Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7639 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Lukanda Costa del Sol

Question

Jirriżultalu l-Ministru li l-HCEB approvat il-bini ta' lukanda ġdida skond applikazzjoni tal-Costa del Sol fl-Għadira tal-Mellieħa? Meta ħarġet din l-approvazzjoni mill-HCEB? Il-bini ta' lukandi ġodda li għalihom hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kollha għandhom l-approvazzjoni tal-HCEB? Liema għandhom? Liema m'għandhomx?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onor Membru ġiet proċessata biss mill-'Hotels and Catering Establishments Board' u mhux approvata u dan wara kjarifika li kienet saret mill-imsemmi Bord f'Novembru 1996. Fil-fatt il-proġett kien ġie rifjutat mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Ninsab infurmat ukoll li, ħlief għall-applikazzjoni waħda li għadha qed tiġi proċessata, il-lukandi li għalihom hemm talba pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u li huma elenkati fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija 6720, kollha għandhom l-approvazzjoni ta' l-'H.C.E.B.'
Leg 9 PQ #7851 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Mobile phone

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex jagħmel użu minn mobile phone li jsir ħlas għalih mill-fondi tal-Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm laħqet l-ispiża ta' dan l-użu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Marzu, 1999? Jista' wkoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti konnessi?

Response (REFALO, MICHAEL)

Naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li, fl-1999, mhiex xi ħaġa straordinarja, u żgur hekk għandu jkun, li Ministru jkollu użu ta' 'mobile phone'. Jien infurmat li bejn il-5 ta' Settembru 1998 u d-9 ta' April 1999 (meta ħareġ l-aħħar kont) in-nefqa fuq il-'mobile phone' li nagħmel użu minnu jien kienet ta' Lm350.35. Ma narax il-ħtieġa li nqiegħed l-irċevuti fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #8376 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Turisti li żaru Malata

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn wieħed u ieħor x'inhu l-għadd ta' turisti li żaru Malta f'Mejju li għadda u minn liema destinazzjonijiet? Barra minn hekk, jista' jagħti t-total approssimattiv tat-turisti li żaru Malta fl-ewwel ħames xhur tas-sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub mill-Onor Membru hu kif jidher hawn taħt: Pajjiż Mejju 1999 Jannar - Mejju 1999 Awstrija 3,954 12,617 Belġju 2,911 8,154 Danimarka 1,909 5,923 Finlandja 774 1,963 Franza 8,798 27,820 Ġermanja 24,217 83,920 Italja 5,819 24,004 Libja 3,856 13,569 Olanda 9,059 20,900 Norveġja 1,254 3,682 Russja 1,321 3,446 Svezja 1,620 4,576 Svizzera 2,429 9,462 Renju Unit 36,944 150,860 Stati Uniti ta' l-Amerika 2,064 7,506 Oħrajn 9,990 38,938 TOTAL 116,919 417,340
Leg 9 PQ #7800 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandiera — Millennium bonus

Question

Jista' l-Ministru jindika, anke jekk b'mod approssimattiv, l-ammont ta' millennium bonus li se jingħata mill-lukandiera għal dawk il-ħaddiema li se jkunu xogħol lejliet l-ewwel tas-sena 1999-2000?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-għoti tal-bonus, inkluż il-'millennium bonus' u l-pagi tal-ħaddiema fl-industrija tat-turiżmu, bħal dawk f'industriji oħra, huma suġġetti għall-ftehim speċifiku bejn il-'unions' u sidien ta' stabbilimenti. Jifhem l-Onorevoli Membru, għalhekk, li jiena m'inhix f'pożizzjoni li nwieġeb il-mistoqsija, anke b'mod approssimattiv.
Leg 9 PQ #7818 Sitting 127 1999-06-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Numru ta' sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li bihom jiġi deċiż f'pajjiżna n-numru ta' lukandi u sodod għal turiżmu sostenibbli? Kemm huwa meqjus il-massimu ta' lukandi fi gradi differenti għal turiżmu sostenibbli f'Malta u f'Għawdex?

Response (REFALO, MICHAEL)

L-iżvilupp tat-turiżmu huwa bbażat fuq pjan strateġiku li jiġi aġġornat minn żmien għall-żmien. Fil-fatt il-Ministeru għadu kemm lesta abbozz ta' studju ta' 'Carrying Capacity', u ieħor fuq l-impatt ekonomiku, li flimkien iservu ta' bażi biex jiġi aġġornat pjan strateġiku sostenibbli, bbażat fuq l-impatt soċjali, ambjentali u ekonomiku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra stqarrija tad-9 ta' Ġunju 1999 li wkoll tittratta dwar is-suġġett tal-mistoqsija.
Leg 9 PQ #7795 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru tat-Turiżmu

Lukandi/Restoranti — Ġbir ta' skart

Question

Jista' l-Ministru jelenka liema huma dawk il-lukandi/ristoranti li mhux qed josservaw l-avviż legali ta' l-1993 li jistipula li dawn irid ikollhom kuntratt mal-privat għall-ġbir ta' l-iskart tagħhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7880 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tat-Turiżmu

Bordijiet Governattivi — Membri

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta' nies u l-persentaġġi ta' rġiel u nisa li huma membri f'bordijiet governattivi u parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Leg 9 PQ #7494 Sitting 125 1999-06-17 Oral · Interim From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Skrivani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skrivani fl-ITS li qegħdin b'kuntratt? Jista' jgħid meta ġew impjegati, mil-liema lokalita' huma u xi kwalifiki għandhom?

Response (REFALO, MICHAEL)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6950 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Impjegati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5951, jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati seconded mal-ministeru u minn liema entita' ġejjin peress li t-tweġiba tirriferi biss għas-segretarjat privat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-impjegati li qegħdin 'on secondment' huma kif jidhru hawn taħt: Impjegati tal-Gvern 'seconded' mal-'N.T.O.M.' Paul Galea Louis Azzopardi Joe Bonnici Charles Abdilla Impjegati tal-'N.T.O.M.' 'seconded' mad-Dipartiment tat-Turiżmu Romina Verzin Alfred Desira Anne Marie Sciberras Anne Marie Sant Raymond Cassar Pierre Callus
Leg 9 PQ #7639 Sitting 124 1999-06-16 Oral · Interim From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

HCEB — Lukanda Costa del Sol

Question

Jirriżultalu l-Ministru li l-HCEB approvat il-bini ta' lukanda ġdida skond applikazzjoni tal-Costa del Sol fl-Għadira tal-Mellieħa? Meta ħarġet din l-approvazzjoni mill-HCEB? Il-bini ta' lukandi ġodda li għalihom hemm applikazzjoni pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kollha għandhom l-approvazzjoni tal-HCEB? Liema għandhom? Liema m'għandhomx?

Response (REFALO, MICHAEL)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6799 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Fax machines

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5160, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-informazzjoni mitluba tirreferi għall-oġġetti li huma proprjeta' tal-Gvern ta' Malta a spejjeż tal-fondi pubbliċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Membru għall-mistoqsija tiegħu numru 4966.
Leg 9 PQ #6812 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki u x'salarju għandu l-konsulent, li ismu qed jintbagħat separatament, fix-xogħol ta' konsulenza li qiegħed jagħmel fl-ITS? Jista' l-Ministru jgħid x'titolu u karigi għandu dan il-persuna fl-ITS?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qiegħed ingħaddi privatament lill-Onor. Membru kopja tal-'Curriculum Vitae' tal-persuna konċernata. Għall-kumplament tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija tiegħu Numru 5939.
Leg 9 PQ #7533 Sitting 123 1999-06-16 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Kiri ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun il-liċenzja li jridu jħallsu sidien Għawdxin li jikru appartamenti għal ftit jiem ta' vakanzi lill-Maltin biss f'Għawdex?

Response (REFALO, MICHAEL)

Din hi materja li trid tiġi deċiża mill-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu iżda kif diġa' stqarrejt waqt id-dibattitu fi stadju ta' Kumitat ta' l-Abbozz ta' Liġi dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta, jien fil-fehma li l-ħlas għal din il-liċenza għandha tkun waħda nominali.
Leg 9 PQ #7527 Sitting 122 1999-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom qed tittieħed id-deċiżjoni li jitnaqqas in-numru ta' studienti li jidħlu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Kemm se jitħallew jidħlu studenti fis-snin li ġejjin?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nassigura lill-Onor Interpellant li mhuwiex il-ħsieb li l-Istitut jintroduċi xi 'numerus clausus' iżda jibqa' jaċċetta għadd adegwat ta' studenti dejjem skond il-kwalifiki akkademiċi tagħhom u naturalment, skond ir-riżorsi umani, finanzjarji u loġistiċi ta' l-Istitut. Tajjeb li ngħid li filwaqt li l-għadd ta' studenti 'full-time' fl-aħħar ta' Frar ta' din is-sena kien ta' 615, in-numru llum niżel għal 485. Fl-istess ġurnata fi Frar l-għadd ta' studenti 'part-time' kien ta' 448 filwaqt li llum dan issa niżel għal 191. Dan ifisser li fil-perijodu msemmi l-għadd totali ta' studenti li jew irriżenjaw jew abbandunaw l-istudju tagħhom hu ta' 387. Dan in-numru fih innifsu hu prova biżżejjed ta' l-għaqal li jiġi stabilit livell akkademiku xieraq għad-dħul fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Leg 9 PQ #6766 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Computer scanners

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4966, jista' l-Ministru jirrikonsidra r-risposta tiegħu peress li l-informazzjoni mitluba tirreferi għall-oġġetti li huma proprjeta' tal-Gvern ta' Malta a spejjeż tal-fondi pubbliċi?

Response (REFALO, MICHAEL)

M'għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt lill-Onor. Membru għall-mistoqsija tiegħu numru 4966.
Leg 9 PQ #7513 Sitting 121 1999-06-15 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ESTS/TAS — Skemi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Ministeru jaħdem biex l-iskemi ta' apprendistat ESTS u TAS jissaħħu fl-oqsma ta' l-istudji tuistiċi biex aktar żgħażagħ jiġu mħejjija aħjar għal opportunitajiet ta' xogħol fit-turiżmu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kif jaf l-Onor Interpellant, is-sistemi ta' l-'ESTS' u 'TAS' jaqgħu taħt l-Ministeru ta' l-Edukazzjoni. L-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi flimkien mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni u l-'ETC' ser ikompli jorganizza l-korsijiet fil-'Food Preparation' u 'Food Service' biex aktar żgħażagħ jiġu mħejjija għal xogħol fil-qasam turistiku.
Leg 9 PQ #6758 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtrawx karozzi ġodda mill-Ministeru tiegħu jew minn wieħed mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembnru 1998, 'l hawn? Jekk inxtraw ,jista' l-Ministru jgħid: (1) kemm laħqet l-ispiża; (2) inħarġitx tender; (3) mingħand min inxtraw; (4) x'marka huma; (5) għal-liema skop inxtraw; (6) minn min qed jintużaw; (7) kemm huma fl-ammont?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fil-perijodu msemmi d-Dipartiment tat-Turiżmu xtara 'Kia Ceres Single Wheel Cargo Truck' mingħand 'Easysell - Kia (Malta) Ltd' għall-prezz ta' Lm2,455. Dan kien l-aktar prezz vantaġġuż wara li ntalbu għadd ta' 'quotations' mingħand ditti oħra. It-'truck' qed jintuża għall-ħtiġiet ta' l-'I.T.S.' San Ġorġ, l-'I.T.S.' Pembroke u l-'White Rocks Holiday Complex', għall-ġarr ta' bagalji tal-klijenti, għamara minn post għall-ieħor kif ukoll ġarr ta' skart.
Leg 9 PQ #7505 Sitting 120 1999-06-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

ITS — Rappreżentanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mar-rappreżentanti tas-settur privat biex jappoġġja finanzjarjament l-Istitut għall-Istudji Turistiċi bejn Settembru 1998 u Mejju 1999? Meta saru dawn il-laqgħat? Xi progress sar s'issa f'dawn il-laqgħat?

Response (REFALO, MICHAEL)

Għandi l-pjaċir ninforma lill-Onor Interpellant li saru diversi laqgħat mill-'M.H.R.A.' kemm f'livell Ministerjali kif ukoll mal-Bord tal-Gvernaturi ta' l-'I.T.S.' sabiex l-Ministeru jikseb appoġġ finanzjarju mill-lukandiera waqt li l-istudenti jkunu fuq il-'work phase' fl-industrija. Ftit tal-ġranet ilu l-'M.H.R.A.' ressqet proposta lill-Bord ta' l-'I.T.S.' Din qed tiġi studjata.
Leg 9 PQ #7502 Sitting 119 1999-06-09 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tat-Turiżmu

Għawdex — Għarb - Bini f'"Tas-Sbejħa"

Question

Peress li hemm illegalitajiet u anke stop notice mill-Planning Authority fuq il-bini "Ta' Sbejħa" f'Monġur Street, Għarb, Għawdex kif dan il-post qed jitħalla jintuża biex jospita regolarment turisti ġo fih?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsijiet numru 6578 u 7039.
Leg 9 PQ #6632 Sitting 118 1999-06-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri li jiffurmaw l-istaff kollu tal-Ministeru tiegħu? Jista' l-Ministru jgħid: 1) meta dawn bdew jaħdmu hemm? 2) x'karigi jokkupaw u xi kwalifikazzjonijiet għandhom? 3) x'salarju u allowances qed jirċievu? 4) kemm minnhom qegħdin bil-kuntratt? 5) kemm minnhom huma seconded u minn fejn huma seconded? 6) min minnhom qed juża karozza tal-gvern? 7) min minnhom jagħmel użu ta' mobile phone? 8) kemm hi l-ispiża tal-kontijiet tal-mobile phones ta' kull wieħed li qed jagħmel użu mill-mobile phones minn meta beda jagħmel użu minnu xahar b'xahar? 9) min minn dawn għandu s-servizz tat-telephone b'xejn fir-residenza privata tiegħu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Qiegħed nehmeż lista tal-membri kollha tas-Segretarjat tiegħi li turi: (i) l-karigi tagħhom; (ii) it-total tan-nefqa individwali bejn Settembru 1998 u Marzu 1999 fuq 'mobile phones' ta' dawk il-persuni li huma ntitolati għall-użu ta' 'mobile phones'; u (iii) d-data effettiva tal-ftehim li ffirma/t kull wieħed/waħda mill- membri ta' l-'istaff' skond il-Memorandum 'Engagement of Staff in Private Secretariats' li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra f'Novembru li għadda - liema 'Memorandum' sarulu xi emendi li wkoll ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra fil-ġranet li ġejjin. Il-kundizzjonijiet l-oħra li dwarhom qed jistaqsi l-Onor Interpellant huma kollha konformi ma' dak imniżżel fil'Memorandum', inkluż il-fatt li m'hemm l-ebda persuna ssekondata minn xi organizzazzjoni parastatali. SEGRETARJAT TAL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU Isem Kariga Nefqa fuq Data Effettiva 'Mobile Phones' tal-Kuntratt Anthony J. Cachia Private Secretary Lm272.72 09.09.98 Charles Micallef Assistant Private St. John Secretary Lm108.52 01.11.98 Francis Albani Policy Co-ordinator - 14.10.98 Maria Portelli Office Co-ordinator - 13.10.98 John R. Aquilina Secretariat Officer - 01.10.98 Lucienne Camilleri Secretariat Officer - 09.09.98 Vincent Tanti Secretariat Officer - 15.10.98 Rose Portanier Secretariat Officer - 17.05.99 Romina Agius Secretariat Pool - 02.11.98 Cutajar Officer Marie Louise Secretariat Pool - 09.09.98 Grixti Officer Audrey Cummings Secretariat Pool - 19.10.98 Officer Alfred Debattista Secretariat Messenger - 01.02.99 Joseph Bonello Driver/Security Officer - 01.10.98 Il-persuni hawn fuq imsemmija huma kollha marbutin b'kuntratt.