Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6889 u jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu mid-9 ta' Marzu 2013 sad-9 ta' Jannar 2014?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — top Management Positions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw top management positions fid-dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marza s’issa? Jista’ jipprovdi lista ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (VELLA, GEORGE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal-liema management positions qed jagħmel referenza.

Geneva — Ambaxxata Maltija – xiri ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn inxtrat karozza ġdida fl-Ambaxxata ta’ Geneva u għalfejn din inxtrat mingħajr ma nħarġet ebda forma ta’ offerta iżda b'ordni diretta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza tal-Ambaxxata Maltija (l-karozza uffiċjali) ġewwa Geneva kienet qed tiġi mikrija (leased) u kienet fi stadju li l-kuntratt irid jiġi mġedded. Dan il-Ministeru segwa l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi, fejn sar eżerċizzju sabiex issir deċiżjoni jekk jiġix mġedded il-kuntratt tal-kiri jew inkella tinxtara karozza. Għalhekk wara li sar dan l-eżerċizzju, l-Ministeru tal-Finanzi ddeċieda illi aħjar tinxtara karozza ġdida milli terġa tinkera. Dan il-Ministeru ġabar stimi, liema sejħa għall-offerti ma ġietx ippublikata. Wara li ġie ppreżentat rapport lill-Ministeru tal-Finanzi b'rakkomandazzjonijiet mingħand l-Ambaxxatur, il-Ministeru tal-Finanzi għażel dik li kienet l-irħas u teknikament kompetenti. Il-Ministeru tal-Finanzi ġie wkoll involut sabiex jagħti awtorita' finanzjarja minħabba l-fatt li din is-sejħa għall-offerti ma ġietx ippubblikata.

Washington — Ambaxxata Maltija – xiri ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn inxtrat karozza ġdida għall-Ambaxxata ta’ Washington u għalfejn din inxtrat mingħajr ma nħarġet ebda forma ta’ offerta iżda b'ordni diretta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza tal-Ambaxxata Maltija (l-karozza uffiċjali) ġewwa Washington kienet qed tiġi mikrija (leased) u kienet fi stadju li l-kuntratt irid jiġi mġedded. Dan il-Ministeru segwa l-istruzzjonijiet mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi, fejn sar eżerċizzju sabiex issir deċiżjoni jekk jiġix mġedded il-kuntratt tal-kiri jew inkella tinxtara karozza. Għalhekk wara li sar dan l-eżerċizzju, l-Ministeru tal-Finanzi ddeċieda illi aħjar tinxtara karozza ġdida milli terġa tinkera. Dan il-Ministeru ġabar stimi, liema sejħa għall-offerti ma ġietx ippublikata. Wara li ġie ppreżentat rapport lill-Ministeru tal-Finanzi b'rakkomandazzjonijiet mingħand l-Ambaxxatur, il-Ministeru tal-Finanzi għażel dik li kienet l-irħas u teknikament kompetenti. Il-Ministeru tal-Finanzi ġie wkoll involut sabiex jagħti awtorita' finanzjarja minħabba l-fatt li din is-sejħa għall-offerti ma ġietx ippubblikata.

Warsaw — Ambaxxata Maltija – xiri ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn inxtrat karozza ġdida għall-Ambaxxata ta’ Warsaw u għalfejn din inxtrat mingħajr ma nħarġet ebda forma ta’ offerta iżda b'ordni diretta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza tal-Ambaxxata Maltija (l-karozza uffiċjali) ġewwa Warsaw kellha tiġi mibdula minħabba l-mileage li kellha, u l-fatt li kienet antika. Din kienet teħtieġ tiswijiet estensivi fuq il-magna u b'hekk kienet teħtieġ spejjeż kbar sabiex din tkun fi stat tajjeb. Dan il-Ministeru ġabar stimi, liema sejħa għall-offerti ma ġietx ippublikata. Wara li ġie ppreżentat rapport lill-Ministeru tal-Finanzi b'rakkomandazzjonijiet mingħand l-Ambaxxatur, il-Ministeru tal-Finanzi għażel dik li kienet l-irħas u teknikament kompetenti. Il-Ministeru tal-Finanzi ġie wkoll involut sabiex jagħti awtorita' finanzjarja minħabba l-fatt li din is-sejħa għall-offerti ma ġietx ippubblikata.

Washington — Ambaxxata Maltija - tneħħija ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kienu s-siġar tant hazardous li tneħħew mir-residenza tal-Ambaxxata Maltija f’Washington u jista' jinforma lill-Kamra kemm intefaq sabiex jitneħħew?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi numru ta' siġar madwar ir-Residenza tal-Ambaxxatur ta' Malta ġewwa Washington kellhom jitneħħew jew jinżabru wara li waħda mis-siġar waqgħet viċin ħafna tar-Residenza matul maltempata tas-silġ qalila fil-bidu ta' Diċembru 2013. Fid-dawl ta' dan l-inċident, saret spezzjoni minn esperti fil-qasam, flimkien mal-Kunsill tad-Distrett ta' Kolumbia, sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm xi periklu addizzjonali ta' inċidenti simili fil-futur. Minn din l-ispezzjoni rriżulta li numru ta' siġar kienu jeħtieġu li jitneħħew jew jinżabru sabiex jitnaqqas ir-riskju ta' ħsara lill-proprjeta' jew korriment personali. L-ispiża totali ta' dawn ix-xogħolijiet ammontat għal madwar €9,889.86.

Is-Sirja – distruzzjoni ta’ armi kimiċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x'assigurazzjonijiet ngħata pajjiżna fir-rigward tad-distruzzjoni tal-armi kimiċi Sirjani? Jista’ jinforma ukoll fejn se jintrema dan il-materjal u jekk kemm-il darba huwiex f'partijiet mis-search and rescue zone ta’ pajjiżna? Jista’ jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba ġewx konsultati esperti Maltin fuq dawn il-proċeduri, kemm mill-aspett kimiku kif ukoll minn dak legali, dwar l-effetti, l-implikazzjonijiet u l-kostituzzjoni ta’ preċedent?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjan eżistenti hu li l-armi jiġu distrutti f’ibħra internazzjonali ġol-Mediterran. L-Organiżżazjoni għall-Projbizzjoni tal-Armi Kimiċi (OPCW) qegħda tassigura li l-ogħla livelli ta’ sigurta’ u prekawzjoni kif ukoll miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji, ser jiġu osservati fit-trasportazzjoni u d-distruzzjoni tal-armi konċernati. Rigward il-post ta’ fejn ser isir dan l-eżerċizzju, l-OPCW u l-Awtoritajiet Amerikani għadhom ma kkomunikawx il-punt preċiż fil-Mediterran fejn il-vapur Amerikan MV Cape Ray ser ikun qiegħed jiddistruġġi l-armi kimiċi Sirjani. Għaldaqstant, mhuwiex possibli f’dan il mument li nistabbilixxu jekk din l-attivita’ hijiex ser issir ġos- Search and Rescue Area ta’ Malta. Hemm ukoll il-possibilta’ li l-vapur MV Cape Ray li fuqu ser isiru l-attivitajiet ta’ distruzzjoni, jibqa' fil-port jew viċin il-port Taljan ta’ Gioia Tauro . Il-pjan huwa li d-distruzzjoni ta’ dawn l-armi jitlesta sa mhux aktar tard minn nofs is-sena 2014. Il-materjal ser jiġi dispost ġo faċilitajiet kummerċjali u mhux fil-Mediterran. Nassigura li konsultazzjoni ma esperti kimiċi Maltin seħħew u ingħatat konferma lill-Ministeru li l-proċess m’huwiex ta’ theddida lill-pajjiżi Mediterrani. Konsulti mal-istaff legali fi ħdan il-Ministeru indikaw li skond il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda fuq il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), l-ibħra internazzjonali għandhom jiġu użati għal għanijiet paċifiċi filwaqt li Stati għandhom l-obbligu li jipproteġu u jippriservaw l-ambjent marittimu. Għaldaqstant l-attivita’ proposta mill-OPCW tidher li ma tmurx kontra il-proviżżjonijiet stipulati fil-Konvenzjoni fuq il-Liġi tal-Baħar u li t-tneħħija u l-qerda ta' sustanzi kimiċi Sirjani ser titmexxa b'konformità sħiħa mal-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti internazzjonali u il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, Ħażna u Użu ta' armi kimiċi u d-distruzzjoni tagħhom.

Pariġi – Ambaxxata Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'xogħlijiet u xi spejjeż saru tul is-sena li għaddiet fl-Ambaxxata Maltija f'Pariġi?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena li għaddiet ma sarux spejjeż dwar xogħolijiet strutturali fl-Ambaxxata Maltija ġo Pariġi. Kull ma ntnefaq kien installar ta' Air Conditioning unit li sewa €3,152.54.

Madrid – Ambaxxata Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'xogħlijiet u xi spejjeż saru tul is-sena li għaddiet fl-Ambaxxata Maltija f'Madrid?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma sarux spejjeż matul is-sena l-oħra fl-Ambaxxata Maltija ġewwa Madrid.

Berlin – Ambaxxata Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'xogħlijiet u xi spejjeż saru tul is-sena li għaddiet fl-Ambaxxata Maltija f'Berlin?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol li sar fl-Ambaxxata ta' Malta f'Berlin kien ta' bdil ta' fitted carpet li qam €16,120.50.

Washington – Ambaxxata Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar x'xogħlijiet u xi spejjeż saru tul is-sena li għaddiet fl-Ambaxxata Maltija f'Washington?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma l-Onorevoli Membru li l-informazzjoni mitluba qed tiġi miġbura, u risposta tingħata f'seduta oħra.

Tunis – Ambaxxata Maltija – xiri ta’ karozza

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn inxtrat karozza ġdida għall-Ambaxxata Maltija f’Tunis u għalfejn din inxtrat mingħajr ma nħarġet ebda forma ta’ offerta iżda b'ordni diretta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-karozza tal-Ambaxxata Maltija (l-karozza uffiċjali) ġewwa Tunis kellha tiġi mibdula minħabba l-mileage li kellha, u l-fatt li kienet antika. Din kienet teħtieġ tiswijiet estensivi fuq il-magna u b'hekk kienet teħtieġ spejjeż kbar sabiex din tkun fi stat tajjeb. Dan il-Ministeru ġabar stimi, liema sejħa għall-offerti ma ġietx ippublikata. Wara li ġie ppreżentat rapport lill-Ministeru tal-Finanzi b'rakkomandazzjonijiet mingħand l-Ambaxxatur, il-Ministeru tal-Finanzi għażel dik li kienet l-irħas u teknikament kompetenti. Il-Ministeru tal-Finanzi ġie wkoll involut sabiex jagħti awtorita' finanzjarja minħabba l-fatt li din is-sejħa għall-offerti ma ġietx ippubblikata.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Agenzija li taqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħi ma tat l-ebda Direct Order mid-9 ta' Marzu 2013 sad-9 ta' Jannar 2014

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — safar

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar kemm spejjeż saru s-sena li għaddiet in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer u fejn u minn min kien akkumpanjat?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispejjeż fuq vjaġġi mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin matul l-2013 ammontaw għal €399,945. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba dwar is-safar tal-Ministru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — riċevimenti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru spejjeż marbuta ma’ riċevimenti u ikliet tul is-sena li għaddiet mill-Ministeru? Jista’ jelenkahom?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinstab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #7059 Sitting 111 2014-01-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — lista ta' varjazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?

Response (VELLA, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 12 PQ #7129 Sitting 110 2014-01-21 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Dar Malta — nefqa fuq manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet in-nefqa, sena b'sena mill-2004 sal-2012, f’xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’Dar Malta fi Brussell? Jista' jagħti break down ta’ x’kien dan ix-xogħol, sena b’sena? Jista' jagħti rendikont ta’ kemm kien id-dħul, sena b'sena mill-2004 sal-2012, li sar għall-pajjiż permezz ta’ kirjiet ta’ sulari eċċ. minn Dar Malta?

Response (VELLA, GEORGE)

Xogħlijiet ta' manutenzjoni f'Dar Malta jaqgħu taħt il-kompetenza tal-MIMCOL ( Malta Investment Management Co. Ltd) li taqa' taħt il-portafoll tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żghar. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Deputat biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — lista ta' direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazjoni mitluba tinsab fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu s-servizzi tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (VELLA, GEORGE)

Tista' jekk jogħġobha l-Onor. Interpellant tindika għal-liema perjodu ta' żmien qiegħda tirreferi, biex tinġabar l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin — skema ta' rtirar kmieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?

Response (VELLA, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemm ħadd mill-Membri fis-Segretarjat privat tiegħi, fil-Ministeru, fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, li bbenefikaw minn skemi ta' rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta.