Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba sabiex it-tifel, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ikun jista' jkollu facilitator, għaliex mill-case summary taċ-Child Development Assessment Unit jidher li dan it-tifel għandu bżonn ta' ħafna għajnuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ma tirriżultalux it-talba dwar dan it-tifel.
Tajjeb li l-ġenituri jivverifikaw x'qed jiġri fil-każ tat-tifel konċernat u jinformawni bl-iżviluppi jekk iħossu l-ħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasnfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fil-pixxina nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma ingħataw ebda transfers lill-ħaddiema tal-Pixxina Nazzjonali matul il-perjodu indikat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema fid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn Jannar u April kien hemm 12-il persuna li ġew trasferiti għad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u 17-il persuna oħra li ġew trasferiti mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal Dipartimenti oħra. Kważi t-trasferimenti kollha saru wara talba ta' l-istess individwi.
Fid-Dipartiment Servizzi għall-Istudenti u Relazzjonijiet Internazzjonali ma ngħatawx transfers fiż-żmien indikat. Pero` fil-Youth Service Organisation, Clerk u Executive Officer talbu għal transfer u dan ġie mogħti.
Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 saru 26 trasferiment fit-taqsima tal-Minor Staff. Uħud minn dawn it-trasferimenti saru wara talbiet mill-istess ħaddiema waqt li oħrajn ġew imwettqa skond il-ħtiġijiet tad-Diviżjoni sabiex f'kull każ jinqdew aħjar l-iskejjel.
Ingħataw tliet transfers mis-settur post-sekondarju bejn 1 ta' Jannar u 26 ta' April 1999. Ir-raġuni prinċipali li għaliha ingħataw dawn it-transfers hija illi t-transfer intalab mill-ħaddiema infushom. M'hemm ebda ħsieb illi jsiru aktar transfers fil-futur qrib fuq il-post tax-xogħol imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers, mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-għalliema fl-iskejjel statali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999, fl-iskejjel Primarji, Sekondarji, Junior Lyceums u skejjel tas-Snajja' ingħataw transfers kif se nsemmi:
2 Kapijiet ta' Skejjel
7 Assistenti Kapijiet ta' Skejjel
14 Għalliema Regolari
1 Għalliema Temporanja
4 Part-Time Instructors
2 Supply Teachers
Dawn it-trasferimenti seħħew sabiex jintlew vakanzi eżistenti bħala riżultat ta' riżenji ta' membri ta' l-istaff, promozzjonijiet, ħruġ ta' għalliema fuq Maternity Leave, Sick Leave jew eżiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999 lill-ħaddiema tal-bibljoteka nazzjonali? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-1 ta' Jannar 1999 u s-26 ta' April 1999, żewġ ħaddiema tal-Biblioteka Nazzjonali għal raġunijiet diversi ingħataw trasferiment.
Jista' l-Ministru jgħid x'taħriġ ingħataw dawk li qed jagħmlu l-iscreening process ta' l-Unjoni Ewropea fl-edukazzjoni biex ikunu nformati sew bid-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministru Ewropej, bid-direttivi tal-kunsill, bir-riżoluzzjonijiet, rakmandazzjonijiet tal-Ministru biex ikunu tassew jistgħu jagħmlu dan l-iscreening bis-serjeta'?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saret laqgħa informattiva għall-Uffiċjali Edukattivi li huma involuti fil-proċess ta' Screening u ngħataw istruzzjonijiet ċari dwar kif għandhom jirrispondu għad-deċiżjonijiet, direttivi, riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropeja dwar l-edukazzjoni.
Jista l-Ministru jara li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa minħabba l-kondizzjoni tad-dyslexia li jidher li għandu u li qed toħloqlu diffikultajiet biex jitgħallem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li mhux possibli li tingħata għajnuna lit-tfal dyslexic kollha. Bħalissa qed tingħata għajnuna skon il-gravita` tal-problema.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex tfal ta' l-iskola (6/7 snin) ta' l-iskola primarja, San Bastjan, Ħal Qormi jkunu qed jistennew barra l-iskola sakemm jiġu l-vannijiet biex jeħduhom id-dar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-Trasport fl-iskola ta' San Bastjan 'A' Ħal-Qormi m'hux provdut mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, iżda huwa organizzat mill-ġenituri.
Il-Kap ta' l-iskola issuġġeriet lill-ġenituri joħolqu roster biex jindukraw lit-tfal fuq il-vannijiet, iżda ma kienx hemm voluntiera.
Wieħed mill-vannijiet jagħmel aktar minn trip wieħed. Ix-xufier ta' dan il-vann ikollu 'l mara tiegħu miegħu li tissorvelja lit-tfal sakemm jistennew it-tieni vjaġġ.
Meta tkun ix-xita din il-mara flimkien ma' tfal jistennew it-trasport fl-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid minn huma n-nies seconded mal-Ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin?
Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ebda persuna m'hi seconded mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex b'xi mod jew ieħor jiġi rimedjat l-iżball li se jbatu minnu l-istudenti tal-Junior College li se jagħmlu l-Matsec fil-mużika f'livell avvanzat, peress li proprju ftit jiem qabel l-eżami saru jafu li s-sillabu li ġew ippreparati għalih mhux l-istess wieħed li se jiġu eżaminati fuqu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkollha bżonn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tirrikluta gradwati B.Educ għas-sena skolastika li jmiss: (1) fil-qasam sekondarju (i) f'Malta; (ii) f'Għawdex; (2) fil-qasam primarju (i) f'Malta; (ii) f'Għawdex?
Response (GALEA, LOUIS)
L-eżerċizzju meħtieġ għad irid jiġi kompilat u għaldaqstant għadni m'hinix f'pożizzjoni nagħti t-tweġiba mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex twaqqaf ix-xogħol fl-iskola tal-kindergarten fi Triq Brittanja, Raħal Ġdid? Veru li fi żmien gvern Laburista dan ix-xogħol kien se jibda? Veru li kien hemm il-pjanti? Min kien il-perit? Meta huwa ppjanat li jsir ix-xogħol? Il-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid se jingħata sala għall-ġid tat-tfal u ż-żgħażagħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol fiċ-Ċentru tal-Kindergarten fi Triq Brittanja, Raħal Ġdid għadu ma nbediex għaliex id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għandha prijoritajiet oħra fil-Programm ta' Xogħlijiet Kapitali fl-Iskejjel. Informat ukoll li kienu saru l-pjanti u t-tħejjijiet meħtieġa biex jibda l-proġett bħalma jsiru tħejjijiet fuq diversi proġetti oħrajn fl-iskejjel. Il-Perit inkarigat għall-proġett tal-kindergarten f'Raħal Ġdid hu l-Perit Lawrence Mintoff.
Il-proġett jinkorpora wkoll sala li tista' tintuża mill-Kunsill Lokali ta' Raħal il-Ġdid b'risq il-komunita' lokali. Wieħed japprezza li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fiċ-ċirkostanzi trid tqis sew il-proritajiet tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħatat flus kull skola primarja u sekondarja tal-gvern s'issa matul din is-sena skolastika biex tmexxi lilha nnifisha? Kif ġiet ikkalkolata s-somma mogħtija lil kull skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kull skola Primarja u Sekondarja tirċievi żewġ Imprests:-
(a) Imprest for Materials and Supplies
(b) Imprest for School Maintenance
Il-fondi għal kull skola jiġu maħduma skond in-numru ta' studetni li jkun hemm. L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-figuri ndikati huma dawk dovuti għal kull skola għal sena sħiħa. L-iskejjel diġa' rċevew nofs is-somma ndikata. F'Mejju jirċievu n-nofs l-ieħor ta' l-Imprest Materials for Materials and Supplies u f'Lulju jirċievu l-kumplament ta' l-Imprest for School Maintenance.
Minn Settembru, 1998 sa April, 1999, jista' l-Ministru jgħid: 1) kemm-il rapport ġie kkummissjonat mill-Ministru? 2) F'liema oqsma? 3) Min tqabbad iħejji dawn ir-rapporti f'kull każ? 4) Kemm tħallsu dawk li ħejjew ir-rapporti? 5) Kemm hemm rapporti li ġew mitmuma? 6) X'passi ttieħdu dwar kull rapport li ġie mitmum u mressaq lill-Ministru?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 5494, jista' l-Ministru jispjega għalfejn l-imsemmija vakanzi ma mtlewx mill-persuni li isimhom qed jintbagħtu separatament? Kull vakanza li nħolqot wara l-20 ta' Novembru 1998, kellha timtela mil-lista ta' l-ordni ta' mertu l-ġdida?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fit-8 t'April 1999, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni ressqet sebat ismijiet lill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku biex dawn jinħatru bħala Assistenti Kapijiet fl-Iskejjel Sekondarji.
Iż-żewġ persuni msemmija huma l-ewwel tnejn f'din il-lista li hu skond l-ordni tal-mertu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx għalliema nieqsa fl-iskejjel statali? Jekk iva, f'liema skejjel qegħdin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat illi fil-Junior Lyceums, Skejjel Sekondarji, Skejjel Primarji u Skejjel tas-Snajja' bħalissa hemm dawn l-għalliema nieqsa:
Mrieħel Girls' Junior Lyceum - Għalliema - Computer
S'hurst Girls' Junior Lyceum - Għalliema - Computer
Naxxar Boys' School - Għalliema - Art'Craft
Mtarfa Boys' Secondary - 6 Lezzjonijiet tal-Computer
Umberto Calosso - 12-il lezzjoni tal-Physics
Qegħdin jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex dawn il-vakanzi jimtlew mill-aktar fis possibbli.
Fl-iskejjel ta' l-Edukazzjoni Speċjali hemm dawn l-għalliema neqsin:
Floriana - Special Education Centre - 4
Ħamrun - 'Guardian Angel' School - NIL
Msida - 'Mater Dei' School - 1
Msida - 'Sta Marija' Day School - 1
Qrendi - Special School - 3
Sannat Gozo - Special Unit - 1
St Andrew's - 'San Miguel Corderro' School - NIL
Wardija - 'Dun Manuel Attard' School - NIL
Total - 10
Fis-Settur Post-Sekondarju, hemm nieqes għalliem wieħed fl-iskola Salvatore Demech ta' Tarġa Gap. Is-suġġett mhux kopert hu "Computer Graphics".
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett bi sħab mal-Bank of Valletta biex it-tempji ta' Ħal Tarxien jiġu ppreżentati aħjar lill-viżitaturi?
Response (GALEA, LOUIS)
Qed insegwi l-iżvilupp ta' dan il-proġett b'ħafna interess fil-kwadru ta' riforma komprensiva tal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-wirt kulturali tal-poplu tagħna. Kif diġa` ħabbart ftit ġranet oħra ser inlaqqa` l-esperti Maltin flimkien ma' esperti barranin biex flimkien infasslu strateġija għall-konservazzjoni tat-tempji megalitiċi. Il-BOV Heritage Trust qed tieħu sehem sħiħ f'dawn l-iżviluppi.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti li jinfetaħ mużew tal-kostumi f'pajjiżna? X'appoġġ ta l-Ministeru lil dan il-proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Sfortunatament għadu ma ntgħażilx il-post fejn ser jinfetaħ il-Mużew Nazzjonali tal-Kostumi.