠ 1988 1183 184 409 23 1989 389 28 505 24 1990 113 39 524 51 1991 90 115 314 16 1992 6 3 156 35 1993 15 Nil 152 35 1994 6 Nil 91 13 1995 Nil 327 683 297 1996 Nil 155 40 15 1997 Nil 3 96 29 1998 Nil Nil Nil Nil 1999 Nil Nil Nil Nil 2000 Nil Nil Nil Nil 2001 sa’ Ottubru Nil Nil Nil Nil Għoġġiela Impurtati:- 1988 480 1989 - 1990 481 1991 - 1992 259 1993 76 1994 320 1995 260 1996 16

Taħwil — Rożmarina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jiżdied t-tħawwil tar-rożmarina ġewwa l-irħula u l-bliet tagħna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Kull sena jsir programm ta' tħawwil li fih ikunu inklużi l-Lavender (Lavanda) u Rosemarinus Uff, li jitħawlu kemm fil-ġonna kif ukoll fis-centre strips u roundabouts fl-ibliet u l-irħula tagħna.