Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' djar/appartamenti li l-gvern għandu ppjanat li jibni matul is-sentejn li ġejjin? Kemm minnhom huma ppjanat li jinbnew mid-dipartiment? Kemm minnhom huwa ppjanat li jinbnew mill-Awtorita' tad-Djar? Kemm minnhom huwa ippjanat li jinbnew bi sħab mas-settur privat?
Kemm-il gvern beħsiebu jonfoq flus f'dan is-sens fis-sentejn li ġejjin? Kemm hemm min dan kollu jinsab quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal ħruġ tal-permessi?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet il-Gvern beħsiebu jibni dawn id-djar/appartamenti u jagħti statistika x'numri f'dan is-sens?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Matul l-1999 u 2000 l-Awtorita' tad-Djar ser tkompli bil-programm ta' bini ta' maisonettes u appartamenti. Parti minn dan il-programm ser issir permezz ta' proġett imfassal u imwettqa mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar u parti oħra mill-Awtorita' tad-Djar. In-numru ta' units li ser jinbnew:
(i) mid-Dipartiment huwa ta' 1021. Minn dawn 460 huma koperti bil-permess ta' l-Awtorita' tal-ppjanar waqt li 561 għadhom qed jistennew il-permess u
(ii) l-Awtorita' tad-Djar huma ta' 58 li minnhom 21 huma koperti bil-permess ta' l-Awtorita' tal-Ippjanar waqt li 37 qed jistennew il-permess.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tan-numru ta' units li ser jinbnew.
L-Awtorita' tad-Djar qiegħda tevalwa pjan għax-xiri ta' postijiet mingħand il-privat. Għal dan il-għan qed tiġi finalizzata skema.
In-nefqa kapitali għas-sena 1998/1999 hija ta' Lm4,730,000 waqt li dik għas-sena ta' wara tiddipendi mill-ħruġ tal-permessi tal-bini u fatturi oħra.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, ilha tirreġistra għax-xogħol għal circa tliet snin meta ħaddieħor li beda jirreġistra għax-xogħol fl-istess perjodu ilu żmien li ngħata mpjieg?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond ir-'records' ta' l-ETC, il-persuna msemmija ilha tirreġistra mill-21 t'April 1997, jiġifieri sena u tmien xhur. Jirriżulta wkoll illi dan għall-ewwel kien beda jirreġistra bħala 'deliveryman' u wara żied ukoll il-preferenza ta' 'crane operator'. Fil-fatt dan kien sottomess għax-xogħol darba biss u dan fuq xogħol ta' 'crane operator'. Is-sottomissjonijiet jiddependu dejjem minn kemm jinqalgħu vakanzi u x'ikunu jirrikjedu dawn il-vakanzi, bħal per eżempju, esperjenza, liċenzji speċjali, eċċ.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-flat li l-partikolaritajiet tiegħu jidhru separatament ma' din il-mistoqsija, huwiex battal?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-fond indikat jinsab allokat lill-persuna li għandha l-kera mħallas sa Awissu li għadda. Id-Dipartiment qed jinvestiga jekk din il-persuna hiex fil-fatt qed tokkupa l-post.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu housing units mid-Dipartiment tas-Social Housing mill-5 ta' Settembru 'l hawn? F'liema bliet u rħula tqassmu? Kemm kull post? Minn fejn kienu l-persuni li ħadu post f'kull każ u kemm kienu ilhom japplikaw f'kull każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi mill-5 ta' Settembru sad-9 ta' Diċembru 1998 ġew allokati 38 post. Dawn ġew allokati lill-applikanti li kienu applikaw mill-1988 sal-lum.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-postijiet kif ġew imqassma.
12.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew id-Detox xahar b'xahar din is-sena? Kemm kellhom eta' f'kull każ? Kemm minnhom kienu ġodda?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li attendew għar-rehabilitation courses kontra d-droga din is-sena? Kemm hemm persuni din is-sena li ma komplewx il-kors sa l-aħħar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Aġenzija sedqa għandha żewġ tipi ta' 'rehabilitation courses'. Wieħed huwa l-Programme ta' Riabilitaxxjoni 'STIMA', li huwa bbażat fil-Komunita'; u l-ieħor huwa residenzjali u huwa programm tal-'Komunita' Santa Marija'.
Matul din is-sena, (sa Ottubru, 1998), in-numru ta' persuni li attendew, kif ukoll dawk li ma komplewx il-kors, kien kif ġej:
PROGRAMM PERSUNI LI ATTENDEW PERSUNI LI MA KOMPLEWX IL-KORS
STIMA 68 27
Sta. Marija 61 34
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' familji residenti f'Malta u f'Għawdex li matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena, xtraw id-djar/appartamenti tagħhom li kienu ta' l-Awtorita' tad-Djar jew tal-gvern? Kemm huwa n-numru ta' dawk pendenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' familji li xtraw ir-residenzi tagħhom li hi proprjeta' tal-Gvern jew ta' l-Awtorita' tad-Djar taħt l-iskema biex inkwilini isiru sid ta' darhom huwa dan:-
1994 - 73
1995 - 22
1996 - 51
1997 - 281
1998 - 275
Bħalissa qegħdin jiġu proċessati 286 l-applikazzjoni.
14.12.98
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' employers li huma reġistrati mal-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ f'Malta? Jista' jgħid kemm minnhom jinsabu fil-gżira ta' Għawdex? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-employers huma intrapriżi jew azjendi parastatali? Jista' jgħid kemm minn dawn iħaddmu bejn 1-4 persuni; 5-9 persuni; 10-49 persuna; 50-99 persuna; 100-199 persuna; 200-399 persuna; u minn 400 persuna 'il fuq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' employers reġistrati mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fl-aħħar ta' Settembru 1998 f'Malta kien ta' 21,970 filwaqt li ta' Għawdex kien 1,840, Total ta' 23,810. Minn dawn hemm 130 intrapriżi jew azjendi parastatali. Minn dawn l-employers, (23,810) hemm 21,329 li jħaddmu bejn l-4 persuni; 1,199 li jħaddmu bejn 5-9 persuni; 1,028 li jħaddmu bejn 10-49 persuna; 135 li jħaddmu bejn 50-99 persuna; 73 li jħaddmu bejn 100-199 persuna; 27 li jħaddmu bejn 200-399 persuna; u 19 li jħaddmu 'l fuq minn 400 persuna.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kellhom full u part-time job u kemm kellhom part-time job biss fix-xhur ta' Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru, 1998? Jista' jagħti dawn il-figuri f'nisa u rġiel, u fil-każ tan-nisa jgħid kemm minnhom huma miżżewġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' rġiel u nisa li kellhom full-time u part-time job u part-time job biss kien kif ġej:
FULL-TIME U PART-TIME JOB
Awissu 1998 Settembru 1998
Rġiel 11,881 11,906
Nisa (Single) 2,398 2,442
Nisa (Married) 1,341 1,332
Nisa Total 3,739 3,774
TOTAL GLOBALI 15,620 15,680
PART-TIME BISS
Rġiel 5,581 5,580
Nisa (Single) 3,091 3,072
Nisa (Married) 5,380 5,412
Nisa Total 8,471 8,484
TOTAL GLOBALI 14,052 14,064
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex isiru xi diskussjonijiet jew jekk hemmx xi kumitat jew xi ħaġa simili li qed tistudja l-iskema tal-pensjonijiet f'pajjiżna għas-snin li ġejjin, l-aktar dwar skema ġdida ta' pensjoni skond kif intqal minn kelliema Nazzjonalisti fl-aħħar xhur?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond kif ġie mħabbar fid-diskors tal-Budget, kmieni s-sena d-dieħla, il-Gvern beħsiebu jwaqqaf kummissjoni nazzjonali li preferibilment tkun magħmula minn membri mill-partiti kollha politiċi, korpi kostitwiti, rappreżentanti tal-pensjonanti, u rappreżentanti tal-assoċċjazzjoni tal-assikurazzjoni. L-għan ta' din il-kummissjoni jkun biex tiġi riveduta s-sistema tal-pensjoni u biex isiru rakkomandazzjonijiet għal liġi ġdida aktar sempliċi, ekwa u sostenibbli.
14.12.98
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' familji Għawdxin li jirċievu għajnuna soċjali, pensjoni ta' l-eta', pensjoni tal-wens, social assistance females, jew xi xorta ta' għajnuna oħra mhux kontributorja għas-sena 1996, 1997 u 1998? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-familji huma b'żewġ ġenituri u kemm minnhom huma b'ġenitur wieħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' familji Għawdxin li jirċievu l-Għajnuna Soċjali, Pensjoni ta' l-Eta, Pensjoni tal-Wens, Għajnuna Soċjali għax-xebbiet, jew xi xorta ta' Għajnuna oħra mhux kontributorja għas-sena 1996, 1997 u 1998 huwa kif jidher fit-tabella aktar 'l isfel.
GHAJNUNA/PENSJONI 1996 1997 1998
Għajnuna Soċjali 326 280 303
Pensjoni ta' l-Eta 884 877 863
Pensjoni għal Diżabilita' 191 183 188
Pensjoni tal-Wens 42 54 56
Għajnuna Soċjali (Xebbiet) 138 125 108
Għajnuna għal Mard 1522 1567 1613
Ma tinħassx il-ħtieġa li tinżamm statistika ta' kemm familji huma b'ġenitur wieħed, għaliex ir-rata ta' xi benefiċċji mhix maħduma fuq in-numru ta' genituri, imma fuq in-numru ta' persuni fil-familja.
Fil-każ ta' Pensjoni ta' l-Eta, Pensjoni tal-Wens u l-Għajnuna Soċjali għax-xebbiet, il-benefiċċju jitħallas lil min jagħmel it-talba, irrispettivament jekk ikunx ġenitur jew le.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li waqfu jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom f'Awissu, Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998? Kemm minnhom kienu nisa u rġiel f'Malta u Għawdex separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' persuni li waqfu jirreġistraw għax-xogħol minn jeddhom f'Awissu, Settembru, Ottubru u Novembru 1998 hu kif jidher hawn taħt:
XAHAR IRĠIEL NISA TOTAL
Awissu 581 240 821
Settembru 557 266 823
Ottubru 656 272 928
Novembru 500 209 709
14.12.98
B'riferenza għall-perjodu mill-5 ta' Settembru 1998 sal-10 ta' Novembru, 1998 u għad-dikasteru li għalih il-Ministru huwa responsabbli, jista' jgħid: (a) kemm hemm mobile phones użati; (b) kemm minn dawn huma mixtrija u kemm mikrija, mingħand min u b'liema prezz/rati; (c) minn min qed jintużaw dawn il-mobile phones f'kull każ; (d) kemm minn dawn il-mobile phones bdew jiġu wżati mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
12.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jifrex l-għajnuna eżistenti li qed tingħata lil nisa xebbiet jew romol li jieħdu ħsieb lil qraba b'mard li jgħixu fl-istess dar, għal ġuvintur jew romol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru jiġi kkunsidrat fl-isfond ta' proċess li jrid jitkompla sabiex tkompli tinfirex l-ugwaljanza tas-sessi fil-Liġi tas-Sigurta' Soċjali.
12.12.98
Wara l-miżura mħabbra fil-Budget 1999 dwar żieda fil-bolla, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb tal-gvern li jeżenta mill-miżura jew oltre jeħles mill-ħlas tal-bolla lill-ġenituri li jkunu bil-parental leave bla ħlas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-għoti ta' eżenzjoni mill-ħlas tal-Kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali lill-ġenitur li jkun fuq 'parental leave' hi waħda mill-wegħdiet fil-Programm Elettorali tal-Gvern Nazzjonalista. Għaldaqstant nassigura l-Onor. Interpellant li din il-wegħda ser tiġi mwettqa f'waqtha.
12.12.98
Jista' l-Ministru jgħid fejn qed jalloġjaw l-anzjani li kienu fid-dar ta' l-anzjani fil-Furjana? Kemm qed iħallas il-Gvern għal kull wieħed kuljum? Saret xi call for tenders għal dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li diġa' ngħatat fuq l-istess suġġett - PQ. Nru. 2020.
12.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender saret din is-sena dwar xogħol fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders? Kemm kien il-valur antiċipat f'dawn it-tenders? Kemm u liema minnhom ġew deċiżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2431 it-Tweġiba qiegħda tinġabar u tingħata aktar il-quddiem.
12.12.98
Sptar San Vinċenz de Paule — Nursing officers/acting nursing officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Nursing Officers u Acting Nursing Officers jaħdmu bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paule? Jista' l-Ministru jispeċifika b'liema shift suppost jaħdmu dawn l-impjegati, u jekk hemm xi varjazzjonijiet partikolari x'inhi r-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' Nursing Officers li bħalissa qed jaħdmu ġo San Vinċenz de Paule huwa 34. Ir-Roster tan-Nursing Officers hija:
DDODO għal dawk li jaħdmu 46 2/3 siegħa fil-ġimgħa;
DCODO għal dawk li jaħdmu 40 siegħa fil-ġimgħa:
Legend:
D: 7a.m. - 7p.m. C: 7a.m. - 1.45p.m. O: Off
Varjazzjonijiet hemm:
għal dawk li jaħdmu bil-lejl biss u tnejn minħabba raġunijiet umanitarji/saħħa fiżika/mentali.
12.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nursing aides jaħdmu fl-Isptar San Vinċenz de Paule? Jista' l-Ministru jispeċifika b'liema shift suppost jaħdmu dawn l-impjegati, u jekk hemm xi varjazzjonijiet partikolari, x'inhi r-raġuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Numru ta' (Casual) Nursing Aides li qed jaħdmu ġo San Vinċenz de Paule huwa 45. Ir-Roster li suppost jaħdmu (Casual) Nursing Aides hija:
ABNRO għal ġimgħa xogħol ta' 40 siegħa.
Legend:
A: 7a.m. - 7p.m. B: 7a.m. - 6p.m. N: 7p.m. - 7a.m. O: Off
Ma hemm ħadd minn dawn il-(Casual) Nursing Aides li qiegħed fuq roster barra dik tal-ABNRO.
12.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali li qed jiżvolġu xogħol ta' natura amministrattiva bħalissa fl-Isptar San Vinċenz de Paule u jekk hemm aktar minn persuna waħda, x'inhuma r-responsabilitajiet rispettivi tagħhom? Xi kwalifiki għandhom dawn l-individwi, ċioe' għandhomx kwalifiki mediċi/paramediċi biss, u/jew kwalifiki li jirrigwardjaw il-management?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fir-Residenza ta' San Vinċenz hemm erba' uffiċjali li qed jiżvolġu xogħol ta' natura amministrattiva:
Dawn huma:
1. Is-Supretendent Mediku li hija responsabbli għar-residenza kollha. Din għandha l-'Masters' fil-Public Health Medicine li jinkludi il-Health Services Management kif ukoll diversi boroż ta' studju kemm lokalment kif ukoll barra, fuq Health Services Management.
2. Lay Administrator li taħtu jaqgħu l-impjegati kollha minbarra t-tobba u n-nursing staff.
Barra milli għandu snin twal ta' esperjenza fit-tmexxija ta' din ir-residenza għandu ċertifikat ta' Senior Hospital Management minn Birmingham University u kors ta' erba' ġimgħat ta' Hospital Management f'Kingston and Esher Hospital f' Londra.
3. Senior Principal Officer li kien ġie trasferit f'din ir-Residenza xi sentejn ilu qed jgħin lill-Lay Administrator.
4. Manager Nursing Services li għandu l-kwalifiki kollha neċessarji għal dan il-post. Huwa għandu l-BSc Nursing u ċertifikat ta' Senior Hospital Management minn Birmingham University.
12.12.98