Jista' l-Ministru jgħid kif beħsiebu juża l-kunsilli lokali biex ixerred l-idea li l-isport huwa tajjeb għas-saħħa tal-bniedem? X'għajnuna beħsiebu jagħti, permezz tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, biex dan il-għan jintlaħaq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għan prinċipali tal-Kumitat Sport for All li ġie mwaqqaf dan l-aħħar huwa li jara li l-faċilitajiet eżistenti fil-lokalitajiet kollha jkunu aċċessibbli għal kull settur tas-soċjeta` tagħna u li flimkien mal-Kunsilli Lokali jiġu organizzati attivitajiet sportivi. Qiegħed ikun studjat il-mod kif jingħataw għajnuniet sabiex b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Isport jibda jidħol il-kunċett ta' Sport Development fil-komunita`. B'hekk tibda tingħata dik l-ispinta tant meħtieġa biex l-impenn fl-isport jitwassal ukoll f'dawk l-oqsma tas-soċjeta` li l-anqas għandhom opportunitajiet f'dan ir-rigward.
Il-faċilitajiet fl-iskejjel jistgħu jintużaw għall-attivitajiet sportivi mill-komunita` filgħaxijiet wara l-ħin normali ta' l-iskola u fil-vaganzi. Dan jista' jsir billi tinħoloq kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u l-Kunsill ta' l-Iskola.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-pożizzjoni tal-Mużew Hypogeum f'Raħal Ġdid? Huwa veru li dan il-lok arkeoloġiku ta' fama internazzjonali jinsab fi stat ta' ħsara irreparabbli? Min huwa nkarigat minn dan ix-xogħol li ilu sejjer għal dawn l-aħħar sitt snin? Jikkonsidra l-Ministru li jagħmel stqarrija lin-nazzjon f'dan il-Parlament dwar il-pożizzjoni attwali?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara kif wara li, b'riżultat ta' l-intervent u l-interess tiegħu stess, kienu waqfu l-vibrations u ħsejjes oħra mill-air conditioners tal-Hypogeum ta' Raħal Ġdid, liema ħsejjes kienu qed jikkawżaw disturbi u inkonvenjent kbir lir-residenti ta' l-inħawi, dawn il-ħsejjes reġgħu bdew ftit tal-ġranet ilu?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Isports? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul il-perjodu indikat ġie trasferit ħaddiem wieħed mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport għall-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. Dan it-transfer sar minħabba ħtieġa ta' staff fil-Ministeru. L-Onor. Interpellant jaf tajjeb li t-transfers dejjem isiru skond l-esiġenzi tas-servizz. Għalhekk minhix f'pożizzjoni li ngħid jekk hux se jsiru iktar transfers fil-futur qrib.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jitwaqqaf steering committee biex jikkordina l-politika tat-teknoloġija ta' l-informatika fl-iskejjel tagħna? Min se jkun fuq dan l-isteering committee?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat l l-Steering Committee biex jikkoordina l-politika tat-Teknoloġija ta' l-Informatika fl-iskejjel tagħna ser jitwaqqaf fil-futur qrib u t-tagħrif mitlub jingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-fondi kapitali li ġew allokati lil kull istituzzjoni edukattiva post-sekondarja tul din is-sena skolastika peress li fir-risposta li tajtni llum għedtli li s-somom għadhom qed jinħadmu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-fondi kapitali fis-Settur Post Sekondarju, ġew allokati hekk:
Art and Design Centre Lm 3500
Agricultural College Lm 2500
Paolino Vassallo Upper Lyceum Lm 5000
School of Hairdressing and Beauty Therapy Lm 2000
School of Music, Valletta Lm 2500
School for Secretarial Studies Lm 1000
Adult Education Centre, Msida Lm 1000
Prevocational School, Health Care Lm 1500
Drama Centre, Mikelanġ Borġ Lm 1500
Pre-School Education Centre Lm 1000
Mikelanġ Sapiano Tech Institute, Paola Lm13000
Fellenberg Training Centre Lm 4000
Higher Secondary School, Naxxar Lm 3000
School of Art, Valletta Lm 1500
Nautical School - Floriana Lm 3000
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tan-nurses li huma mpjegati fl-iskejjel speċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li skond is-sejħiet għall-applikazzjoni għall-postijiet ta' Supervisory Nurses (Staff Nurse Grade II) fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li dehru fil-Gazzetta tal-Gvern tat-8 ta' Frar tal-1991 u dik tal-5 ta' Marzu tal-1993, id-dmirijiet tan-nurses li huma impjegati fl-iskejjel speċjali huma dawn:
1. Tieħu ħsieb id-diversi bżonnijiet tat-tfal bi bżonnijiet
speċjali fl-Iskejjel Speċjali matul is-sena skolastika u
fis-summer camps.
2. Tgħin lill-uffiċjali mediċi fil-viżiti tagħhom fl-Iskejjel
Primarji u Ċentri tal-Kindergartens waqt check-ups mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' għaqdiet volontarji sportivi u taż-żgħażagħ li ressqu talbiet sabiex jingħataw għajnuna finanzjarja għall-programmi, inizjattivi, eċċ li se jorganizzaw fl-affermattiv? Kemm minn dawn ġew milqugħa? Liema kienu l-għaqdiet li bbenefikaw u x'valur ta' flus/donazzjoni rċevew? Liema kienu l-għaqdiet li ma bbenefikawx?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirrefer għar-risposta għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 6788 u 6794.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien id-dħul minn kull mużew u siti pre-istoriċi u storiċi xahar b'xahar minn Settembru sa April għas-snin 1995/99?
Fiex wasal il-proċess tat-ticketing machines għad-dħul f'dawn il-postijiet ta'interess storiku?
Response (GALEA, LOUIS)
Minħabba xogħol ieħor urġenti, it-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm xi struttura biex tgħin it-tixrid tat-teknoloġija ta' l-informattika biex ma jibqax jiddependi kollox fuq assistent direttur wieħed bla għajnuna u appoġġ?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva. Ġa ladarba jitwaqqaf l-Steering Committee għal proġett ta' Informatika fl-iskejjel Maltin (primarji, sekondarji u post-sekondarji), l-ewwel laqgħa tal-kumitat ser tkun diskussjoni dwar struttura xierqa li tlaħħaq mal-committments massiċċi li daħal għalihom il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti jattendu l-iskola tal-mużika Johann Strauss? Jista' jagħti l-informazzjoni maqsuma skond (a) l-istrumenti li qed jistudjaw; b) jekk humiex bniet jew subien?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola Johann Strauss bħalissa qed jingħata tagħlim f'dawn l-istrumenti:
STRUMENT SUBIEN BNIET TOTAL
Recorder 3 6 9
Flute 16 32 48
Clarinet 19 5 24
French Horn 4 -- 4
Trumpet 44 5 49
Trombone 8 -- 8
Althorn 4 -- 4
Euphonium 2 -- 2
Percussion 20 8 28
Violin 46 62 108
Viola 6 8 14
V'Cello 14 9 23
Double Bass -- 1 1
Classical Guitar 39 29 68
Modern Guitar 20 13 33
Bass Guitar 15 1 16
Harp -- 10 10
Piano 71 78 149
Organ-Pedal 4 4 8
TOTAL 335 271 606
Voice 10 42 52
Jazz Improvisation 9 3 12
Basic (Prep I & II) 72 54 126
GRAND TOTAL 426 370 796
Jista' l-Ministru jgħid ir-raġuni għaliex tħassar ir-riżultat ta' l-interviews li ħareġ lejn l-aħħar ta' Jannar 1999 u li kien sar għal ħatra ta' Assistant Heads of School fl-iskejjel primarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Din hija materja li taqa` taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
Peress li kull min għandu x'jaqsam ma' l-edukazzjoni kumplimentari fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa tal-fehma li l-ħafna xogħol li jkun sar tajjeb sat-tieni sena tal-primarja qed jintilef għax l-istudenti ma jingħatawx għajnuna fit-tielet sena u wara, jistgħu jittieħdu passi biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni li qed tkisser il-futur ta' ħafna studenti minn eta' żgħira?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għalkemm fil-preżent is-servizz ta' l-Edukazzjoni Kumplementarja fl-iskejjel primarji tal-gvern huwa ffukat fuq it-tieni sena, mhux korrett għal kollox jingħad li s-servizz ma jingħatax fit-tielet sena u wara.
Infatti matul din is-sena skolastika, f'Malta u Għawdex, madwar 208 student qegħdin jingħataw l-għajnuna fit-tielet sena; filwaqt li 36 student qegħdin jingħataw l-għajnuna fir-raba' sena;
Hija l-intenzjoni li dan is-servizz jiġi estiż iżjed, u d-Diviżjoni qegħda fil-proċess li minn sena għall-oħra s-servizz jiżdied fil-limiti tar-riżorsi speċjalment dawk umani.
Jista' l-Ministru jara li l-istudent, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li jattendi t-tielet sena tal-primarja ta' Ħaż-Żebbuġ (Malta) jiġi screened malajr kemm jista' jkun biex isir magħruf jekk għandux il-kondizzjoni tad-dyslexia?
Response (GALEA, LOUIS)
Tlabt li l-każ jingħata l-priorita` li jostħoqqlu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm computers biex jintużaw mit-tfal fl-iskejjel speċjali? Jista' jaqsam l-informazzjoni skola skola?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskejjel Speċjali hemm 65 (ħamsa u sittin) computer.
Dawn huma mqassmin kif se ngħid:
SKEJJEL COMPUTERS
Santa Maria, Msida 12
Dun Manwel Attard, Wardija 14
Mater Dei, Msida 6
Guardian Angel, Ħamrun 12
San Miguel, St Andrews 9
Sannat Unit, Gozo 2
Qrendi Special School 6
Mosta Hearing Impaired Unit - Lily of the valley 2
Special Education Centre - Floriana 2
TOTAL 65
Peress li qed jasluli rapporti persistenti fuq il-kumpless tal-Korsa tal-Marsa fejn isiru t-tiġrijiet taż-żwiemel, jistgħu jittieħdu passi biex il-post jinżamm nadif kollu kemm hu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kumitat tal-Malta Racing Club huwa konxju mill-indafa tal-post u għandu impjegati apposta biex jaraw li l-post jinżamm nadif il-ħin kollu u qiegħed ukoll iħallas persuna biex jieħu ħsieb jiġbor il-ħmieġ taż-żwiemel li jkun hemm fit-triq tal-korsa. Iżda minkejja l-appelli kontinwi biex il-post jinżamm nadif, ħafna spettaturi li jattendu għat-tiġrijiet iħallu ħafna ħmieġ. Il-Kumitat sejjer jimpenja ruħu iktar f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-indafa u l-ambjent tal-post.
Jista' l-Ministru jgħid għal-liema raġunijiet mhux se jsiru s-sessjonijiet ta' l-art and crafts fl-iskola ta' Tarġa Gap?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-inizjattiva li għaliha qed jirreferi l-Onor. Interpellant kienet inizjattiva ta' l-iskola Salvator Dimech u mhux tad-Diviżjoni. L-inizjattiva tnehdiet fuq bażi volontarja mill-iskola. Infurmati mill-iskola, li, għal raġunijiet personali, l-istaff ta' l-iskola m'humiex disposti li jagħtu xi lezzjonijiet fis-sajf li ġej ser inkompli nindaga biex nifhem aħjar is-sitwazzjoni.