Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — direct order
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa Marzu 2013? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u l-ebda entita taħt il-Ministeru tiegħi ma talbet għal xogħol ta’ konsulenza lil kumpanija msemmija, bejn l-2004 u l-2013.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23154, tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar minn fejn ittieħdu s-samples u kif kien garantit li l-prodotti ttestjati kienu mkabbra lokalment? X’inhuma l-passi li hu msemmi li ttieħdu skont ir-risposta parlamentari? Fejn ġew jew se jiġu ppubblikati r-riżultati msemmija fir-risposta?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li s-samples ta’ prodotti Maltin jittieħdu huma u deħlin il-pitkalija filwaqt li dawk li huma mpurtati jittieħdu jew mingħand l-importatur jew mis-supermarkets.
Il-prodotti deħlin il-pitkalija għandhom ikunu biss prodotti mkabbra Malta.
Il-passi li ttieħdu inkludew projbizzjoni tat-tpoġġija tal-prodotti involuti fuq is-suq, kawżi l-qorti skont kif previst fil-liġi kif ukoll notifikazzjoni lill-EFSA (European Food Safety Authority) fejn il-liġijiet Ewropej kienu nkissru, kif rikjest mil-liġijiet Ewropej.
Ir-riżultati jintbagħtu lill-EFSA kif obbligati li nagħmlu biex ikunu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tagħhom u wara jkunu wkoll ippubblikati fuq is-sit tal-MCCAA.
Billi m'hemm l-ebda dubju li artikoli bħal dawk li dehru dan l-aħħar dwar il-ħsara li jistgħu jagħmlu l-prodotti agrikoli Maltin minħabba sustanzi li jistgħu jkun fihom jagħmlu ħsara lill-bdiewa Maltin, u billi minn domanda preċedenti qed jirriżulta li l-ammont ta' prodotti li nstabu li kellhom xi diffikultà, kienu fil-fatt minimi ħafna, tista' l-Ministru tara li l-MCCAA sservi ta' tarka lill-bdiewa Maltin, minflok isservi biex dawn in-nies ikomplu jaffaċċjaw diffikultajiet ikbar minn dawk li qed jirriżultaw s’issa?
Response (DALLI, HELENA)
L-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur taħdem sabiex tgħallem, tgħin u tiggwida lill-bdiewa sabiex il-prodotti Maltin jibqa’ jkollhom il-ġenwinità li huma magħrufin għaliha.
Il-Ministeru jisħaq mal-Awtorita sabiex ikun hemm titjib fl-edukazzjoni u fl-azzjonijiet li jittieħdu sabiex ikunu protetti kemm il-bdiewa fix-xogħol tagħhom kif ukoll il-konsumaturi bis-serħan tal-moħħ dwar il-prodotti li jkunu qegħdin jikkunsmaw.
L-awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur trid tiżgura wkoll li min jikser il-liġi u jqiegħed is-saħħa tal-poplu f'riskju jkun penalizzat skont kif tipprovdi l-istess liġi. Dan ikun ta’ benefiċċju wkoll għal dawk il-bdiewa li qed joperaw skont ir-regoli eżistenti biex b’hekk jiġi żgurat li jkun hemm kompetizzjoni ġusta bejn l-istess bdiewa.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm każijiet pendenti preżentament quddiem t-Tribunal Industrijali? Tista’ tindika kemm-il sena ilu pendenti l-ixjeħ każ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li Quddiem it-Tribunal Industrijali pre¿entement hemm 577 każ pendenti. Dawn jinkludu 313 każijiet li daħlu fis-16 ta’ Diċembru 2003 li kienu ġew intavolati mill-ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks li qatt ma bdew jinstemghu
L-aktar każ antik mill-banda l-oħra ilu li daħal mill-4 ta’ Lulju 2003.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew imressqa talbiet lill-Freedom of Information Unit minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba, kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux u x'kienet ir-raġuni għaliex ma ntlaqgħux?
Response (DALLI, HELENA)
kemm ġew imressqa talbiet lill-
Freedom of Information Unit
minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015?
259
Kemm minn dawn it-talbiet ġew imwieġba?
138
Kemm minn dawn it-talbiet ma ntlaqgħux?
98
Ir-raġunijiet għaliex ma ntlaqgħux dawn it-talbiet huma:
Raġunijiet skont Kap 496 (Att dwar il-Liberta' tal-Informazzjoni)
-li d-dokument mitlub hu eskluż mill-fini ta’ dan l-Attbis-saħħa tal-artikolu 5; (36 darba)
- li, bis-saħħa tat-Taqsima V jew it-Taqsima VI, hemm raġuni valida biex ma jingħatax.(42 darba)
-li d-dokument mitlub hu aċċessibbli għall-pubbliku jew se jkun ippubblikat fi żmien tliet xhur(9 darbiet)
- li d-dokument mitlub ma jistax jinsab, (darbtejn)
- lir-riżorsi meħtieġa biex issir kopja, jew kopja editjata, ta’ dokument,iwasslu biex ir-riżorsi ta’ awtorità pubblika jkunu indirizzati b’mod sostanzjali u mhux raġonevoli lil hinn mill-operazzjonijiet l-oħra tagħha, u l-applikant ma rnexxilux, bil-parir tal- awtorità pubblika, iqiegħed b’mod differenti t-talba tiegħu sabiex jagħmilha aktar faċli li tintlaqa’ mill-awtorità; (darbtejn)
- li d-dokument mitlub mhux għand l-awtorità pubblika u l-persuna li qed tittratta t-talba m’għandha ebda raġuni biex temmen li d-dokument qiegħed għand awtorità pubblika oħra jew hu konness aktar mill-qrib mal-funzjonijiet ta’ awtorità pubblika oħra. (5 darbiet)
-li l-informazzjoni rigwardanti rakkomandazzjoni jew deċiżjoni mitluba skont artiklu 20 bis-saħħa ta' Taqsima V uVI, ma tingħatax. (darba)
- It-talba meqjusa frivola jew vessatorja. (darba)
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma ngħatatx xogħol mill-Ministeru, inkluż kull entità jew dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi, fil-perjodu indikat f’din il-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — xogħol ta' konsulenza lill-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-2004 sa’ Marzu 2013? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (DALLI, HELENA)
L-isem ta’ l-entità:
National Commission for the Promotion of Equality (NCPE)
Sena
Xogħol mogħti lil kumpanija
Direct Order/ Tender
Spiża
Deskrizzjoni tax-xogħol
2010
Iva
QT-NCPE/01/2010 - Sejħa għall-kwotazzjonijiet: Proviżżjoni ta' servizzi ta' traduzzjoni ghall-Proġett
Strengthening Equality Beyond Legislation
(mirbuħa f'Diċembru 2010)
€4,763.19
(VAT eskluż)
Traduzzjonijiet ta' testi mill-Ingliż għall-Malti, mill-Ingliż għall-Franċiż, u mill-Ingliż għall-Ġermaniż.
Billi fl-1 ta' Frar deher artiklu fil-media lokali li tkellem dwar il-livell ta' pestiċidi li suppost instabu fil-ħaxix u l-frott lokali, u billi tali artiklu bla dubju jallarma lill-konsumatur, u jkun ta' dannu għall-biedja Maltija, tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm kien hemm samples ta' prodotti agrikoli lokali li ġew tested għall-pestiċidi? Minn fejn ittieħdu dawn is-samples? Liema prodotti ġew iċċekkjati għal-livell ta' pestiċidi, u kif ġie garantit li l-prodotti hekk iċċekkjati kienu mkabbra lokalment u mhux miġjuba fis-suq Malti minn barra l-pajjiż? Tista’ tagħti dan it-tagħrif għall-perjodu Jannar 2015 sa Jannar 2016, xahar b'xahar?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dak li deher fl-artiklu li qed jirreferi għalih l-Onor. interpellant ġie miċħud kategorikament mic-Chairman tal-Awtorita’ ta’ Malta Għall-Kompetizzjoni u Għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fejn ukoll qal li assolutament qatt ma ta’ xi intervista dwar il-pestiċidi.
Madankollu infurmata li minn 159 prodott ittestjati fit-2013, kienu 3 prodotti li instabu li kellhom livelli ta’ pestiċidi għola minn dawk permessi waqt li fit-2014 ġew ittestjati 170 prodott, li minn dawn kien hemm 10 prodotti li nstabu li kellhom livelli ta’ residwi tal-pestiċidi għola minn dawk permessi u ttieħdu l-passi neċessarji skont il-liġi.
Matul l-2015 ittieħdu 135 kampjun ta’ prodotti agrikoli.
Kif dejjem sar, l-MCCAA tippublika ir-riżultati ta’ dawn il-kampjuni wara li jiġu notifikati lil EFSA
(European Food Safety Authorit
). Dan il-proċess mistenni jiġi konkluż f'qasir żmien.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22137, tista' l-Ministru tgħid kemm-il każ ġie deċiż minn kull wieħed mit-Tribunali u l-Bordijiet li hemm imsemmija, fl-2013,fl- 2014 u fl-2015?
Response (DALLI, HELENA)
Isem il-Bord jew Tribunal tal-Appell
2013
2014
2015
Tribunal għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-
data
ma ġewx reġistrati appelli
ma ġewx reġistrati appelli
1
Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Mediċini
ma ġewx reġistrati appelli
ma ġewx reġistrati appelli
ma ġewx reġistrati appelli
Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur
2
Withdrawn 1
5
2
Bord ta’ appelli
(Dan il-Bord ikun appuntat biss fil-każ li jkun hemm appell kontra Ordni ta’ Spettur, maħruġa skont l-Att.)cc
ma ġewx reġistrati appelli
ma ġewx reġistrati appelli
ma ġewx reġistrati appelli
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – programmi ta’ staff development
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tagħmilx xi forma ta’ staff development fi ħdanha?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA tuża diversi sistemi għall-iżvilupp kontinwu tal-impjegati tagħha. Dawn jinkludu:
(i) Organiżżar b’mod regolari ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ intern li jsiru għall-impjegati;
(ii) Attendenza f’korsijiet ta’ taħriġ, seminars u konferenzi kemm f’Malta (inkluż korsijiet organiżżati mill-PAHRO) kif ukoll barra minn Malta f’suġġetti differenti skont il-ħtieġa;
(iii) Parteċipazzjoni f’Inspector Exchanges organiżżati mill-Kummissjoni Ewropea;
(iv) Sponsorship (permezz ta’ flus u permezz ta’ leave addizjonali) mogħti mill-OHSA biex ikopri parti mill-ispejjeż abbinati ma’ korsijiet li jagħżlu l-impjegati nfushom;
(v) Parteċipazzjoni f’kampanji informattivi organiżżati mis-
Senior Labour Inspectors Committee
, u li invarjabbilment ikollu element taħriġ għal spettur (li mbagħad ikun mistenni jittrażmetti dak li tgħallem lill-ispetturi l-oħra).
Barra dawn l-inizjattivi, l-OHSA tħaddem sistema ta’ mentoring fejn l-impjegati jkunu allokati ma’ impjegat b’iktar esperjenza, u jew kwalifiċi biex jiggwidhom fil-ħidma tagħhom.
Tul iż-żmien ukoll, l-OHSA irnexxilha ġġib fondi strutturali mill-Unjoni Ewropea għat-taħriġ tal-impjegati tagħha f’diversi materji. Dawn il-proġetti kienu jkopru kemm taħriġ ta’ natura teknika, kif ukoll ta’ natura amministrattiva u maniġerjali.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Skill Cards maħruġa mill-BICC
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol kenitx involuta fl-iskema tal-iskill cards maħruġa mill-BICC?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-OHSA kienet involuta mill-bidu nett fl-iskema tal-iskill cards maħruġa mill-BICC, u fil-fatt għenet kemm fl-iżvilupp konċettwali tal-iskema kif ukoll fl-iżvilupp tal-kurrikula li ser ikunu abbinati magħhom il-korsijiet għas-snajja differenti.
L-OHSA għamlet dan permezz ta’ laqgħat u diskussjonijiet mal-BICC innifsu, kif ukoll ma’ entitajiet differenti, bħall-ETC, MCAST, u d-Diviżjoni tal-Edukazzjoni.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – assistenza lil aġenziji simili fl-Unjoni Ewropea
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol qattx intalbet toffri assistenza lil aġenziji simili għaliha fl-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-assistenza li tkun mitluba tagħti l-OHSA lil aġenziji simili tista tieħu diversi forom. Eżempji ta’ tali assistenza mogħtija mill-OHSA jinkludu:
(i) L-ogħti ta’ nformazzjoni teknika dwar problemi partikolari li jkunu qed jiltaqgħu magħhom spettorati differenti. Dan jista jsir jew fuq livell individwali (skambju ta’
emails
jew telefonati) jew billi tintuża l’hekk imsejjħa
Knowlede Sharing Site
li għandhom aċċess għaliha l-ispettorati tal-Ewropa kollha.
(ii) L-ogħti ta’ nformazzjoni, anki ta’ natura teknika, lill-Kummissjoni Ewropea.
(iii) Sodisfar ta’ talbiet mill-KE biex rappreżentanti tal-OHSA jaġixxu ta’
Chairpersons
(jew ta’ membri) ta’ diversi
Working Groups
inkarigati biex jiġbru nformazzjoni dwar materji partikolari.
(iv) Sodisfar ta’ talbiet minn spettorati biex l-OHSA takkomoda spetturi taħt il-kappa ta’
Inspector Exchanges
(kien hemm żewġ talbiet formali matul l-2015 – minn Ċipru u mir-Rumanija, u oħra nformali mill-Estonja).
(v) Ġbir ta’ nformazzjoni, b’mod regolari, għall-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.
(vi) Ġbir ta’ nformazzjoni għall-ispettorat li pajjiżu jkollu l-Presidenza Ewropea biex tista tkun organiżżata l’hekk imsejjħa
Thematic Day
dwar saħħa u sigurtà.
Barra minn hekk, u b’mod regolari, l-OHSA intalbet kopji ta’ diversi dokumenti ppreparati minnha u li jikkonċernaw regolamenti, standard operating procedures, guidance documents eċċ biex ikunu jistgħu jintużaw mill-ispettorat li jagħmel it-talba.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – taħriġ u għajnuna
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol toffrix xi skema ta’ għajnuna lil min iħaddem biex iħarreġ lill-ħaddiema tiegħu fuq saħħa u sigurtà?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA hija nvoluta f’żewġ sistemi ta’ assistenza u li jistgħu jintużaw għat-taħriġ tal-ħaddiema. Waħda minnhom, is-Social Partners Fund, hija inizjattiva mnedija mill-OHSA u li permezz tagħha l-għaqdiet kostitwiti jistgħu japplikaw għal fondi għat-teħid ta’ inizjattivi li jġibu l-quddiem il-livelli ta’ saħħa u sigurtà. Għalkemm ma tistax titqies bħala ‘skema’, din l-inizjattiva xorta għandha l-istess għan, u tista tintuża kemm minn dawk li jħaddmu, kif ukoll minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-ħaddiema.
L-OHSA ħadmet ukoll biex l-iskema MICROINVEST, imħaddma minn
Malta Enterprise
, tinkludi wkoll assistenza fil-każ ta’ inizjattivi ntiżi li jipproteġu s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, inluż it-taħriġ tal-ħaddiema. Din l-iskema toffri
tax rebates
lil dawk li jieħdu inizjattivi favur il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed ikunu ta’ servizz iċ-Ċentri tal-Volontarjat, u x’inhu ppjanat għan-Nofsinhar tal-pajjiż f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li ż-żewġ Ċentri tal-Volontarjat tal-Belt Valletta u tal-Qawra, li nfetħu f’Diċembru 2014 u Jannar 2015 rispettivament, qed iservu ta’ bażi minn fejn joperaw u jitħarġu 51 għaqda volontarja. Dan iċ-ċentri huma miftuħa bejn it-8 ta’ filgħodu u l-11 ta’ filgħaxija kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa. Dawn iċ-ċentri, li huma amministrati mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, iservu wkoll bħala ċentri ta’ amministrazzjoni tal-istess Kunsill, ċentri ta’taħriġ u ċentri ta’ risorsi. Il-pjan ta’ dan il-Ministeru huwa li jinfetaħ ċentru ieħor biex jilħaq il-bżonnijiet tal-għaqdiet li jaħdmu fin-nofsinhar ta’ Malta.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed jingħata importanza t-taħriġ tas-settur tal-volontarjat u kif qed ikun sostnut mill-gvern?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern qed isostni lis-settur tal-volontarjat b’diversi inizjattivi, fosthom għajnuna fit-taħriġ tagħhom. Sa mill-2013 s-somma ta’ €50,000 kienet allokata kull sena sabiex il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat jħaddem programm ta’ taħriġ f’oqsma diversi fosthom l-immaniġġjar aħjar tal-finanzi, kommunikazzjoni u relazzjonijiet pubbliċi, applikazzjoni għall-fondi, kif issostni u tieħu ħsieb lill-volontiera, u temi oħra relatati mal-operat tagħhom. Ma dan il-programm ta’ taħriġ, l-għaqdiet ingħataw l-opportunita’ li jitolbu taħriġ dirett taħt il-forma ta’ one-to-one Mentoring fuq l-istess suġetti. Barra dawn, l-għaqdiet ingħataw l-opportunita’ li jħarrġu lill-membri tagħahom fl-ewwel għajnuna.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — karozzi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-karozza uffiċjali li kien juża l-Ministru bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013 kenitx tinkera jew kenitx mixtrija mill-Gvern? Tista’ tgħid ta’ liema mudell kienet il-karozza? Tista’ tgħid x’kienet l-ispiża xahar, xahar matul l-istess perjodu f’każ li kienet mikrija? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża f’każ li l-karozza kienet inxtrat mill-Gvern u meta nxtrat? Tista’ tgħid x’kienu l-ispejjeż fuq xogħlijiet ta’ tiswijiet li saru fuq din l-istess karozza matul l-istess perjodu? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża fuq kiri ta’ karozzi li ntużaw minflok il-karozza uffiċjali matul l-istess perjodu? Tista’ tgħid x’kienet l-ispiża u kemm intuża petrol jew diesel bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u t-8 ta’ Marzu 2013, xahar b’xahar b’mod separat, għall-karozza/i li għamel użu minnhom il-Ministru?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-gvern nazzjonalista ma kellux ministeru tal-libertajiet ċivili, affarijiet tal-konsumatur u djalogu soċjali
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm NGO hubs f’pajjiżna, fejn jinsabu u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw minn dawn il-postijiet?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm żewġ NGO hubs f’Malta, wieħed fil-Belt Valletta u ieħor fil-Qawra.
Iċ-Ċentru tal-Volontarjat ġewwa l-Belt Valletta, apparti li jservi bħala uffiċċju amministrattiv tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, joffri diversi servizzi. F’dan iċ-ċentru tingħata assistenza individwali lill-għaqdiet dwar diversi aspetti li jirrigwardawhom, minn immaniġjar tal-għaqdiet għal possibiltajiet ta’ fondi, fost oħrajn. Dan iċ-ċentru iservi bħala ċentru ta’ taħriġ għall-għaqdiet volontarji, fejn regolarment isiru sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati kemm mill-istess Kunsill għall-għaqdiet kollha, kif ukoll mid-diversi għaqdiet lill-membri tagħhom. Dan iċ-ċentru jservi wkoll ta’ bażi għal diversi għaqdiet li m’għandhomx il-binja tagħhom, fejn dawn l-għaqdiet jiltaqgħu b’mod regolari kemm għall-laqgħat tal-kumitati kif ukoll għall-laqgħat u attivitajiet tal-membri tagħhom. Għal dan il-għan f’dan iċ-ċentru hemm sala kif ukoll tlett kmamar mgħammra għall-laqgħat. Iċ-ċentru tal-Belt Valletta joffri wkoll support lill-għaqdiet b’servizzi relatati ma ‘printing’ u ‘binding’, kif ukoll librerija u materjal relatat għar-riċerka dwar is-settur.
Iċ-ċentru tal-Qawra, li jaħdem qrib iċ-Ċentru Leap tal-istess lokalita’, iservi bħala ċentru ta’ taħriġ għall-għaqdiet volontarji, fejn isiru sessjonijiet ta’ taħriġ organizzati kemm mill-istess Kunsill għall-għaqdiet kollha, kif ukoll mid-diversi għaqdiet lill-membri tagħhom. Dan iċ-ċentru jservi wkoll ta’ bażi għal numru ta’ għaqdiet li jaħdmu f’dan ir-reġjun u m’għandhomx il-binja tagħhom, fejn dawn l-għaqdiet jiltaqgħu b’mod regolari kemm għall-laqgħat tal-kumitati kif ukoll għall-laqgħat u attivitajiet tal-membri tagħhom. Għal dan il-għan f’dan iċ-ċentru hemm sala kif ukoll kmamar mgħammra għall-laqgħat.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – dħul minn multi, korsijiet u servizzi oħra
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien id-dħul tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) fl-2015, minn multi, korsijiet u xi servizzi oħra li toffri?
Response (DALLI, HELENA)
Awareness Raising Events – Korsijiet €9,093
Competent Persons Register
(Dritt Amministrattiv) €1,620
Administrative Fines
(Ħlas ta’ Penali) €105,908
Sponsorships
(Sit elettroniku OHSA) €525
Servizz Invest.ta’ Inċidenti - skont
MoU
mad-DSS €450
TOTAL €117,596.
Il-figura murija hawn fuq turi d-dħul tal-OHSA mis-servizzi indikati sal-aħħar ta’ Novembru 2015, peress li l-Management Accounts għas-sena 2015 għadhom ma ngħalqux.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – rapport dwar is-saħħa u s-sigurtà fl-attivitajiet pubbliċi
Question
Fid-dawl tar-rapport ikkummissjonat dwar is-saħħa u s-sigurtà f’attivitajiet pubbliċi, tista’ l-Ministru tgħid x’se jkun ir-rwol tal-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) minn issa ‘l quddiem?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li sakemm ma jittieħdux deċiżjonijiet oħra, ir-rwoli tal-OHSA ser jibqgħu dawk stabbiliti fl-Att, Kapitlu 424.
Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – programmi televiżi u radjofoniċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) teħux sehem fi programmi televiżivi u radjofoniċi? Jekk iva, x’tip ta’ programmi tieħu sehem fihom u xi jkun l-iskop ta’ dan is-sehem?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-OHSA tipparteċipa f’kull programm televiżiv jew radjofoniku li tkun mistiedna għalih. Matul l-2015 per eżempju, rappreżentanti tal-OHSA ipparteċipaw diversi drabi fi programmi imxandra mis-segwenti stazzjonijiet televiżivi: TVM, One, Net, Smash, u mis-segwenti stazzjonijiet radjofoniċi: Radju Malta, One, Net, u RTK. Kien hemm okkażjonijiet oħra fejn l-OHSA ipparteċipat fuq programmi li xxandru fuq Campus FM u stazzjonijiet kommunitarji.
Kien hemm diversi istanzi fejn l-OHSA kellha slot regolari, u pparteċipat fi programmi radjofoniċi b’dan il-mod fuq Radju Malta, One u RTK.
L-iskop ewlieni ta’ tali parteċipazzjoni hu li l-OHSA tkompli bil-missjoni tagħha li tqajjem kuxjenza dwar il-benefiċċji li jogħlew l-istandards ta’ saħħa u sigurtà fuq ix-xogħol, waqt li twassal informazzjoni dwar drittijiet u obbligi u tagħti pariri dwar il-kontroll tar-riskji.