Legislature:
Category:
Reset
Active:

Somma mogħtija lill-Skanska

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27072 u jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi — Apparat energy saving

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq apparat energy saving matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu separatament u xahar b'xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellu impjegati fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu matul ix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007 li għandhom 'il fuq minn 61 sena, min huma, x'pożizzjonijiet għandhom u fejn qegħdin jaħdmu, humiex full jew part time, x'salarju jew x'rata jitħallsu biha u minn liema distrett elettorali jiġu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Euro Assistants — Sistema FAIR

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Euro Assistants li qed iduru n-negozji sabiex tissaħħaħ is-sistema FAIR, mhux jgħaddu l-pakkett ta' materjal kollu lin-negozji? Jista' jgħid x'tip ta' calculators se jingħataw lill-poplu? Kif u mnejn se jinġiebu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi kif diġà ġie spjegat f’risposti parlamentari oħrajn, l-NECC għadu qed jistenna l-price guns u l-calculators minħabba dewmien li ġie esperjenzat biex jiġi assigurat li jinstab l-apparat neċessarju u li jaqdi l-bżonnijiet tas-sidien tal-ħwienet filwaqt li jiġi mħares l-aspett finanzjarju ta’ l-ispiża. Is-sidien tan-negozji ser jingħataw dak kollu li kien imwiegħed. Mal-pakkett li qed jingħata meta ħanut jiġi mdaħħal fl-inizjattiva FAIR, qed jingħataw l-affarijiet kollha li ġew imwiegħda ħlief il-price gun u l-calculator. Il-price gun ser ikun qed jingħata fil-ġimgħat li ġejjin filwaqt li l-calculator ser jingħata aktar tard peress li l-iskop tal-calculator huwa li jgħin lil tal-ħanut jimmaniġġja l-bqija fil-proċess tal-bidla. Dwar il-calculators li ser jingħataw lill-poplu, l-NECC f’dawn il-ġranet qed tqassam gazzetta f’kull dar fejn qed tispjega kif il-calculator li ser jingħata lill-poplu ser ikun. Dawn il-calculators ser ikunu qed jingħataw minn sponsor li d-dettalji tiegħu ser jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Banek tal-lottu — Qliegħ finanzjarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet/soċjetajiet li jirċievu xi dħul finanzjarju mill-qliegħ tal-banek tal-lottu? X'kien dan is-sehem għal kull waħda minnhom matul is-sena 2006?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.

Good Causes Fund

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk l-għaqdiet/soċjetajiet li ħadu xi għajnuna mill-Good Causes Fund matul l-2006? X'kien l-ammont li ħadet kull waħda minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-mejda tal-Kamra.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-ispiża fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma matul Jannar, Frar u Marzu 2007, fil-Ministeru, dekasteru u enti tiegħu kenitx inqas minn dik ta' sena ilu fuq l-istess perijodu jew aktar? Jista' jgħid kemm kienet id-differenza u għaliex?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Proġetti finanzjarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijijiet parlamentari 26906 u 26698 u 26868 u jgħid kemm tħallsu flus fuq kull proġett sal-lum? Meta hi l-aħħar data li fiha jistgħu jiġu sottomessi kontijiet għal xogħlijiet pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Somma mogħtija lill-Skanska

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W 379.

Ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26963 u jgħid kemm qam flus il-ktejjeb fuq l-Isptar Mater Dei li ntbagħat fid-djar tan-nies dan l-aħħar? Fejn ġie stampat? Min ngħata l-kuntratt tad-disinn? Kemm ġew stampati kopji? Kemm tħallsu flus biex dan il-ktejjeb ġie mqassam?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Public Service Commission

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn il-Public Service Commission iddikjarat uffiċjalment li ma kenitx taqbel ma' xi deċiżjoni u cioe' ma xi sentenza li ngħatat mit-Tribunal għall-Investigazzjoni ta' l-Inġustizzji mit-twaqqif ta' dan it-tribunal sal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kumpaniji ta' konsulenza — Xogħol

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26907 u jgħid liema xogħol fil-Ministeru tal-Finanzi ġie kuntrattat lil kumpanniji ta' konsulenza u kumpanniji ta' l-awditjar u jekk inħarġux tenders għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — Tender

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26731 cioe' wara li ġie sospiż it-tender ta' l-IT tal-Isptar Mater Dei, jista' jgħid kemm inxtraw PCs u affarijiet oħrajn relatati mal-informatika li oriġinarjmanet kellhom jkunu koperti mit-tender u jekk dawn inxtrawx b'direct order? Min għand min inxtraw u kemm ġew jiswew?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bonus lill-anzjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-bonus ta' Lm58 li jingħata kull sitt xhur lill-anzjani hux taxxabbli?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bonus li jitħallas kemm lill-ħaddiema kif ukoll lill-pensjonanti huwa taxxabbli. Naturalment dan japplika jekk id-dħul totali tal-persuna jaqbeż it-tax free bracket.