Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6067 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina nazzjonali — Uffiċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi sejħa sabiex jinkrew xi uffiċini fil-kumpless tal-pixxina nazzjonali? Jekk iva, meta saret din is-sejħa, kif ġie magħżul/a, jekk hemmx xi ħlas dovut u għal kemm żmien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-kumpless tal-Pixxina Nazzjonali hemm diversi kmamar li ingħataw bħala uffiċini. Dan wara sejħa li dehret fil-ġurnali lokali kollha f'Marzu u April 1998. Ma kienx hemm lok li ssir għażla biex jiġi deċiż kif se jiġu allokati dawn il-kmamar peress li kull min wera interess seta' jinqeda. Dawn il-kmamar qegħdin jintużaw għal skop ta' sports, sports medicine u physiotherapy. Il-ħlas jiddependi kemm mid-daqs ta' l-istess kmamar kif ukoll minn natura ta' servizz provdut u jvarja bejn Lm200 u Lm600 fis-sena.
Leg 9 PQ #6071 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport — Youth Exchanges

Question

Jista' l-Ministru jgħid ma' liema pajjiżi saru jew se jsiru skambji ta' żgħażagħ din is-sena fil-kwadru tal-programm tal-Youth Exchanges tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iskambji ta' żgħażagħ fil-kwadru tal-programm tal-Youth Exchanges tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jinkludi dawn il-pajjiżi: Ġermanja Italja Ingilterra Ċipru Polonja Tuneżija Ungerija Slovakia
Leg 9 PQ #6276 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Assistent Kap ta' skola

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni ta' post ta' assistent kap ta' skola (skejjel primarji) permezz tas-sejħa għall-applikazzjoni nru. DFA 16/98, jista' l-Ministru jgħid: 1) x'kienu l-kriterji oriġinali approvati mill-kummissjoni għas-servizz pubbliku għal dawn l-interviews? 2) x'kienu l-kriterji adottati unilateralment mill-bord ta' l-għażla? 3) kienx hemm raġunijiet oħra barra mill-bdil, fil-kriterji l-għala l-eżerċizzju tas-selezzjoni ġie annulat?

Response (GALEA, LOUIS)

Billi din il-materja taqa' taħt ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #6394 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Qrendi — Kunsill skolastiku

Question

Jaf il-Ministru li l-kunsill skolastiku ta' l-iskola speċjali tal-Qrendi hija kostitwita kontra r-regolamenti? Jaf il-Ministru li xi ġenituri fuq il-kunsill skolastiku lanqas għandhom it-tfal tagħhom bħala studenti f'dik l-iskola? Dan għaliex? X'passi se jieħu l-Ministru sabiex terġa' tissejjah elezzjoni ġdida fl-iskola speċjali tal-Qrendi? X'passi dixxiplinarji se jieħu l-Ministru fuq min abbuża mir-regolamenti ta' l-elezzjonijiet tal-kunsilli skolastiċi?

Response (GALEA, LOUIS)

Jekk nifhem is-sitwazzjoni tajjeb ma naħsibx li hemm lok għad-drammatizazzjoni tagħha. Din hi skola speċjali b'ċirkostanzi speċjali li jridu jiġu affaċċjati b'mod uman u mhux b'legaliżmu. B'danakollu tlabt li jsiru l-investigazzjonijiet meħtieġa biex jiġu stabbiliti l-fatti u naraw x'inhu l-aqwa interess tat-tfal.
Leg 9 PQ #4198 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Raħal Ġdid - Kindergarten

Question

Jista' issa l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2862?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2557 f'Seduta 35.
Leg 9 PQ #5423 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Klassijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jiġi ppjanat li l-all inclusive classes fejn huma bi 30 jiġu mnaqqsa għal 25 student?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hija l-prattika li l-All Inclusive classes ma jkunx fihom aktar minn 26 student.
Leg 9 PQ #5424 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Agius de Soldanis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed jiġi kkonsidrat li tiġi appuntata social worker għall-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis f'Għawdex minħabba każijiet soċjali?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Assistent Pirnċipal Social Worker, mill-Education Welfare Section, hija s-Social Worker li tieħu ħsieb l-iskejjel Primarji, Sekondarji, Junior Lyceums u Trade Schools li hemm f'Għawdex. Minħabba li m'hemmx Social Worker, speċifikament għal Għawdex, u hemm ukoll nuqqas ta' Social Workers fis-sezzjoni, f'dawn iċ-ċirkostanzi, n-nuqqas jinħass f'kull distrett. Madanakollu hemm ippjanat li jidħlu aktar Social Workers u dan għandu jgħin biex tittaffa l-problema.
Leg 9 PQ #5425 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Agius de Soldanis

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan għall-iskola sekondarja tal-bniet Agius de Soldanis f'Għawdex biex jitnaqqas l-iffullar u jinkiseb aktar spazju u sala?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma jidhirx illi fil-preżent hemm xi problemi ta' iffullar fl-iskola Agius de Soldanis. Fil-fatt l-ispazju fl-istess skola żdied b'sitt klassijiet fil-bidu tas-sena skolastika 1997/98, spazju li qabel kien okkupat mill-Iskola Primarja tal-Victoria. L-anqas jinħass il-bżonn ta' sala għall-istess skola, peress illi ftit metri bogħod tinsab sala spazjuża fl-iskola Ninu Cremona illi qiegħda tintuża għall-bżonnijiet ta' l-istess Liċeo Ninu Cremona, l-iskola Post Sekondarja Sir M'Anġ Refalo kif ukoll l-iskola Agius de Soldanis.
Leg 9 PQ #5426 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Facilitators

Question

Jaf il-Ministru li t-talbiet minn Għawdex lill-iStatementing Board għal facilitators qed idumu x-xhur kbar biex jiġu milqugħa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li m'huwiex minnu li t-talbiet minn Għawdex lill-iStatementing Board qed idumu x-xhur kbar biex jiġu milqugħa. Jien infurmat ukoll li kien hemm xi talbiet minn Għawdex li damu biex jiġu mressqa lill-iStatementing Board għaliex inżammu mill-kapijiet ta' l-iskejjel ikkonċernati. Hekk kif sar jaf bihom l-iStatementing Board ittieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex dawk jiġu pproċessati.
Leg 9 PQ #5427 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għawdex - Vakanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu mimlija l-vakanzi ta' assistenti kapijiet ta' l-iskola, kapijiet ta' l-iskola, education welfare officer, music, art u drama teachers u facilitators f'Għawdex?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sejħiet għall-applikazzjonijiet għal dawn il-postijiet indikati f'Għawdex qegħdin jiġu proċessati skond il-proċedura stabbilita.
Leg 9 PQ #5428 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — In-service courses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk humiex qegħdin isiru in-service courses f'gender equality għall-għalliema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena 1998 ħarġu applikazzjonijiet għall-għalliema biex jieħdu sehem f'żewġ in-service courses f'Lulju u f'Settembru 1998. Kien hemm biss applikazzjoni waħda u, allura, l-kors ma kienx vijabbli li jsir.
Leg 9 PQ #5514 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Komputerizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mid-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li juża parti mill-fondi tar-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea għall-proġett ta' komputerizzazzjoni ta' l-iskejjel tal-gvern? Il-gvern preżenti se jimxi fuq dan il-pass?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-gvern preżenti għadu miexi fuq il-proċess biex jintuża parti mill-fondi tar-Raba' Protokoll Finanzjarju ma' l-Unjoni Ewropea għall-proġett ta' komputerizzazzjoni ta' l-iskejjel tal-gvern. Bħalissa l-gvern qabbad konsulenti barranin biex iħejju r-rapport għall-proposti finanzjarji għal dan il-proġett, li jrid jiġi mressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn Ġunju tas-sena 1999.
Leg 9 PQ #5820 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCC — Ftehim proġettat

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 5461 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru tat-Turiżmu u issa ġiet riferuta lilek u ċioe' jista' jgħid x'sar mill-ftehim proġettat ma' l-Accord li jieħdu f'idejhom l-MCC li kien nieda Gvern Laburista biex din tieqaf finanzjarjament fuq saqajha? Kemm hemm ħaddiema bħallissa mal-MCC? X'inhuma l-pjanijiet dwar dawn il-ħaddiema? Kemm kien it-telf/profitt tal-MCC sena b'sena mill-1994 sal-1998 (it-tnejn inklużi)?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kuntatti ma' l-Accor, tramite s-soċjeta' Accor Air Malta għadhom għaddejin u aktar informazzjoni tingħata lil din il-Kamra meta jkun il-waqt. L-M.C.C. illum timpjega 35 ħaddiema filwaqt li hemm 6 ħaddiema sekondati mill-Gvern u wieħed mill-Airmalta. Hija l-intenzjoni tal-Bord tat-tmexxija li dawn il-ħaddiema jiġu mħarrġa skond il-kapaċitajiet individwali tagħhom sabiex flimkien, bħala team, ikunu preparati għall-isfidi li għandha quddiemha l-M.C.C. It-telf għas-snin 1994 - 1998 huwa s-segwenti. 1994 - Lm172,132 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1995 - Lm159,322 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1996 - Lm255,425 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1997 - Lm172,305 (esklużi s-sussidji tal-Gvern) 1998 - Lm116,932 (esklużi s-sussidji tal-Gvern)
Leg 9 PQ #5888 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Motorsport/offroad sports

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-policy tal-motorsport u offroad sport li għandu l-gvern għal din il-leġislatura? Kemm hi n-nefqa vvotata? Jikkonsidra l-Ministru li jsir seminar nazzjonali sabiex il-marshalling ta' dawn l-avvenimenti jiġi ndirizzat b'aktar serjeta' u tingħata l-għajnuna tant meħtieġa lill-għaqdiet konċernati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Segretarju Parlamentari beda x-xogħol għal abbozz ta' Motor Policy għal Gvern. Peress illi hemm ħafna partijiet interessati, dan il-proċess irid jieħu ż-żmien tiegħu, u huwa l-ħsieb tagħna li meta jkun il-waqt isir anke Seminar mhux biss fuq il-marshalling imma anke fuq it-tfassil tal-Motor Policy kollha, li tinkludi l-isport kollu mekkanizzat fil-pajjiż.
Leg 9 PQ #6059 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Preżentazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-preżentazzjonijiet li saru mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ f'laqgħat li rappreżentanti tal-kunsill attendew fit-Turkija u f'Barċellona? Min kienu l-persuni li attendew għal dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ huwa Bord awtonomu u għalhekk ikun tajjeb li l-Onor. Membru jikkomunika direttament mal-kunsill.
Leg 9 PQ #6060 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ — Ħidma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ minn Jannar sa Marzu, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kienu l-attivitajiet marbuta mal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ organizzati mill-kunsill u/jew mis-segretarjat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu indikat il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ * ta l-kontribut tiegħu biex ġew finalizzati l-proposti ta' diversi għaqdiet għat-tfassil tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ; * ħa sehem fil-'Caring Awareness Fair' billi ttella' stand dwar l-attivitajiet tal-Kunsill; * ta sehmu biex ingħata l-premju 'Għarfien Nazzjonali Żgħażagħ fis-Soċjeta`'; * ħa sehem fl-organizzazzjoni ta' l-attivitajiet għal Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ; * ġie organizzat 'public forum' fl-Universita` ta' Malta indirizzat mill-Membru Parlamentari Ewropew Maren Gunther; * kien hemm attendenza waqt il-konferenza stampa dwar il-Youth Specialisation Studies Scheme Credentials Committee fejn se jkollu rappreżentanza fis- selezzjonijiet; * ħa sehem fil-Laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali tan-Nofs in-Nhar li saret Barcellona u fl-Eżekuttiv ta' l- European Youth Forum. L-attivitajiet marbuta mal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ kienu: IL-ĠIMGĦA 19 TA' MARZU - Kunċert mill-Grupp Cork Screw ġo l-Alley Bar, Paceville IS-SIBT 20 TA' MARZU - Żjara ta' kortesija lill-E.T. l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca li tħassret minħabba luttu fil-familja ta' l-Arċisqof - Żjara ta' kortesijia lill-E.T. il-President tar-Repubblika - Diversi wirjiet minn għaqdiet ta' żgħażagħ fi Pjazza Ħelsien - Wirja ta' varjeta` mtella' minn membri tal-Corinthia Animation team fi Pjazza Assedju l-Kbir li fiha ħadu sehem diversi ġurnalisti u Membri Parlamentari - Żjara fil-Malta Free Port u San Blas - Musical 'Joseph and the Technicolor Dreamcoat' fis-Sala Ninu Cremona, Rabat, Għawdex IL-ĦADD 21 TA' MARZU - Bird watching organizzata mill-Bird Life Malta - Laqgħa ta' diskussjoni bit-tema 'Iż-Żgħażagħ fid-Dinja tal-Lum fil-Każin P.N. Tarxien indirizzata fost oħrajn mis-Segretarju Paralmentari Jesmond Mugliett u l-Onor. Carmelo Abela. Fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali taż-Żgħażagħ, bosta membri tal-KNZ ħadu sehem f'diversi programmi televiżivi biex iħabbru l-attivitajiet. Dawn kienu jinkludu 'Magazin' fuq Net TV, 'Basta Mhux Weekend' u 'Fizz' fuq PBS. Il-programm 'Ċaqlaq' kien preżenti waqt l-attivitajiet tas-Sibt fil-għodu.
Leg 9 PQ #6062 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Korsa tat-tiġrijiet taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-korsa l-qadima fejn kienu jsiru t-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Marsa ġietx mikrija lil xi ħadd? Jekk iva, lil min, kemm hu l-ħlas tal-kirja u min ta l-awtorita' sabiex proprjeta' tal-gvern tiġi mikrija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsa l-qadima ġiet mikrija lill-Kumpanija C & L Co Ltd (f'isem il-Gladiators) għall-perjodu ta' bejn 9 u 12-il ġimgħa bir-rata ta' Lm800 fil-ġimgħa. Din l-art tinsab mikrija lill-Kumitat tal-Malta Racing Club li għandu dritt jiddisponi minnha kif jidhirlu l-aħjar.
Leg 9 PQ #6064 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport — Haddiema

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown skond il-kategorija tan-nies li hemm jaħdmu fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-nies li jaħdmu fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport huma klassifikati kif se nsemmi: Education Officer - 1 (b'kuntratt ta' Direttur) Principal Officer - 1 Administrative Assistant - 2 Executive Officer - 5 Clerk - 5 Sports Officer II - 3 Sports Officer I - 2 Senior Postman - 1 Postman - 1 Security Guard - 1 Police Constable - 1 Technical Officer - 1 Assistant Technical Officer - 3 Senior Tradesman - 4 Supervisor - 3 General Hand - 21 Operatives - 8 Senior Operatives - 3 Gardener - 1 Time Keeper - 1 Casuals - 2 Impressed Driver - 1
Leg 9 PQ #6195 Sitting 85 1999-04-28 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel primarji — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figuri tal-popolazzjoni ta' l-iskejjel Primarji ta' Bormla, Birgu, Isla u Kalkara, sena b'sena minn 1985 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #3994 Sitting 84 1999-04-27 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Junior Lyceum - Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-Junior Lyceum St Joseph, f'Raħal Ġdid il-privates iwaqqfu lill-istudenti ġewwa l-ground ta' l-iskola jew jekk dan ma jistax isir jitpoġġew pulizija biex iżommu l-ordni u jiġu evitati inċidenti bla bżonn?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux possibli li l-privates jidħlu fil-grounds ta' l-iskola. Bħalissa qed ikun hemm pulizija wieħed biex jieħu ħsieb it-traffiku. Sadanitant il-kunsilli Skolastiċi ta' l-iskejjel Junior Lyceum St. Joseph u San Ġużepp Boys' School diġa' għamlu l-proposti tagħhom dwar il-problema lill-awtoritajiet kompetenti. Sadanitant it-Traffic Control Board ta l-awtorita' tiegħu biex jitwaħħlu tabelli li jindikaw l-għeluq tat-triq f'ħinijiet speċifiċi.