Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jagħmel id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta biex aktar nies ikunu jafu bis-servizz li qed jagħti l-gvern f'dawk li huma korsijiet ta' fil-għaxija u għall-adulti?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li biex jilħaq in-nies u jagħti tagħrif dwar korsijiet ta' filgħaxija għall-adulti, id-Dipartiment ta' l-Istudji Ogħla u Edukazzjoni Adulta qiegħed iwettaq dan is-servizz:
* jippubblika kull sena katalgu ta' tagħrif dwar il-korsijiet;
* jirriklama l-korsijiet f'gazzetti ta' kuljum, Gazzetta tal-
Gvern u avviżi fuq ir-radju;
* ixandar tagħrif kontinwu fuq it-TV Channel "Education 22";
* jipprovdi kopji tal-katalgi u forom ta' l-applikazzjoni f'
kull belt u raħal bil-koperazzjoni tal-Kunsilli Lokali u
Libreriji Distrettwali;
* jippromwovi servizz ta' tagħrif fil-"Career Convention" u
fi stands tad-Diviżjoni waqt fieri oħra;
* jagħti tagħrif permezz ta' taħditiet u programmi li minn
żmien għal żmien uffiċjali edukattivi jieħdu sehem fihom u
permezz ta' programmi imtella' għall-adulti fuq TV Channel
"Education 22".
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Monument & Plaques Committee? Hemm xi applikazzjonijiet ġejjin mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk iva, kemm u liema huma?
Fondazzjoni Patrimonju Malti — Proġetti tal-kostumi lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-proġett tal-Fondazzjoni Patrimonju Malti li, flimkien mal-Ministeru, jinfetaħ mużew tal-kostumi lokali?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħalissa għadu qed jiġi kkunsidrat il-bini li ser jiġi allokat lill-Fondazzjoni Patrimonju Malti għall-iskop ta' dan il-Mużew u l-ispiża rikorrenti u kapitali involuta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art biswit l-iskola primarja tal-Kalkara fuq Triq is-Sienja hijiex se tittieħed mill-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hi policy tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li biċċiet ta' art li jmissu ma' l-iskejjel ma jingħatawx għal xi użu li mhux addattat li jkun qrib l-iskejjel u li jitħalla spazju fejn l-iskejjel ikunu jistgħu jikbru biex iżidu l-faċilitajiet u l-ispazji tagħhom meta jkun hemm bżonn.
Skond l-applikazzjoni approvata mill-Awtotita` ta' l-Ippjanar, kif sottomessa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, l-art biswit l-iskola primarja tal-Kalkara se tkun tagħmel parti mill-iskola biex il-ħajt li jagħlaq l-iskola jersaq 'il barra u b'hekk tikber l-arja fejn jilagħbu t-tfal.
F'dan il-kuntest, wieħed irid josserva li l-"Grand Harbour Local Plan - Area Policies - September 1998 Draft" maħruġ mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar jgħid hekk dwar il-Kalkara:
"Kalkara is significant in the context of the Local Plan as being the only settlement which is continuing to attract population, due to the extent of the area included within the previous development scheme which remains unbuilt, and also because of its unspoiled, rural atmosphere and coastal location";
"The Authority will support measures to improve and expand the stock of residential accommodation in Kalkara by the rehabilitation of older dwellings, and the conversion to housing of suitable buildings currently used for other purposes. Redevelopment at higher densities will be acceptable. Changes in building heights will be considered where appropriate. The introduction of innovative forms of housing related to specific market requirements will be encouraged."
Jidher ċar li, skond il-Pjan Lokali, hemm possibbilta` kbira li l-popolazzjoni tal-Kalkara tkompli tikber, bil-konsegwenza li l-popolazzjoni ta' l-iskola ukoll tkompli tiżdied.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni hux jippjana li s-sistema ta' l-eżamijiet li jsiru mill-istudenti ta' l-ewwel sena fil-Junior College, biex jitilgħu għat-tieni sena, jinbidlu biex dawn l-eżamijiet ma jibqgħux ibbażati fuq tul ta' sitt sigħat u sitt essays?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fejn hu possibbli, il-karti ta' l-eżami biex student jgħaddi mill-ewwel għat-tieni sena jirriflettu x-xogħol li jkun twettaq matul il-kors ta' l-ewwel sena u l-format tal-karti ta' l-eżami tal-Matrikola.
It-Time-table ta' l-eżamijiet ta' l-ewwel sena tal-Junior College turi li f'erba' suġġetti biss jintlaħaq l-ammont ta' siegħat imsemmija fil-Mistoqsija , jiġifieri ta' sitt siegħat.
TALJAN
F'dan is-suġġett l-istudenti meta joqgħodu għall-eżami tal-Matrikola jkollhom tlett karti li b'kollox jieħdu seba' siegħat. Fil-Junior College dawn l-istudenti jkollhom żewġ karti li jammontaw għal tlett siegħat kull waħda.
BIOLOĠIJA
Fil-Matrikola hemm żewġ karti ta' tlett siegħat kull waħda (6 siegħat) minbarra żewġ karti ta' siegħa, waħda 'practical' u l-oħra 'written'. Fl-eżami ta' l-ewwel sena fil-Junior College il-karti huma ta' sagħtejn flok tlett siegħat (6 siegħat b'kollox).
MALTI
F'dan is-suġġett il-karti jirriflettu fedelment il-karti tal-Matrikola.
INGLIŻ
L-istudenti tal-Junior College jiġu eżaminati f'kull komponent tal-kors li jkun ġie mgħallem matul is-sena. Dawn jaqgħu taħt żewġ karti ta' tlett siegħat kull waħda.
Kull dipartiment fil-Junior College jipprova jadegwa ruħu għall-preparazzjoni ta' l-istudenti tiegħu li jkunu ser joqgħodu għall-eżami tal-Matrikola wara kors ta' sentejn. Waqt li jżomm quddiem għajnejh is-syllabus globali, kull dipartiment jeżamina l-istudent fuq il-programm li jkun twettaq matul l-ewwel sena.
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu x-xogħlijiet differenti li qed tagħmel il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni? X'arranġamenti hemm ma' l-Universita' dwar dawn ix-xogħlijiet ta' din il-persuna? Xi ħlasijiet isiru għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Speċifikament Dr Joe Cannataci inħatar iċ-Chairman tal-Bord tal-Malta Restoration Centre kif diġa` ġie imħabbar f'Konferenza Stampa. Huwa wkoll membru tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija. Hu ġie inkarigat biex jikkordina l-proġett kollu ta' Bighi fejn ser ikun hemm is-sede ta' dan il-kunsill. Jiena tajtu wkoll l-inkarigu li jagħti pariri lill-Ministeru dwar diversi oqsma li għalihom jien responsabbli. L-Universita` intalbet il-permess metieġ biex Dr Cannataci jkun jista` jagħmel dan ix-xogħol. Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar renumerazzjoni xierqa għal din il-konsulenza.
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm il-ħsieb li jsir fil-Festival Internazzjonali ta' l-Arti din is-sena?
Response (GALEA, LOUIS)
Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6404, inżid ngħid li fil-bidu ta' din l-amministrazzjoni tlabt li fil-Ministeru nagħtu ħarsa mill-ġdid lejn il-Festival imsemmi bl-iskop li neżaminaw x'jista` jsir biex insaħħu l-identita` u l-kwalita` ta' din il-ħidma kulturali. Ħassejt li dan hu meħtieġ wara numru sew ta' snin li fihom konna qed insegwu l-istess forma, kif ukoll wara li rajna l-ħtieġa ta' innovazzjoni u bażi aħjar sew għall-parteċipazzjoni ta' artisti barranin kif ukoll għall-finanzjament tal-festival. Sadanitant l-attivita` kulturali ta' din is-sena, u ħafna minn dik tas-sena d-dieħla, ser jieħdu ħsiebha d-Dipartiment tal-Kultura u l-kumitat dwar iċ-Ċelebrazzjoni tal- Millenju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni qed jattendu korsijiet fiċ-ċentri u skejjel ta' fil-għaxija? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-għalliema fl-iskejjel tal-Knisja se jieħdu s-somma ta' Lm234 li l-għalliema fl-iskejjel statali ilhom ix-xhur li ħadu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-talba li saret mill-Awtoritajiet tal-Knisja sabiex l-għalliema fl-iskejjel tagħha jieħdu s-somma ta' Lm234 kull wieħed qed tkun ikkunsidrata. Hu mistenni illi tittieħed deċiżjoni dwar dan fl-iqsar żmien possibbli.
Minn Jannar 1999 sa April 1999 liema huma l-persuni l-ġodda li ġew miġjuba fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u s-segretarjat parlamentari li jaqa' taħtu? X'xogħol ingħataw f'kull każ lil dawn il-persuni? Min huma dawn il-persuni?
Response (GALEA, LOUIS)
L-unika persuna ġdida li nġiebet fis-Segretarjat tal-Ministeru kienet is-Sur Colin Vassallo li ingħatat ix-xogħol ta' clerk/receptionist.
Matul il-perjodu ndikat ma ġew ebda persuni ġodda fis-Segretarjat Parlamentari.
Jista' l-Ministru jgħid minn Jannar 1999 sa April 1999 kemm-il darba ltaqa' l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija? X'deċiżjonijiet importanti ttieħdu dwar l-azzjoni li se tittieħed minn dan il-kunsill tul l-1999? Xi pjan ta' ħidma qed jaħdem fuqu għal matul l-1999?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn Jannar '99 sa April '99, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija iltaqa` erba' darbiet. Il-linji ġenerali ta' pjan ta' ħidma tal-Kunsill huma imfissra fid-dokument li ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftaħ l-Ipoġew mill-ġdid, peress li f'mistoqsija preċedenti ngħatajt it-tweġiba li dan kellu jiftaħ f'April 1999 u dan ix-xahar għadda u ma nfetaħx? X'inhuma r-raġunijiet li x-xogħol waqa' lura?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Kollega għat-tweġiba diġa` mogħtija għall-Mistoqsija numru 5338.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol mill-Bank of Valletta biex it-tempji ta' Ħal Tarxien jiġu riabilitati u ppreżentati aħjar u b'mod interattiv għall-pubbliku u bi struttura maniġerjali moderna?
Response (GALEA, LOUIS)
M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt xi tlett ġimgħat ilu għall-istess Mistoqsija ta' l-Onor. Kollega.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mil-istudenti u għalliema ta' l-iskola tas-snajja' ta' Bighi issa li l-gvern ħa deċiżjoni li jagħlaqha? X'użu se jagħmel il-gvern mill-bini ta' din l-iskola?
Jista' l-Ministru jgħid x'suppost hu x-xogħol tan-nurses li huma mpjegati fl-iskejjel speċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond is-sejħiet għall-applikazzjoni għall-postijiet ta' Supervisory Nurses (Staff Nurse Grade II) fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Frar tal-1991 u dik tal-5 ta' Marzu tal-1993, id-dmirijiet tan-nurses li huma impjegati fl-iskejjel speċjali huma dawn:
1. Tieħu ħsieb id-diversi bżonnijiet tat-tfal bi bżonnijiet
speċjali fl-iskejjel Speċjali matul is-sena skolastika u
fis-summer camps.
2. Tgħin lill-uffiċjali mediċi fil-viżiti tagħhom fl-Iskejjel
Primarji u Ċentri tal-Kindergartens waqt check-ups mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' studenti li jattendu l-iskejjel statali maqsumin fi bniet u subien u f'kindergartens, skejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.