Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, se jingħata ċ-ċans li jifdi ċ-ċens fuq il-fond f'Tas-Sliema, li qed jiġi ndikat separatament peress li ilu jistenna minn Novembru 2004 u Lulju 2003 rispettivament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jivverifika l-informazzjoni dwar il-każ in kwistjoni bl-iskop li jiffinalizza t-talba ta' l-applikant fl-inqas żmien possibli. Iċ-ċens in kwistjoni ikopri iktar minn proprjeta' waħda.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal student visa għal dawk li jixtiequ jistudjaw f'pajjiżna u ġejjin minn pajjiżi mhux membri fl-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-viżi għall-istudenti li ġejjin minn pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea bdew jinħarġu minn Ġunju ta' l-2006. Fejn l-istudent ġej minn pajjiż fejn Malta għandha Ambaxxata, il-visa toħroġ mill-Ambaxxata innifisha.
In vista ta' dak li deher f'rapporti fl-istampa lokali, jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jikkonferma li l-pulizija qed tagħmel investigazzjonijiet dwar e-mailsu ittri mibgħuta lil uffiċjali tal-Partit Laburista u li jitrattaw dwar kwestjonijiet interni tal-MLP? Jikkonferma li persuna partikolari li bagħtet e-mail kienet obbligata mill-pulizija li tmur tiffirma kuljum id-Depot tal-Pulizija mingħajr ma ġiet akkużata b'xi reat? Minn meta bdiet tkun applikata din il-proċedura u kemm kien hemm, sal-lum, każi li fihom intużat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi f'Diċembru 2006 il-pulizija bdiet tinvestiga każ dwar ittra anonima kif ukoll E-mail anonima li kien irċieva fl-istess żmien uffiċjal tal-Partit Laburista. Ninsab infurmat ukoll li kemm l-E-mail kif ukoll l-ittra ma kienux jittrattaw affarijiet interni tal-Partit Laburista iżda kienu jirrigwardjaw lill-istess uffiċjal minħabba l-konnessjoni tiegħu mal-partit.
Minn investigazzjoni li saret, il-pulizija rnexxielha tistabilixxi l-identita' tal-persuna li kienet bagħtet din l-E-mail anonima. Għaldaqstant, il-pulizija bagħtet għal din il-persuna sabiex tintervistah in konnessjoni ma' l-E-mail u l-ittra anonima.
Fil-kors ta' l-investigazzjoni, din il-persuna ammettiet li kienet hi li bagħtet l-E-mail anonima iżda ċaħdet li kienet responsabbli mill-ittra anonima. Sussegwentement din il-persuna ingħatat il-"Police Bail" ai termini ta' l-artikolu 355 AL tal-Kodiċi Kriminali Kap. 9 sabiex terġa' tiġi u titkompla l-intervista u dan wara li jkunu ġew konklużi l-investigazzjonijiet mis-Cyber Crime Unit. Il-"Police Bail" kien ġie mġedded għal sitt (6) darbiet u tneħħa wara li kienu ġew konklużi dawn l-investigazzjonijiet. Mhux minnu li l-persuna suspettata kienet kostretta li tiġi tiffirma ta' kuljum fid-depot tal-pulizija.
Din il-proċedura, magħrufa bħala "Police Bail" kienet ġiet fis-seħħ fid-9 ta' April ta' l-2002 bis-saħħa ta' l-Att III tal-2002 u tintuża b'mod regolari f'diversi każijiet li jkunu qed jiġu nvestigati mill-pulizija u għadhom ma ġewx akkużati quddiem il-Qorti. Fil-fatt matul 2006 intużat tlett mija u seba w għoxrin (327) darba fuq diversi reati filwaqt li din is-sena intużat mija u dsatax-il darba (119-il darba).
Ministeru tal-Ġustizzja u Intern — Dħul ta' l-impjegati
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn
a) 8,000 sa 9,000
b) 9,000 sa 10,000
c) 10,000 sa 12,000
d) aktar minn 12,000
e) anqas minn 5,000?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher hawn taħt:-
Servizz Pubbliku
Ammont ta’ persuni
8,000 – 9,000540
9,000 – 10,000282
10,000 – 12,000182
Aktar minn 12,000120
Anqas minn 5,000632
Settur Pubbliku
Ammont ta’ persuni
8,000 – 9,0003
9,000 – 10,000xejn
10,000 – 12,000xejn
Aktar minn 12,000xejn
Anqas minn 5,0002
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq kiri u leaseta' karozzi fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid min huma l-uffiċjali li kellhom karozza mikrija/leased fil-Ministeru, dekasteru jew enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 u kemm hi r-rata li biha tinkera/leased il-karozza kull ġurnata? Jista' jgħid x’ċilindrata għandha l-karozza f’kull każ separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda għall-użu minn uffiċjali jew għall-użu ġenerali fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul x-xhur ta' Jannar, Frar jew Marzu 2007 u f’każ li fl-affermattiv, għal min kienu jew għal liema skop, x’tip ta' karozza, il-prezz u x’ċilindrata huma?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi proċedura ntużat biex maħżen li jinsab ix-Xatt ta' l-Isla, ġie mogħti lill-Klabb Regatta Birżebbugia? Ingħatat b'mod temporanju? Jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt li sar ma' dan l-istess klabb? Għaliex ma ġewx ippreferuti clubs u NGO's Sengleani u dan wara li diversi NGOs u clubs ilhom bosta snin ma jkollhom sede fejn jistgħu jwettqu l-ħidma komunitarja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Klabb Regatta Birżebbugia ma ngħata l-ebda maħżen ġewwa l-Isla.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema mill-garaxxijiet li hemm fi Triq San Pawl, Bormla, li s-sid tagħhom hu l-Gvern u/jew l-Uffiċċju Konġunt, huma vojta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-garaxxijiet/ħwienet li hemm fi triq San Pawl Bormla huma tal-Gvern u huma kollha mikrija.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm twieldu trabi barra miż-żwieġ, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum f'Malta u Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mill-Uffiċċju ta’ l-Istatistika, in-numru ta’ trabi li twieldu barra miż-żwieġ bejn is-sena 2000 u s-sena 2005 kien kif muri hawn taħt:-
SenaNumru
2000464
2001499
2002569
2003678
2004744
2005779
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24881 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, cioe wara li riċentement saret spezzjoni minn uffiċjali tal-housing departmenttal-fond f'San Ġwann li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament dwar ilmijiet li deħlin minn taħt it-tiling f'ċerti kmamar ta' l-appartament tagħhom, jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jittieħdu xi passi rimedjali f'dan ir-rigward?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li kif intqal mill-Onorevoli Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 24881, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar kien għamel spezzjoni u sussegwentement issottometta rapport lid-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta' fi ħdan it-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern, fis-sens illi l-ilmijiet li kienu deħlin fil-post li irrefera għalih l-Onorevoli Interpellant kienu ġejjin minn nuqqas ta' taħlib tal-madum ta' terrazzin ta' post li jinsab fis-sular ta' fuq.
It-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern diġa' kitbet lill-inkwilin ikkonċernat u avżatu sabiex jagħmel it-tiswijiet neċessarji. Il-każ qed jiġi segwit u jekk ikun hemm il-bżonn it-Taqsima ser tieħu dawk il-passi kollha li jistgħu jkunu neċessarji biex l-inkwilin in kwistjoni jieħu ħsieb xieraq tat-terrazzin b'mod li ma ssirx ħsara lill-post ta' taħt.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi partijiet jew aktar mill-Forti Sant'Iermu jgħaddu għand il-privat? Jekk iva, lil min u x'inhu l-iskop wara dan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta' tal-Gvern m'għandha quddiema l-ebda talba sabiex partijiet minn Sant'Iermu jgħaddu għand il-privat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta llum l-mandati tal-qbid fil-qrati tagħna naqsu bin-nofs (aktar anzi minn 50%) żdiedu 3 marixalli oħra? Fuq liema kriterju żdiedu dawn il-marixalli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-complement ta' Marixxalli Anzjani huwa ta' tmienja u d-doveri relattivi mal-grad huma l-eżekuzzjoni tal-mandati.
It-tliet Marixxalli Anzjani li żdiedu mas-sezzjoni kienu qegħdin biss jissostitwixxu tlieta oħra li kienu rtiraw bl-eta'. Tajjeb li wieħed jirrimarka li fuq kull mandat, normalment, joħorġu żewġ Marixxalli Anzjani u għalhekk effettivament hemm erba' gruppi li qegħdin fuq il-mandati.
Irid jingħad li dawn il-Marixxali ma jesegwux biss il-mandati ta' qbid, iżda wkoll mandati ta' żgumbrament, ta' deskrizzjoni etc. Il-mandati mhux kollha huma l-istess; hemm uħud li jitolbu iktar xogħol minn oħrajn minħabba n-natura ta' l-oġġetti li jkun qed jaqbdu. Il-mandati mis-sena l-oħra għal din is-sena ma naqsux bir-rata ndikata u dan kif jidher mill-istatistika li qed tiġi preżentata fuq il-Mejda tal-Kamra.
F'kull każ aktar veloċita' fl-esekuzzjoni hija dejjem prijorita'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga u jagħmel r-rakkmandazzjonijiet neċessarji sabiex il-każ li qed nibgħat separatament jiġi rimedjata bla aktar telf ta' żmien sia għal familjari u d-dipartiment inkwestjoni? Jekk fl-affermattiv meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jivverifika d-dokumentazzjoni sottomessi mill-eredi tal-attwali kerrejja/enfitewti tal-proprjetajiet in kwistjoni u deċiżjoni definitiva mistennija tingħata lil eredi fi żmien xahar.
Peress li l-files li d-dettalji tagħhom qed jintabgħtu separatament, ilhom pendenti quddiem l-Uffiċċju Konġunt għal snin twal, jista' l-Viċi Prim Ministru jara li dawn il-proċeduri jiġu ffinalizzati kemm jista' jkun malajr?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jagħmel dak kollu possibbli biex jiġbor l-informazzjoni neċessarja biex dan il-każ jiġi finalizzat fl-iqsar żmien possibli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-pulizija jieħdu azzjoni fuq il-mistoqsija parlamentari 25343 għaliex s'issa ma sar xejn? Is-sidien ikunu hemm bejn l-10.30 - 11.00 a.m.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li saru diversi spezzjonijiet fl-inħawi msemmija bħala tal-Ħotob, u anke fl-akwati magħrufa bħala it-Tumbata, pero' ma ġew osservati l-ebda klieb jiġru barra.
F'dawk l-inħawi hemm ħafna rziezet u għelieqi, pero' s'issa ħadd għadu ma ta informazzjoni dwar xi individwu jew post partikolari fejn jinstabu dawn il-klieb.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala t-tag ta' security ma nħarġitx lill-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, minkejja li dan għandu l-liċenzja ta' security?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna msemmija inħarġitilha l-Liċenzja ta' Gwardjan Privat filwaqt li l-Identification Tag ser tinħareġ dalwaqt.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru road emission tests fuq vetturi minn Ġunju 2006 sa April 2006 mill-gwardjani lokali bl-apparat misluf lilhom mill-Awtorita' dwar it-Trasport?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Ġunju 2006 sa April 2007 saru 4,786 road emission tests fuq vetturi mill-gwardjani lokali bl-apparat misluf lilhom mill-Awtorita' dwar it-Transport.