Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptarijiet privati — Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u tad-dawl fl-isptarijiet privati dovuti lil Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-figuri kif mitlub minnu għall-Sptarijiet Privati, Residenzi Privati ta' l-anzjani, Fabbriki. Stabbilimenti kummerċjali u Kumpanniji Privati ma jistgħux jingħataw minħabba li l-kontijiet m'humiex distinti minn xulxin.

Residenzi privati ta' l-anzjani — Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u d-dawl tar-residenzi privati ta' l-anzjani dovuta lil Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija nru 23822.

Fabbriki — Kontijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm fil-fatt hija ċ-ċifra ta' flus globali tal-kontijiet pendenti għall-konsum ta' l-ilma u d-dawl fil-fabbriki privati dovuta lil Enemalta?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għal-Mistoqsija Parlamentari nru: 23822.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Fil-preżent kemm hu n-numru ta' stabbilimenti kummerċjali ta' l-ikel u x-xorb li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari nru. 23760.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Fil-preżent kemm hu n-numru ta' lukandi li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sat-12 ta' Frar 2007, mill-mijiet ta' lukandi liċenzjati, erbgħa biss qed iħallsu b'arranġamenti speċjali, tlieta qegħdin f'Malta u waħda f'Għawdex.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Fil-preżent kemm hu n-numru ta' fabbriki li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sat-12 ta' Frar 2007, mill-mijiet ta' fabbriki li hawn f'Malta 9 biss li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali u jinstabu kollha f'Malta.

Maltapost — Ktejjeb tal-Kodiċi Postali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24005 u jgħid issa li l-Maltapost biddlet il-kodiċi postali tal-pajjiż kollu, meta se joħroġ ktejjeb biex jagħti l-kodiċi postali l-ġodda u dan biex ma jkunx hemm taħwid u dewmien fit-tqassim tal-posta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Malta Industrial Parks — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24115 u jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Malta Industrial Parks matul is-sena 2006? X'inhu l-grad u kif saret is-sejħa għall-ingaġġ? Kemm applikaw f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Fil-preżent kemm hu n-numru ta' households li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' households (domestiċi) li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali l-kontijiet tad-dawl u l-ilma huwa ta 1,154.

Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Fil-preżent kemm hu n-numru ta' għaqdiet sportivi li qed iħallsu b'arranġamenti speċjali (bin-nifs) il-kontijiet tad-dawl u l-ilma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat illi peress li l-istatistika fil-Korporazzjonijiet Enemalta u ta' l-Ilma ma tinżammx skond il-kategoriji kif mitlub minnu, ma nistax nagħtih iċ-ċifri dwar l-informazzjoni li talab.

Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Riżenji ta' chairmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu jservi fil-kariga ministerjali preżenti kemm kien hemm chairmen ta' kumitati, korporazzjonijiet, enti, awtoritajiet, aġenziji u korpi parastatali li jaqgħu taħtu li rriżenjaw jew talbu espressament li ma jiġux kkonsidrati mill-ġdid għall-kariga li kienu qegħdin jokkupaw? Min kienu u fejn kienu qegħdin iservu? Jista' jagħti d-dati ta' kull każ applikabbli?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull meta jkun hemm bidla fit-tmexxija ta' entitajiet pubbliċi, il-Gvern jagħmel stqarrija uffiċċjali. Għaldaqstant nirreferi lill-Onor. Interpellant lejn is-sit www.gov.mt biex jikseb l-informazzjoni kollha li qiegħed jitlob.