Jista' l-Ministru jgħid meta se tingħata ż-żieda u anke l-arretrati ta' l-istess żieda lill-pensjonati ex-ħaddiema ta' Farsons u dan skond kif stipulat fl-aħħar ftehim kollettiv?
Jista' jgħid x'qed iżomm milli din iż-żieda tingħata u għaliex sar dan id-dewmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li r-revi¿joni tal-pensjonanti li kienu jahdmu ma’ l-a¿jenda ndikata mill-Onor. Interpellant qed issir u mistennija tkun lesta fi ftit gimghat ohra.
Kull ftehim kollettiv gdid igib mieghu revi¿joni tal-pensjoni tas-Sigurta’ Socjali ta’ dawk il-pensjonanti li kienu jahdmu ma’ l-a¿jenda rispettiva. Dawn ir-revi¿jonijiet jirrikjedu ammont sostanzjali ta’ xoghol preparatorju li jista’ jikkaw¿a xi dewmien biex tinhadem ir-rata tal-pensjoni gdida f’certu ka¿ijiet.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, u li ħadmet mas-servizzi Ingliżi fil-perjodu 1951-1966 u allura tħallsu l-kontribuzzjonijiet soċjali tagħha matul dan il-perjodu hijiex intitolata għal pensjoni tas-sigurta' soċjali?
San Pawl il-Baħar — Anzjani li jingħataw is-servizz ta' CSA
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex diversi anzjani f'San Pawl il-Baħar jingħataw is-servizz ta' CSA billi issa ilhom aktar minn xahar mingħajr is-servizz ta' CSA wara li rriżenjat is-CSA li kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dawk l-anzjani f’San Pawl il-Bahar li ma setghux ikomplu jinghataw is-servizz ta’ Social Assistant, wara li s-Social Assistant assenjata lilhom irri¿enjat mix-xoghol, ser jinghataw is-servizz malli jsir ir-reklutagg ta’ Social Assistants godda.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti li jieħdu ċ-children's allowance? Kemm kien hemm professjonisti li ġew skwalifikati milli jkomplu jirċievu ċ-children's allowance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-hlas ta’ l-Allowance ghat-Tfal qatt ma kien marbut mal-generu ta’ xoghol ta’ l-applikant u ghalhekk ma tin¿ammx statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-problema fi block A4, Ta' Xbiex H.E. fejn qed joħroġ l-ilma minn toqba li hemm taħt il-lift li ġie nstallat xi żmien ilu? Jista' jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata għax għalkemm dan l-ilment tressaq lill-awtoritajiet konċernati mill-inkwilini nfushom, il-problema għadha ma ġietx solvuta biex b'hekk qed toħloq inkonvenjent u periklu għar-residenti tal-block, b'mod partikolari dawk b'diżabilita' fiżika li ma jistgħux jgħaddu mingħajr is-servizz ta' dan il-lift?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li waqt li kien qed isir it-thaffir ghall-lift pit fi Blokk A4, Ta’ Xbiex, instab li kien qed jiskula xi ilma taht il-blokk. Minn investigazzjonijiet li saru, instab li l-ilma ma kienx ikkaw¿at minn xi leak ta’ ilma jew drenagg mill-appartamenti ta’ gol-blokk innifsu u ghalhekk ma kienitx kwistjoni ta’ riparazzjoni ta’ installazzjonijiet fil-blokk. Sabiex xorta jkun jista’ jsir il-lift, giet installata pompa li tbattal il-lift pit mill-ilma hekk kif dan jingabar hemm. Skond il-kundizzjonijiet ta’ Skema V, ir-residenti tal-blokk huma responsabbli ghall-manutenzjoni u tiswijiet mehtiega fuq il-lift inklu¿ il-pompa. Ir-Residenti kollha li ju¿aw il-lift huma obbligati jaghtu sehemhom biex il-manutenzjoni ssir regolarment. Diment li dan isir, m’hemm l-ebda periklu ghar-residenti u l-lift jista’ jibqa jintuza kif fil-fatt qed isir.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex qed tinqatgħalu parti mil-pensjoni ta' anzjan li l-partikularitajiet tiegħu qed jintbagħtu separatament u li kien weħel sentenza ta' ħabs? Jista' dan l-anzjan jiġi nfurmat bl-aħħar żviluppi?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta d-DSS se joħroġ l-għajnuna tal-mard dovuta lil persuna li isimha qed jintbagħat separatament u dan għax-xhur ta' Ġunju 2002 sa Frar 2003?
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u r-risposta ser tinghata f’xi Seduta ohra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess tal-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa ladarba l-MEPA u l-kunsill lokali tal-Mellieħa m'għandhom l-ebda problema dwar il-pjanti u s-sit eżistenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f’xi Seduta ohra.
Kummissjoni persuni b'diżabilita' — Bdil ta' bankini f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet jew x'inhi l-opinjoni tal-Kummissjoni persuni b'diżabilita' dwar it-tibdil fil-bankini f'San Pawl il-Baħar fejn minflok lixxi qed isiru forma ta' turġien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Di¿abilita’ qatt ma kellha lmenti dwar bankini li qed isiru fil-lokalita’ ndikata mill-Onor. Interpellant.
Fl-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minħabba għeluq ta' kumpanniji jew riżultat ta' tnaqqis ta' ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru kkoncernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa sena b'sena, minn mindu twaqqaf il-proġett SCOOPS?
Kemm hu stmat li kienet in-nefqa fuq dan il-proġett fis-sena skolastika 2002/2003?
Preżentement, x'inhu r-rwol tal-bord u l-uffiċċju tal-koperattivi vis-a-vis SCOOPS u jekk dan kienx l-istess fis-snin li għaddew?
B'riżultat tal-proġett SCOOPS, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi koperattiva limitata minn mindu twaqqaf dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija hi kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat ukoll li n-nefqa fuq il-progett ‘Scoops’ ghas-sena 2002/2003 hi stmata li tkun ta’ Lm9,099.
Il-Bord tal-Koperattivi hu l-propjetarju ta’ dan il-progett. Minn naha tieghu il-Bord qabbad organi¿¿azzjoni specjali¿¿ata biex timplimenta dan il-progett fl-iskejjel taht supervi¿joni ta’ ufficjali ta’ l-Ufficcju Centrali tal-Koperattivi. It-tibdil li sar matul din l-ahhar sena kien li
organi¿¿azzjoni wahda biss hadet hsieb dan il-progett.
L-iskop tal-progett ‘Scoops’ hu li jitkattar l-gharfien u t-taghrif fost it-tfal dwar il-beneficcji tas-sistema koperattiva. Dan setgha wassal biex twaqqfu numru ta’ koperattivi dan l-ahhar.
Karozzi mixtrija/mikrija — Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali
Question
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall Politika Soċjali u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall Politika Soċjali? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Viċi Prim Ministru u Ministru għall Politika Soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mit-12 ta’ April 2003 inkrew hames karrozzi u karozza wahda hi fil-process li tinxtara. Il-karrozzi mikrija huma erba’ ghas-Segretarjati Parlamentari u wahda ghall-Agenzija Appogg. Il-karozza fil-process li tinxtara hi ghad-Direttur tad-Dipartiment ghall-Harsien tal-Familja.
Ninsab infurmat ukoll li fil-Ministeru, Segretarjati Parlamentari, Dipartimenti, Agenziji u Entitajiet li jaqghu taht id-dekasteru tieghi hemm total ta’ 97 karrozza mixtrija jew mikrija.
Amministrazzjoni tal-benefiċċji soċjali — Sistemi ta' l-informatika
Question
Il-Gvern għandu xi ħsieb li jaġġorna s-sistemi ta' l-informatika marbutin ma' l-Amministrazzjoni tal-Benefiċċji Soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru ghall-Politika Socjali sa’ mill-1999 waqqaf Kumitat ta’ Tmexxija ghall-Informatika sabiex tmexxi programm ta’ tigdid u aggornar tal-qasam kollu tal-informatika.
Wahda mis-sistemi importanti hija dik li ghandha x’taqsam mal-Amministrazzjoni tal-Beneficcju Socjali. Din is-sistema inbdiet fl-1995 u ghadha qed ti¿viluppa sallum.
Matul din is-sena bdew jigu studjati numru ta’ proposti ghat-tishih jew l-i¿vilupp ta’ sistemi ta’ l-informatika godda ghas-setturi tal-housing, tas-sahha u sigurta’ fuq il-post tax-xoghol u anki ghas-settur tas-sigurta’ socjali.
Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid jekk jeżistix xi survey reċenti mis-SEDQA li juri kemm hija kbira l-problema ta’ l-alkohol fost iż-żgħażagħ? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F’Jannar ta’ 2003 sar survey fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Ghawdex fost ¿gha¿agh ta’ 15 u 16-il sena, li fih jaghti ndikazzjoni tal-problema ta’ l-alkohol fost i¿-¿gha¿agh. Dan is-survey ghadu qed jigi pprocessat u dettalji tieghu ikunu maghrufa aktar il-quddiem.
Jista' l-Vici Prim Ministru jgħid din is-sena s'issa x'kien in-numru ta' persuni li talbu li jingħataw għajnuna miċ-Ċentru Detox fl-Isptar San Luqa? Kemm kienu rġiel u nisa? Kemm kienu li talbu għajnuna għall-ewwel darba? Minn dawn ta’ l-aħħar kemm kienu taħt il-21 sena? Kemm minnhom kienu barranin? Ta' liema nazzjonalita`?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu bejn Jannar u Mejju 2003, in-numru ta’ persuni li talbu l-ghajnuna tac-Centru tad-Detox minhabba abbu¿ ta’ droga kien ta’ 806. Minn dawn, 107 kienu nisa u 699 kienu rgiel.
In-numru ta’ dawk li talbu l-ghajnuna ghall-ewwel darba kien jammonta ghal 45 li minnhom, 11 kienu taht il- 21 sena u persuna minnhom kienet barranija ta’ nazzjonalita’ ingli¿a.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk fix-xhur tas-sajf minħabba l-influss akbar ta' turisti jiżdiedx in-numru ta' barranin li jitolbu għajnuna minħabba abbuż mid-droga? Qabel ma jingħataw medikazzjoni jsirilhom xi test mediku?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minhabba l-ammont kbir ta’ turisti li j¿uru pajji¿na fis-sajf, in-numru ta’ barranin li jitolbu ghajnuna minhabba abbu¿ mid-droga ji¿died xi ftit.
Il-procedura hija li dawk il-barranin biss li jkollhom preskrizzjoni mit-tabib personali tal-pajji¿ taghhom jinghataw l-ghajnuna.
F’ka¿i ta’ persuni ta’ nazzjonalita’ Ingli¿a, minhabba l-ftehim bilaterali li je¿isti bejn i¿-¿ewg pajji¿i, il-proceduri applikabbli ghal cittadini Maltin, japplikaw ukoll ghal cittadini Maltin, japplikaw ukoll ghall-Ingli¿i.