Mediterranean Conference Centre — Wirja ta' statwi
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-idea tal-wirja ta' l-istatwi li kienet se tiġi organizzata f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi mill-Fondazzjoni Patrimonju Malti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minħabba raġunijiet ta' tibdil ta' dati proposti għal din il-wirja, minħabba li diversi affarijiet intefgħu lura bil-perjodu elettorali tas-sena l-oħra, il-wirja kellha tiġi mħassra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx chiropracters jaħdmu fil-Pixxina Nazzjonali? Min ta l-permess sabiex tinfetaħ din il-klinika u meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-Pixxina Nazzjonali hemm chiropractor li kienet iffirmat kuntratt mal-Board tal-Pixxina fit-30 ta' Marzu 1999. L-ispazju li qed tokkupa ġie allokat lilha kif spjegat fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6067.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6053, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif intnefqu l-flus imsemmija u lil min ingħataw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-flus taħt l-Item 4185 tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport intnefqu kif se nsemmi:
LM
Le Meridien Phoenicia
(Ħlas għall-akkomodazzjoni) 1799.70
Uffiċċju Parrokjali Bormla 100
Members in Christion Rights Organisation 200
Third World Group 300
Seminarju Qalb ta' Ġesu` 250
Malta Canoe Club 300
Mosta Youth Theatre 250
Moviment Era Ġdida 150
AIESEC 150
Tonio Bonello 300
Żgħażagħ Azzjoni Kattolika 300
ECO 150
Żgħażagħ għal Dinja Magħquda 250
SACES 250
Antonio Depasquale 100
Youth Centre B'Bugia 200
San Ġwann Scout Group 250
Dingli Parish Drama Circle 150
AEGEE Valletta 300
Malta Girl Guides Association 400
Klabb Letterarju Junior College 200
Don Bosco Youth Centre 250
Helping Hands Group 200
IAESTE 200
Kiri ta' P.A. System 20
Insignia - Tqegħid ta' foamboard 58
Mizzi Design & Graphics Services Ltd-Adverts 691
A Caruana & Sons Ltd - Xorb 35.37
Ristorante de Vilhena - Reception 124.90
Teatru Manoel - Kiri ta' courtyard 176
Design Elements Ltd - Sundry materials 338.50
Għaqda Kulturali San Lawrenz 50
Muscular Dystrophy Youth Group 500
Ċentru Rikreazzjoni Żgħażagħ 150
St John Ambulance Paola Tarxien Division 150
Young Enterprise 50
Youth 4 Life Community Service 50
Rebel Riders Brotherhood 50
Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ 50
Grupp żgħażagħ għal Palermo 50
Kerygma 50
Voices 50
Xgħajra Scouts 50
Mosta Guides 50
Mosta Scouts 50
Għaqda Żgħażagħ Lourdes 50
Photocity - Photoprints 4.11
Spejjeż konnessi mal-Ħarġiet Kulturali 286.40
Mizzi Design and Graphics - Avviżi 273.60
Ristorante de Vilhena - Reception 352.50
Fjuri għal Serata Mużikali 43
Sapienza & Sons Ltd - 2 kotba 9.90
Estates Management Department -
Deposit għal National Youth Day 10
Osanna Pia 300
Arthur James Leaver 50
Mdina Experience -
Żjara konnessa ma' Youth Exchanges 84
Playcraft - brass marbles boxes -
Għarfien Nazzjonali Żgħażagħ 67
Teatru Manoel - Kiri ta' Isouard Hall 155.25
Tarxien Pageant Group 300
Overtime 78.44
Rimessa konnessa ma' Youth Exchanges 965
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ il-Hypogeum f'Raħal Ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt informat li biex jitlesta x-xogħol kollu meħtieġ hemm bżonn xi xahrejn oħra żmien. Dan ix-xogħol jinħtieġ konsiderazzjoni mill-ġdid tal-materjal u d-disinn li ġie użat għall-finijiet tal-passaġġ tal-viżitaturi f'dan it-tempju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni huwiex jikkonsidra l-introduzzjoni ta' health food policies fl-iskejjel ta' l-Istat, fejn l-istudenti jkunu projbiti li jieħdu magħhom l-iskola ċertu ikel li jagħmlilhom ħsara għal saħħithom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-kurrikulu nazzjonali eżistenti kif ukoll fl-abbozz tal-kurrikulu nazzjonali ġdid li ħareġ xi żmien ilu, hemm referenza valida u siewja fuq il-qasam tas-Saħħa fil-kuntest wiesgħa tiegħu, inkluż, fost oħrajn, fuq l-importanza u d-direzzjoni ta' tagħlim li jrid isir dwar l-għarfien fuq in-nutriment u l-ħtieġa t'għażliet għaqlin fuq l-ikel li kull individwu hu ggwidat iħares.
Speċifikament fit-tagħlim tal-Home Economics, jiġi ffokat fid-dettal studju teoretiku u taħriġ prattiku fuq l-Ikel, id-Dieta u s-Saħħa. Il-firxa tat-tagħlim tiġbor mhux biss tagħrif nutrittiv iżda emfasi fuq it-trawwim t'għażliet ħielsa, ħiliet, valuri u attitudnijiet pożittivi li huma lkoll konformi man-"NATIONAL DIETARY GUIDELINES".
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tipprovdi ukoll servizz ta' Ċentru ġewwa Pinto Wharf, il-Belt, fejn matul is-sena skolastika jattendu studenti kemm mill-iskejjel kollha ta' l-Istat kif ukoll dawk Privati/Reliġjużi għal seminars fuq is-Saħħa u n-Nutriment. Preżentament, beda l-proċess ta' studju, permezz ta' survey, sabiex jiġi evalwat l-impatt li qed iħalli tagħlim u opportunitajiet hekk meħtieġa u siewja fuq l-istudenti tagħha.
Fir-rigward tat-tuck shops, jeżistu linji gwida dwar l-għażla ta' ikel li hu permess li jiġi offrut għall-bejgħ. Hu r-responsabilta' ta' l-Amministrazzjoni ta' kull skola li tara li qed issir tmexxija konformi ma' dawn il-linji gwida.
Mill-introduzzjoni tad-diċentralizzazzjoni fl-iskejjel f'dawn l-aħħar snin, qed jiġu mfassla School development Plan għal kull skola. It-tema tas-Saħħa, inkluż l-Ikel, hu wieħed mit-'targets' mistħarrġa. Infatti, hemm skejjel li diġa' waslu u fasslu 'Health Food Policies'.
Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha wkoll ftehim, fejn f'isem l-iskejjel, qed nagħmlu parti mill-'European Network For Health Promoting Schools' - inizjattiva ko-ordinata tal-World Health Organisation, il-European Commission u l-Council of Europe. Il-proġett beda għall-ewwel fuq bażi pilota fost numru ta' skejjel; iżda issa wasal iż-żmien li ser jinfirex fuq l-iskejjel kollha. Kif jixhed l-isem, dan jinkludi xogħol relevanti u relatat mas-Saħħa.
Universita' — Malta Equivalence Information Office
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Malta Equivalence Information Office ta' l-Universita' ma jridx jirrikonoxxi fil-livell ta' Master's il-kwalifiki li ġabet il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li ggradwa Master in Direzione Alberghiera mis-Centre of Education and Formation of the World Tourism Organisation fl-International School of Tourism Sciences ġo Ruma? Għaliex qed jiġri hekk meta fl-istess ħin l-Universita' tgħid li trid tagħti stima ugwali lill-kwalifiki vokazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' tagħti stima ugwali lill-kwalifiki professjonali/vokazzjonali meta tali kwalifiki jirrikjedu studju fl-istess livell u fuq l-istess medda ta' żmien meħtieġ biex ikun mogħti grad mill-Universita' ta' Malta. Mhux l-ewwel darba li l-Universita' rrikonoxxiet kwalifiki bħal dawn.
Fil-każ li qed iressaq l-Onor. Kollega, l-Universita` qed issostni li għalkemm il-persuna segwiet kors imsejjaħ 'XVII master in direzione alberghiera' fl-'Scuola internazionale di scienze turistiche' il-kors kien biss ta' sitt xhur u li kien jinkludi studju intersiv fil-lingwa taljana. L-Universita` issostni wkoll li ma kienet prodotta ebda evidenza li l-istudju kien f'livell ta' Masters.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li ġew imqabda jagħmlu l-proċess ta' screening fil-qasam edukattiv għall-applikazzjoni tal-gvern għal sħubija fl-Unjoni Ewropea? Kemm ingħataw żmien dawn il-persuni biex ilestu x-xogħol? Fi x'ħin qed isir? Meta qed isir dan ix-xogħol ta' screening u x'sar mix-xogħol l-ieħor edukattiv li s-soltu jagħmlu dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-proċess ta' 'screening' li qed jirreferi għalih l-Onor. Kollega, ji,a involuti l-maġġoranza ta' l-Uffiċjali Edukattivi minħabba li huma kienu l-aħjar nies biex janalizzaw id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja dwar edukazzjoni. Dawn ingħataw sa' l-aħħar ta' Mejju. Għandi nassumi li dan ix-xogħol isir waqt il-ħin ta' l-uffiċċju. M'għandi ebda rapport li x-xogħol normali ta' l-Uffiċjali Edukattivi ma baqax għaddej bħas-soltu.
B'riferenza għaż-żjara li s-Segretarju Parlamentari kellu dan l-aħħar fiċ-Ċina, jista' l-Ministru jgħid x'diskussjonijiet saru u x'riżultati ġew miksuba?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina s-Segretarju Parlamentari kellu diversi laqgħat.
F'Beijing, huwa ltaqa' mal-Viċi President ta' l-All China Youth Federation (ACYF) Ms. Huang Danhua, mal-Viċi Ministru ta' l-Edukazzjoni Ahang Tian Bao, mal-Viċi Chairman taċ-Chinese People's Political Consultative Conference (CPPCC) Chen Jum Sheng, mal-Viċi Ministru ta' l-State General Administration of Sports Wu Cao Ju u mal-Manager Director taċ-China National Blue Star Chemical Cleaning Cooperation Ren Jian Xin.
Ġie ffirmat ftehim ta' Exchange mal-ACYF filwaqt li fil-laqgħat l-oħra ġew mistħarrġa l-possibilitajiet ta' koperazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ, sport, edukazzjoni u vocational training. Fil-laqgħa mad-direttur taċ-China National Blue Star Chemical Cleaning Cooperation, is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar possibiltajiet u faċilitajiet li Mlata toffri fil-qasam finanzjarju u tat-trasbord kif ukoll dwar possibiltajiet ta' aktar kummerċ maċ-Ċina u korporazzjonijiet bħal dik tal-Blue Star Cooperation.
Fi Xi'An, is-Segretarju Parlamentari żar l-istitut tal-Youth Leaders fejn iltaqa' ma' għadd ta' żgħażagħ u l-għalliema tagħhom. Huwa għamel diskors waqt assemblea li saret apposta għal din iż-żjara. Żar ukoll iċ-Ċentru tar-restawr fi Xi'An fejn ġew murija xogħlijiet u teknika użati minn esperti Ċiniżi u Taljani fil-qasam tar-restawr.
F'Shanghai is-Segretarju Parlamentari ltaqa' mas-Segretarju Ġenerali tax-Shanghai Youth Fedeeration kif ukoll mal-kap ta' l-International Affairs ta' l-istess Federazzjoni. L-aħħar laqgħa tas-Segretarju Parlamentari tkellem dwar Pudong New District. Fiż-żewġ laqgħat is-Segretarju Parlamentari tkellem dwar x'toffri Malta għaż-żgħażagħ Ċiniżi bħalma huma korsijiet tal-lingwa, turiżmu u hotel management courses. Tkellem ukoll dwar il-possibbilita` ta' skambji fil-qasam taż-Żgħażagħ, Sport, Xjenza u Teknoloġija.
Huwa mistenni li b'riżultat ta' din iż-żjara r-relazzjonijiet bejn Malta u ċ-Ċina jkomplu jissaħħu u jiżdiedu l-possibiltajiet ta' skambji għaż-żgħażagħ Maltin.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6004?
Response (GALEA, LOUIS)
Ir-Rapport Galdes dwar is-suġġett tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u fih ħafna mit-tagħrif mitlub. Issa l-Gvern qed jikkonsidra l-proposti kollha biex jasal għal deċiżjoni definittiva.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6057, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' liema għaqdiet sprotivi ġew mogħtija għajnuna u kemm ingħataw?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għaqdiet sportivi li ġew mogħtija għajnuna huma dawn:
LM
Moviment Kerygma 2000
Għażliet Sportivi Nazzjonali 2000
Inter Amateur Soccer Competition 500
National Campaign 2000
(Solidarity through Sport 1999)
Pembroke Atleta Juvenis Sports Club 350
Tour ta' Malta 1500
St Julians Pigeon Club 60
Malta Handball Association 1000
Malta Basketball Association 3000
Stelmar Football Club 200
Fr Charles Cini 800
Tennis Club Kordin 2000
Savio Salesian House 500
Malta Students Sports 1000
Amateur Swimming Association 4000
Paola Clay Pigeon Shooting Team 500
Paddy Stubbs Leisure Centre 750
Mr John Attar (Marathon) 250
Malta Tennis Federation 2500
Archery Association of Malta 800
The Runners Centre 400
Malta Mountain Bike Association 1250
Kunsill Lokali Xagħra 300
Malta Shokotan Karate-Do 300
Malta Tenpin Bowling Assoc. 1000
Vittoriosa Lawn Tennis Club 600
Squash Rackets Assoc. 200
Tarxien Rainbows F.C. 2000
National Fencing Association 1750
University of Malta (Sports Comm) 2000
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6056, jista' l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa jew inġabrux quotations għax-xogħol imsemmi? Jekk iva, kemm daħlu quotations u lil min ingħata x-xogħol jew mingħand min inxtraw l-affarijiet imsemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol fuq il-'partitions' u l-istallazzjoni ta' l-elettriku sar min-nies tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport u d-Dipartiment tal-Kultura. Il-materjal meħtieġ biex isir dan ix-xogħol inxtara mingħand L. Filletti (Lm100.11) u E. Calleja & Sons (Lm156.47)
Xogħlijiet ta' telephones saru mill-ħaddiema tal-Maltacom. Il-materjal meħtieġ inxtara mingħand Mandarin Ironmongery (Lm5.24) u L. Filletti (Lm25).
Id-Dipartiment ħareġ dawn il-quotations:
Tapiti: Forestals, J.B. Stores, Beta Centre Ltd u C & H Bartoli. Ix-xogħol ingħata lil Beta Centre Ltd għall-prezz ta' Lm399.11.
Skrivaniji: Bezzina Bros, Invicta Ltd u Oxford House. L-affarijiet inxtraw mingħand Oxford House. In-nefqa kienet Lm539.99.
Għamara Oħra: Bezzina Bros, Invicta Ltd u Oxford House. L-affarijiet inxtraw mingħand Invicta Ltd. Dawn ammontaw għal Lm490.
Spejjeż oħra kienu jinkludu xiri ta' żebgħa, ġarr ta' materjal (bil-period contract) u shifting ta' 'air conditioners'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru assistenti kapijiet fi skejjel sekondarji mit-22 ta' Novembru, 1998 (minn meta skadiet il-lista ta' ordni tal-mertu ta' interviews li kienu saru fl-1996) sal-lum? Minn dawn l-assistenti kapijiet kemm minnhom kellhom l-approval wara t-22 ta' Novembru, 1998? Meta hu mistenni li l-promotions jingħataw lil dawk li għaddew mill-eżami skond kif ippubblikat fl-1 ta' Frar, 1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mit-22 ta' Novembru 1999 'l hawn ġew appuntati seba' Assistenti Kapi fi Skejjel Sekondarji. Dawn ġew approvati fl-4 ta' Jannar 1999 iżda kienu ġew irrakkomandati qabel l-20 ta' Novembru 1998, jiġifieri qabel ma skada r-riżultat tas-sejħa għall-applikazzjonijiet li kienet ġiet ippublikata fit-12 ta' Ġunju 1995.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija wieħed irid ifakkar li kienet saret sejħa oħra għall-applikazzjonijiet ta' Assistent Kapi fl-Iskejjel Sekondarji jiġifieri fil-21 ta' Mejju 1998 u li rriżultat tagħha ġie ppublikat fid-29 ta' Jannar 1999. Min dan ir-riżultat ġew irrakomandati l-ewwel seba' skond l-ordni tal-mertu. Id-Diviżjoni qed tistenna t-tweġiba tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku qabel ma tagħmel il-ħatriet.
Jista' l-Ministru jgħid xi programmi edukattivi qed isiru fl-iskejjel ta' l-istat, tal-knisja u privati minn aġenziji tal-gvern jew mhux tal-gvern bħal, per eżempju, Sedqa jew Caritas? Għal min huma mmirati u dwar liema qasam?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dawn l-aġenziji qed jagħmlu programmi edukattivi fl-iskejjel tal-Gvern, tal-Knisja u Privati.
SEDQA: Għandhom programmi dwar il-prevenzjoni mid-droga mill-Kindergarten, fl-iskejjel Primarji u Sekondarji. Din l-aġenzija tagħmel ukoll korsijiet għal għalliema tal-P.S.E.
CARITAS: Għandhom ukoll programmi fl-iskejjel Primarji u Sekondarji dwar l-istess suġġett.
OASI: Tagħmel programmi dwar Prevenzjoni mid-Droga ġewwa Għawdex kif ukoll korsijiet għal għalliema Għawdxin tal-P.S.E.
MARIA BUĠEJA FOUNDATION: Taw kotba u materjal ieħor lil għalliema tal-P.S.E. biex jintużaw fl-iskejjel Sekondarji. Għamlu kors ta' laqgħat għal għalliema tal-P.S.E.
PULIZIJA: Sar kors għal għalliema tal-P.S.E. u ngħataw noti kif l-għalliema tal-P.S.E. jistgħu jagħmlu lezzjonijiet dwar Vandaliżmu, Sigurta` Personali u t-Traffiku fl-iskejjel Sekondarji.
Saru wkoll korsijiet għal għalliema tal-P.S.E. mill-S.W.D.P. dwar il-vjolenza fid-dar, mid-Dipartiment Għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar l-Edukazzjoni tal-Konsumatur u mill-K.D.Z. dwar l-Edukazzjoni taż-Żgħażagħ Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid minn min hija ffurmata d-delegazzjoni immexxija mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni li qed iżżur iċ-Ċina u l-Korea ta' Isfel? X'inhi l-kariga ta' kull persuna? Kien hemm xi ħlasijiet li saru mill-gvern u/jew minn xi għaqdiet li għandhom membri fid-delegazzjoni? Kemm f'kull każ?
Response (GALEA, LOUIS)
Id-delegazzjoni mmexxija mis-Segretarju Parlamentari li żaret iċ-Ċina kienet iffurmata mis-Sur John Demanuele, Direttur taż-Żgħażagħ u Sport, is-Sur Anthony Ghio, Sports Officer II fid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport, Fr Hilary Tagliaferro, Chairman tal-Kunsill Malti għall-Isport, u Dr Anthony Azzopardi, Direttur tal-Programme of Youth Studies ta' l-Universita` ta' Malta. Is-Sinjura Mugliett akkumpanjat id-delegazzjoni a spejjeż tagħha. Waqt il-Konferenza li attenda għaliha fil-Korea, s-Segretarju Parlamentari kien akkumpanjat mis-Sur Sean Mifsud, Commercial Counsellor fil-Malta Commercial Bureau f'Tokyo.
L-ispejjeż tal-vjaġġ tal-membri tad-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport tħallsu mill-vot tad-Dipartiment filwaqt li l-Kunsill Malti għall-Isport kien responsabbli għall-ispejjeż tal-vjaġġ taċ-Chairman ta' l-istess Kunsill. Fil-każ tad-Direttur tal-Programme of Youth Studies l-ispejjeż ser jinqasmu bejn l-Universita` u d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 822 dwar impjegati fil-Ministeru tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li biex jinġabar it-tagħrif jinħtieġ ċertu ammont ta' xogħol, għadni m'hinix f'pożizzjoni li nagħti t-tagħrif meħtieġ dwar xi impjegat jew impjegati partikolari.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern preżenti hux beħsiebu li jkompli bil-politika tal-Gvern Laburista, dik li jagħti lill-għaqdiet sportivi u volontarji l-faċilitajiet rispettivi li jkunu qed jagħmlu użu minnhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Gvern, permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport, għaddej b'ħidma biex fejn hu possibbli faċilitajiet sportivi jiġu trasferiti lill-Għaqdiet Sportivi u klabbs li qed jagħmlu użu minnhom wara li tkun saret xi talba f'dak is-sens. Il-Kunsill Malti għall-Isport ikollu diversi laqgħat ma' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar u mad-Dipartiment ta' l-Artijiet dwar dawn it-talbiet. Meta ma jkunx hemm oġġezzjonijiet dawn it-trasferimenti għandhom jiġu ppreżentati f'Riżoluzzjoni quddiem il-Parlament.
Is-Segretarjat Parlamentari għaddej ukoll b'ħidma u laqgħat ma' diversi għaqdiet volontarji li jixtiequ jieħdu t-titolu legali tal-faċilitajiet li qed jagħmlu użu minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex matul ix-xhur tas-sajf Skolasport mhux se torganizza taħriġ ta' l-għawm fil-Pixxina Nazzjonali f'Tal-Qroqq? Kemm se jiġi jiswa lid-Dipartiment ta' l-Isport l-użu tal-faċilitajiet tal-klabbs tal-waterpolo tas-Sirens, Sliema u Wied il-Għajn? Ma jaħsibx il-Ministru li meta l-gvern diġa' għandu Pixxina tiegħu fejn dan l-isport jista' jiġi pprattikat tkun ħaġa naturali li tiġi wżata mill-gvern stess?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-deċiżjoni li jiġi organizzat it-taħriġ ta' Skolasport fis-sajf fil-pitches tas-Sirens, Sliema u Wied il-Għajn ittieħdet wara diskussjonijiet ma' l-assoċjazzjoni nazzjonali, l-Aquatic Sports Association. B'hekk jistgħu jintlaħqu u jiġu akkomodati l-akbar numru ta' tfal minn kull naħa ta' Malta.
Dawn il-faċilitajiet se jiġu provduti bla ebda ħlas. Sar ukoll ftehim mal-Clubs li jipprovdu l-coaches tagħhom u li dawn jitħallsu bir-rata normali ta' Lm5.10 kull sessjoni ta' sagħtejn u nofs.
Tajjeb wieħed isemmi li fix-xhur tas-sajf ikun hemm attivita` kontinwa fil-Pixxina Nazzjonali u ma jkunx possibbli li jsir dan it-taħriġ. Barra minn hekk tiġi wżata l-Pixxina Nazzjonali, Skolasport xorta trid tħallas lill-Management tal-Pixxina bħal ma jsir matul ix-xhur tax-xitwa.