Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #4459 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3302, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti relevanti?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba, inkluż in-nefqiet dwar ir-riċevimenti jew ikliet in kwistjoni ngħatat diġa', ma narax l-iskop li wieħed joqgħod jipproduċi rċevuti ta' kull ma tħallas kif qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #5293 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Statementing Board — Fondazzjoni Eden

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-preżenza tal-Fondazzjoni Eden fl-Istatementing Board qed titqies bħala unethical u li tikkostitwixxi konflitt ta' interess? Jekk l-istess kriterji se jintużaw biex ikejlu preżenza ta' nies oħra f'dan il-board, jista' l-Ministru jgħid min se jispiċċa ġewwa u min se jispiċċa barra minnu? Huwa daqshekk impossibbli li nies ta' għaqdiet differenti jaħdmu flimkien għall-ġid tal-persuni b'diżabilita'? Għaliex ċerti individwi f'dan il-bord jsibuha daqshekk diffiċli li jrażżnu l-passjoni u l-preġudizzji partiġġani tagħhom u jridu jwarbu dak li sar mill-gvern preċedenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Nassigura lill-ħabib tiegħi li f'dawn is-sitwazzjonijiet m'hemmx ta' ġewwa jew ta' barra. Jien fiduċjuż li kull min jieħu sehem f'dan il-Bord, inkluż l-Eden Foundation, qed jagħmlu dan għax jemmnu bis-sħiħ fil-politika dwar edukazzjoni inklussiva. L-Onor. Kollega jaf li fuq dan is-suġġett jista' jkun hemm veduti differenti dwar kif u b'liema ritmu għandha tiġi mplimentata din il-politika. Il-membri tal-Bord jirrappreżentaw dixxiplini u orjentamenti differenti li jridu jiġu mlaqqa' flimkien permezz tad-djalogu u mhux b'xi imposizzjoni frott ta' nuqqas ta' paċenzja jew ftehim. Hija inġustizzja, (għandi għax naħseb frott ta' misinformazzjoni) li xi membru ta' l-iStatementing Board jiġi akkużat li għandu xi passjoni jew preġudizzju partiġġjan li jrid iwarrab xi ħaġa li sar mill-Gvern preċedenti. Il-policy tiegħi hi li nsaħħaħ it-tajjeb li nsib. Hekk ukoll isir f'dan il-qasam.
Leg 9 PQ #5420 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għawdex — Triq Vjaringa - Librerija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jagħmel il-gvern biex l-aċċess għal-librerija pubblika fi Triq Vajringa, fir-Rabat Għawdex ikun addattat għal persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Ministeru għal Għawdex, li taħtu taqa' r-responsabbilta' ta' l-aċċess għall-librerija pubblika fi Triq Vajringa r-Rabat Għawdex, għandu ppjanat li jsir lift biex jakkomoda persuni bi bżonnijiet speċjali u anzjani. Informat ukoll li minħabba raġunijiet tekniċi u finanzjarji, il-proġett għadu ma jistax jiġi attwat.
Leg 9 PQ #5422 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' taħriġ qed jingħataw l-għalliema bil-għan li jlaħħqu ma' l-esiġenzi ta' sistema edukattiva inklussiva?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu maħsub li matul is-Sajf li ġej ser isir kors ta' aġġornament għall-għalliema fl-iskejjel primarji li ser jinkludi sessjonijiet speċifiċi fuq edukazzjoni inklussiva. Għal din is-sena, dan it-taħriġ ser jingħata għall-għalliema fir-reġjun Nru 1 (i.e. Għawdex) u dawk fir-reġjun Nru 2 (i.e. dawk tan-naħa t'isfel ta' Malta). Is-sena d-dieħla, dan it-taħriġ jingħata lill-għalliema fiż-żewġ reġjuni l-oħra.
Leg 9 PQ #6053 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4185

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt l-Item 4185 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Frar intnefqu Lm10,892 mill-Item 4185 - Programmes and Initiatives tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Din in-nefqa kienet tinkludi għotjiet lil Assoċjazzjonijiet taż-Żgħażagħ u spejjeż oħra biex jiġu organizzati attivitajiet taż-żgħażagħ bħal ħarġiet kulturali u Youth Exchanges.
Leg 9 PQ #6054 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Vot kapital Nru. 13

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus sa l-aħħar ta' Frar mill-Vot kapitali numru 13 u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sal-perjodu li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma saret ebda nefqa mill-Vot Kapitali Numru 13.
Leg 9 PQ #6055 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4349

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4349 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Sa l-aħħar ta' Frar 1999 għadhom ma ntefqux flus mill-Item 4349 - E.U. Programmes.
Leg 9 PQ #6056 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 60

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 60 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Inforamt li sa l-aħħar ta' Frar 1999 intnefqu Lm2116 mill-Item 60 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Dawn l-ispejjeż saru minħabba t-trasferiment tad-Dipartiment mill-Belt għall-Furjana u kienu jinkludu bini ta' partitions ġodda, xiri ta' għamara u alterazzjoni fis-sistema tad-dawl. Mill-Item 60 tas-Segretarjat Parlamentari għadu ma ntnefaq xejn.
Leg 9 PQ #6057 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4178

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus mill-Item 4178 sa l-aħħar ta' Frar u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sa l-aħħar ta' Frar 1999 in-nefqa mill-Item 4178 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport kienet tammonta għal Lm62,186. Din kienet tinkludi għotja lill-Kumitat Olimpiku Malti u diversi għotjiet oħra lil Għaqdiet Sprotivi bħala għajnuna għal organizazzjoni ta' attivitajiet u parteċipazzjoni f'attivitajiet sportivi kif ukoll għal kostruzzjoni jew titjib ta' faċilitajiet eżistenti.
Leg 9 PQ #6058 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Item 4186

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus taħt Item 4186 għax-xhur ta' Jannar u Frar separatament u fiex intnefqu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-somma vvutata taħt l-item 4186 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, li din is-sena tammonta għal Lm6,000, tirrappreżenta l-għajnuna li l-Gvern jagħti kull sena lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u hija amministrata mill-istess Kunsill. Din is-somma ġiet mgħoddija kollha lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Leg 9 PQ #6099 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti tat-Tielet Eta'

Question

Jista' l-Ministru jindika n-numru ta' studenti li jattendu l-Universita' tat-Tielet Eta'? Kemm hemm minn kull distrett elettorali? X'inhuma l-etajiet tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' persuni li qed jattendu l-Universita` tat-Tielet Eta` matul is-sena akkademika 1998-1999 huwa ta' 852. L-etajiet tal-Membri jvarjaw minn 60-85 sena. Għalkemm il-Membri ġejjin mid-distretti kollha elettorali ma għandniex informazzjoni skond id-distretti elettorali.
Leg 9 PQ #6128 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sta. Luċija — Kappella

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huma l-ġranet ta' ftuħ tal-kappella ta' Sta. Luċija li tinstab inti u dieħel il-Gudja mit-triq Tal-Barrani?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet m'huwiex bl-ebda mod responsabbli tal-Kappella ta' Santa Luċija. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi diretta lill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija.
Leg 9 PQ #6129 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tal-Barrani — Oqbra

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'sar mill-oqbra li nstabu taħt it-triq f'Tal-Barrani, limiti ta' Ħal Tarxien liema oqbra kienu ġew distrutti bħala ta' valur storiku? Jaħseb il-Ministru li tali fdalijiet wara li jkun sar l-istudju u l-aċċertamenti neċessarji, għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Interpellant qed jirreferi għal żewġ oqbra Rumani li nstabu taħt it-Triq tal-Barrani. Informat li dan il-monument arkeoloġiku ġie skavat u studjat mid-Dipartiment tal-Mużewijiet fis-sajf tal-1993. L-istess Dipartiment kien ħejja proġett sabiex is-sit ikollu aċċess għal skopijiet tekniċi biss. Iżda dan il-proġett qatt ma sar minħabba li ma kienx aċċettat mid-Dipartiment tat-Toroq. Illum dan is-sit mgħotti mill-ġdid taħt it-triq tal-Barrani.
Leg 9 PQ #6189 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Glormu Cassar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol hemm ipprogrammat mill-istudenti ta' l-Iskola Glormu Cassar għan-naħat tal-Kottonera?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-grupp ta' ħaddiema ta' restawr immexxi mis-Sur Paul Cassar li hu wkoll il-Kap ta' l-iskola Ġlormu Cassar qiegħed bħalissa jirrestawra l-palazz ta' l-Inkwiżitur fil-Kottonera.
Leg 9 PQ #5142 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Luqa - Skola primarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-iskola primarja ta' Ħal-Luqa? Se jsir l-iżvilupp meħtieġ peress li din l-iskola tħalliet is-snin taqa' lura u żgur li hemm bżonn titkabbar u tiġi rranġata sew? Is-sena d-dieħla se jkollha fejn takkomoda lit-tfal li se jibdew il-ħajja skolastika tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni mhux qed tara li ser ikun hemm problemi biex takkomoda lit-tfal li ser jibdew il-ħajja skolastika tagħhom is-sena d-dieħla. Barra minn hekk ser jibdew diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali dwar kif u meta ser jiġi mplimentat l-iżvilupp meħtieġ.
Leg 9 PQ #5192 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Sir Adrian Dingli

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-programm ta' xogħol fuq il-bini tal-Junior Lyceum tal-Bniet Sir Adrian Dingli? Kif sejjer ix-xogħol skond il-pjan? X'se jkun lest din is-sena u kemm hu maħsub li jintnefaq? X'se jkun ippjanat li jsir f'din l-iskola fis-snin 2000 u 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-preżent qiegħed isir xogħol ta' kostruzzjoni ta' l-awditorju filwaqt li xogħlijiet strutturali u ta' "first and second fix" għar-rigward ta' servizzi elettriċi fis-"Central Core" tlestew. Sadanittant fil-preżent hemm ippubblikata offerta għal xogħlijiet ta' finitura għall-istess Awditorju u Central Core. S'issa x-xogħol huwa miexi skond il-pjan. Informat ukoll li fl-aħħar ta' din is-sena hu antiċipat li jkunu lesti l-ewwel u t-tieni sular tas-Central Core minn kollox biex jibdew jintużaw f'Jannar 2000. B'kollox hu maħsub li jkunu ntefqu madwar Lm350,000 fuq dan il-proġett tul din is-sena. Fis-snin 2000 u 2001 hu antiċipat li jitlestew xogħlijiet fuq it-triq fi ħdan din l-iskola kif ukoll il-bini ta' boundary wall madwarha filwaqt li żewġ blokki minn erbgħa jkunu kompletament riabilitati filwaqt li jkun ingħata bidu għar-riabilitazzjoni taż-żewġ blokki l-oħra kif ukoll għal dawk li huma xogħlijiet ta' landscaping.
Leg 9 PQ #5193 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti post-sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti post-sekondarji i) tfajliet u ii) ġuvintur li bħalissa qed jattendu kors f'dawn l-istituzzjonijiet: a) Istitut Tekniku MA Sapiano, b) Istitut Tekniku Għawdex, c) Fellenberg, d) Skola Segretarjali, e) Kulleġġ tal-Biedja, f) Kulleġġ Arti u Disinn, g) Prevocational, h) Hairdressing u i) Healthcare M. Theresa, Msida?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti maqsumin bejn nisa u rġiel li qegħdin isegwi kors fl-istituzzjonijiet imsemmija hu kif ġej: ISTITUZZJONIJIET NISA IRĠIEL TOTAL Istitut Tekniku M.A. Sapiano 12 617 629 Istitut Tekniku Għawdex 0 44 44 Fellenberg 4 144 148 Skola Segretarjali 120 0 129 Skola Segretarjali (Għawdex) 28 9 37 Kulleġġ tal-Biedja 6 26 32 Kulleġġ Arti u Disinn 32 39 71 Prevocational (Għawdex) 18 17 35 Hairdressing 164 12 176 Pre School Education 58 0 58 Healthcare, M. Theresa, Msida* 141 69 210 TOTAL 583 986 1569 *Prevocational (Malta) F'Ottubru li għadda kien hemm total ta' 8033 student (3791 nisa u 4242 raġel) li qegħdin isegwu kors f'istituzzjonijiet ta' l-istudji Ogħla jew Edukazzjoni Vokazzjonali.
Leg 9 PQ #5582 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Festival tal-Kanzunetta Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sewa lill-gvern il-festival tal-kanzunetta Maltija ta' din is-sena? Kemm sewa dak tas-sena l-oħra? Fiex intnefqu l-flus in kwestjoni din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Festival tal-Kanzunetta Maltija li nżamm Għawdex bejn 9 u 10 ta' Ottubru 1998 qam is-somma ta' Lm21,341. Il-Festival ta' din is-sena ser jinżamm f'Settembru 1999.
Leg 9 PQ #5880 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Għalliema tal-PE/Instructors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' PE teachers u instructors mad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? X'inhuma l-attivitajiet sportivi fl-iskejjel li se jiġu organizzati matul din is-sena fil-livell primarju u sekondarju? Kemm kien in-numru ta' tfal li ħadu sehem f'attivitajiet simili matul l-aħħar snin sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-attivitajiet Sportivi li qegħdin ikunu organizzati matul is-sena Skolastika 1998-1999 huma: Għall-istudenti mill-iskejjel Sekondarji Basketball (Girls & Boys) Netball (Girls: Juniors & Seniors) Volleyball (Girls & Boys) Football (Boys: Secondary Schools, Trade Schools, Junior Lyceum) Wrestling (Boys) Cross Country (Boys & Girls: Juniors & Seniors) Handball (Boys) Gymnastics (Girls: Juniors & Seniors) Hockey (Boys: Juniors & Seniors) Judo (Boys & Girls) Fencings (Boys & Girls) Swimming (Boys & Girls) Table Tennis (Girls & Boys) Bowling (Girls & Boys) Athletics (Girls & Boys: Juniors & Seniors) Weightlifting (Boys) Tennis (Girls & Boys) Badminton (Girls & Boys) Għall-istudenti mill-iskejjel primarji Football Festivals (Boys: bil-parteċipazzjoni ta' tfal minn 44 skola) Netball Festivals (Girls: bil-parteċipazzjoni ta' tfal minn 36 skola) Sports Festivals Reġjonali (Għall-istudenti mill-iskejjel kollha ta' Malta u Għawdex, imqassmin f'erba' reġjuni) Għadd ta' Skejjel Primarji jorganizzaw Sports Day fl-iskola tagħhom. F'dawn l-aħħar tliet snin f'attivitajiet mill-P.E. Section fuq skala reġjonali jew nazzjonali pparteċipaw attivament kull sena madwar elfejn u tmin mitt (2,800) student/a mill-iskejjel Primarji u iktar minn tlitt elef u seba' mitt (3,700) tifel u tifla mill-iskejjel primarji. F'dawn in-numri qiegħed jitqies bħalli kieku kull student/a ħadet sehem f'okkażjoni waħda, iżda fir-rejalta' dan mhux il-każ għax għall-istess attivita' jista' jkun hemm diversi "fixtures". Dawn in-numri lanqas jinkludu attivitajiet sportivi li jsiru fi skejjel individwali - attivitajiet li huma apparti mil-lezzjoni ta' l-Edukazzjoni Fiżika.
Leg 9 PQ #5988 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid kemm hemm studenti fl-Universita' li ġejjin minn Raħal Ġdid, Gudja, Tarxien, Marsa u Sta. Luċija, raħal b'raħal? X'inhu s-sess tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti fl-Universita' li ġejjin mill-postijiet mitluba huma dawn: Irġiel Nisa Raħal il-Ġdid 63 68 Gudja 14 23 Tarxien 87 82 Marsa 16 20 Sta Luċia 33 41