B'riferenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 6901, jista' l-Ministru jgħid x'se jsir mill-ħaddiema tal-P.M.O. fuq l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq, ladarba l-ftehim li hemm bejn l-M.U.S. u l-F.M.S. se jiġi tterminat?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li l-informazzjoni mitluba tinġabar biex tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn il-Gvern u s-supply facilitators li sar fil-bidu ta' din is-sena skolastika? F'liema skejjel jinstabu dawn il-facilitators? X'jiġri f'każi fejn l-istudenti għal xi raġuni ma jattendux l-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-supply kindergarten assistants li ġew ingaġġati fil-bidu ta' din is-sena skolastika jistabu kif jieher fil-lista li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Meta l-istudenti ma jattendux l-iskola, is-supply kindergarten assistant jattendu l-iskola u jagħmlu dak ix-xogħol relatat mal-grad tagħhom kif ikun meħtieġ u indikat lilhom mill-Kap ta' l-iskola.
Kopja ta' l-ittra ta' l-ingaġġ ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6979 tas-17/5/99 (Seduta 99), jista' l-Ministru jispeċifika f'liema taqsima ta' restawr kien qed jaqdi d-doveri dan l-Assistent Kap ta' skola, li ismu qed jintbagħat separatament? Minn meta ntbagħat f'din it-taqsima? Min u meta ntbagħat minfloku jaqdi d-doveri ta' Assistent Kap ta' skola biex jimla' l-post li tħalla vakanti meta din il-persuna marret fit-TAqsima tar-Restawr?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din il-persuna ħadmet fuq preparazzjoni għat-twaqqif ta' Ċentru ta' Restawr, fuq programmi didattiċi għall-iskola tar-Restawr u ħadmet ukoll fuq kuntratti internazzjonali f'dan il-qasam speċjalment mal-UNESCO.
Kien intbgħat mit-18 ta' Settembru. Minn floku, fl-istess data, ntbgħat is-Sur Carmel D'Amato biex jgħin fl-amministrazzjoni ta' l-iskola.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex m'hemmx servizz provdut għat-tfal ta' l-iskejjel primarja f'Ħal Qormi, minkejja li ċertu nħawi huma 'l bogħod mill-iskejjel imsemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li f'Ħal Qormi hemm żewġ skejjel primarji u ma jidhirx li hemm tfal li joqgħodu iżjed il-bogħod minn 1.6 kolometru miż-żewġ skejjel.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li l-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, minn Birkirkara tkun assessjata mill-Istatementing Board biex ikun magħruf x'għajnuna u xi programm edukattiv għandha bżonn biex tkompli bl-edukazzjoni tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Istatementing Board jiltaqa' regolari kull ġimgħa sabiex jiddiskuti każijiet ġodda li jkun irċieva. L-Istatementing Board ser jiddiskuti l-każ tal-persuna li isimha qed jintbgħat separatament minn Birkirkara fil-ġimgħat li ġejjin flimkien ma' ħafna każijiet oħra li l-Board għandu quddiemu. Fl-ewwel sena tal-ħidma tiegħu l-Istatementing Board irċieva 'l fuq minn tlett mija u tletin każ sew minn skejjel Statali kif ukoll minn skejjel tal-Knisja.
Jistgħu jittieħdu passi biex l-istudenti Għawdxin li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-MATSEC fil-Bijoloġija, Fiżika u Kimika ma joqogħdux jinġiebu Malta għas-sessjonijiet tal-laboratorji iżda jagħmlu dawn is-sessjonijiet fil-laboratorju f'Għawdex stess?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Bord tal-Matsec iddeċieda li jkun fl-aħjar interess ta' l-istudenti kollha kemm dawk Għawdxin kif ukoll dawk Maltin li kull student jagħmel l-eżamijiet prattiċi fil-laboratorji ta' l-Universita` biex kulħadd ikun qed jagħmel l-eżami taħt l-istess kundizzjonijiet. Fil-passat inqalgħu problemi oħra ta' natura teknika kif ukoll problemi marbutin mal-kunfidenzjalita` ta' l-esperimenti li l-istudenti jkunu se jiġu mitluba jagħmlu. Sa dan it-tant l-istudenti Għawdxin għażlu s-sessjoni ta' l-eżami li jridu joqogħdu għaliha, waqt li l-Ministeru f'Għawdex flimkien mal-Liċeo Superjuri t'Għawdex ser jipprovdu t-trasport, miċ-Ċirkewwa għall-Universita` u lura, għal dawn l-istudenti fil-jiem ta' l-eżamijiet.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4843, jista' l-Ministru jgħid min huwa l-avukat tal-gvern u meta nstemgħet il-kawża u meta se terġa' tinstema?
Response (GALEA, LOUIS)
Propjament f'kawża bħal din il-Gvern ma jkollux l-avukat tiegħu. Iżda biex l-interessi tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni jiġu salvagwardati aħjar, l-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali qed jestendi l-assistenza tiegħu lill-Uffiċċjal Prosekutur. Il-kawża tinsab differita għat-30 ta' Ġunju 1999.
Jista' l-Ministru jgħid hux ippjanat li jiġu organizzati summer day centres għal tfal u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali bil-għan li jkollhom kontinwita' u mhux għal ġimgħat sħaħ tas-sajf jinqatgħu mill-grupp li jkunu draw jagħmluha miegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għal dan is-sajf li ġej se jkun diffiċli li jiġu organizzati 'Summer Camps' residenzjali għal tfal b'diżabilita`. Dan għaliex il-post fejn kienu jsiru dawn l-attivitajiet m'għadux aċċessibli. Minflok saru żewġ 'Live in Weekends' għat-tfal b'diżabilita` u l-ġenituri tagħhom f'Novembru '98 u f'Marzu '99. Din l-inizjattiva saret bejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri ta' Tfal b'Diżabilita`. Fis-Sajf se jiġi organizzat 'Day Camp' fir-Razzett tal-Ħbiberija. Dan ser isir mill-istess Għaqda bl-għajnuna tad-Diviżjoni. Madankollu, ħa nara jekk hux possibbli li jsir sforz ħalli s-Summer Camps isiru f'post alternattiv.
Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura jew sistema tintuża ta' kif tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu streamed jew grouped fi klassijiet fl-iskejjel tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bħala regola, bħat-tfal kollha fil-mainstream, Year 1-4, it-tfal bi bżonnijiet speċjali jiġu mqassma fil-klassijiet skond l-eta' u fil-Year 5-6 jiġu streamed skond ir-riżultat ta' l-eżamijiet ta' l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda maċ-Ċentru tal-Mediterran tal-Konferenzi mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjiegi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-PBS mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li bejn l-ewwel ta' Jannar, 1999 u s-26 ta' April, 1999, fil-PBS ġiet impjegata persuna waħda - bħala messaġġier fis-26 ta' April, 1999.
L-ingaġġ sar permezz tar-Reġistru ta' l-E.T.C. Part 1 (RDP), għal Persuni b'diżabilita'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mal-Pixxina Nazzjonali mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għal imsemmi mpjieg?
Jista' l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena skolastika sarux xi talbiet minn skejjel privati biex isir xi aġġustament fil-miżati tagħhom? Jekk iva (a) minn liema skejjel? (b) żieda ta' kemm? (c) meta saret? (d) ġiet aċettata? (e) X'ġustifikazzjoni ngħatat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul din is-sena skolastika sa issa saru tlett talbiet minn skejjel privati biex isir aġġustament fil-miżati tagħhom.
1. Little Angels School
Żieda kull Term Meta saret it-talba
Kindergarten Lm27 20.01.99
Primary Lm26
2. Bambi Play School &
Anthony Lawrence Bartolo
Kindergarten Lm 3 09.03.99
Primary
Year 1 to Year 2 Lm 4
Year 3 to Year 4 Lm 4
Year 5 to Year 6 Lm 4
3. St Cecilia Kindergarten
Kindergarten Lm10 09.04.99
Rigward l-aċċettazzjoni il-ġustifikazzjoni għal dawn it-talbiet nirreferi l-Onor. Interpellant għall-Avviż Legali 150 ta' 1990 (sezzjoni 12 par.3):-
"Ma għandu jsir ebda tibdil fir-rati tal-ħlas tal-miżati jew ħlas ieħor qabel ma jingħata AVVIŻ lill-Onorevoli Ministru responsabbli għall-Edukazzjoni mhux anqas minn xahar qabel ma jsir dan it-tibdil".
Ara ukoll A.L. ta' l-1994:
"Iżda r-rati tal-ħlas tal-miżati jew ħlas ieħor stabiliti fil-bidu ta' sena skolastika ma jistgħux jiżdiedu matul dik is-sena skolastika kollha kemm hi".
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li qagħdu għall-eżamijiet tal-: (1)SEC; (2) MATSEC; (3) Livell avvanzat fl-eżamijiet li qed isiru bħalissa? Kemm huma mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u privati? Kemm minnhom huma studenti bniet? Kemm intalbu eżenzjonijiet mill-ħlas ta' l-eżamijiet u x'kienu r-raġunijiet prinċipali? Kollha ġew aċċettati? Kemm kien hemm studenti li applikaw għall-eżamijiet għaliex għalqu is-sittax (16)-il sena iżda ma temmewx Form V?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' tfal/studenti li jsofru minn xi diżabilita' u jattendu l-iskejjel governattivi fil-livell tal-kindergarten, primarja, sekondarja, eċċ u universitarju? Kemm huwa n-numru ta' facilitators li jassistu lil dawn l-istudenti fil-mument? Kemm huwa n-numru ta' facilitators meħtieġa sabiex il-gvern ikun jista' jassisti lil dawn l-istudenti matul is-sena skolastika?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li jattendu l-Universita` li jsofru minn xi diżabilita` huma tlieta. Wieħed minnhom hu mgħejjun minn facilitator waħda, it-tnejn l-oħra m'għandhomx bżonn għajnuna ta' facilitator iżda l-Universita` tgħinhom b'faċilitajiet oħra.
In-numru ta' tfal - studenti fil-Mainstream li jsofru minn xi diżabilita` huma:
Kinder 84
Primarja 311
Sekondarja 28
In-numru ta' Kindergarten Assistants li jgħinu li dawn l-istudenti huma:
Kinder 73
Primarja 230
Sekondarja 27
Dan in-numru hu biżżejjed biex jassisti lil dawn l-istudenti.
In-Numru ta' tfal li jattendu l-Iskejjel Post Sekondarji, u li għandhom disabilita` huwa:
Ġuvintur 2
Tfajliet 2
M'hemmx bżonn ta' facilitator biex jassisti lil dawn l-istudenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ittrattaw il-guidance teachers fl-iskejjel ta' tfal bi problemi, matul is-sena 1998? Jista' l-Ministru jagħti t-tagħrif skola skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ġie kkalkulat li aktar minn 6832 student fittxu l-għajnuna tal-Guidance teachers fis-sena 1998.
Diffiċli taqta' linja; u tgħid liema kienu "każi" kbar jew kienu sempliċement diffikulta`, għax dak li hu ta' problema għal individwu jista' ma jkun ta' ebda diffikulta` għal ħaddieħor.
Jekk tingħata statistika skola, skola jista' jiġri li skola tiġi ttimbrata li għandha ħafna problemi. Għalhekk ikun xieraq li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija ma tingħatax.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu fl-Education Welfare Unit tad-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni? Ma' kemm skejjel iridu jlaħħqu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-Education Welfare Unit hemm seba' Social Workers inkluża l-Head tal-Unit li għandha 'caseload' iżgħar iżda b'każijiet aktar diffiċli.
Dawn is-Social Workers iridu jlaħħqu ma' l-iskejjel kollha ta' l-istat (130). Fil-każ ta' l-Iskejjel tal-Knisja u privati x-xogħol ma' dawn isir fuq talba tagħhom. Apparti l-iskejjel is-Social Workers ukoll jagħmlu għadd kbir ta' 'home visits' u jaraw il-klijenti fl-uffiċċju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport finali ta' survey li saru mill-Education Welfare Unit, madwar sena u nofs ilu, dwar l-assenteiżmu fl-iskejjel hux lest? Jista' l-Ministru jqiegħed dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rapport finali tas-survey jinsab lest u l-Welfare Unit qiegħed fil-fażi li jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet mad-Direttur Ġenerali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jispiċċaw mill-iskola (Form V) studenti din is-sena? Kemm se jispiċċaw mill-iskejjel ta' l-Istat, tal-Knisja u tal-privat? Kewmm minnhom huma bniet?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din is-sena hu stmat li mill-iskejjel tal-gvern se jispiċċaw 4097 student mill-Form V kif se nsemmi:
Skejjel Sekondarji/Junior Lyceums
Subien Bniet Total
1208 2106 3314
Skejjel tas-Snajja'
Subien Bniet Total
748 35 783