Wara r-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 19331, jista' l-Ministru jgħid meta se jintbgħatu l-arretrati issa li reġet għaddiet sena oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-ahhar tnax-il xahar d-Dipartiment kompla johrog izjed refunds ta’ taxxa lill-individwi ta’ kull kategorija. L-ammont imhallas matul dan il-perjodu ghas-snin ta’ qabel l-1998 huwa ta’ Lm2,242,370.”
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru tal-Banek tal-Lottu ġo Malta u dawk ta' Għawdex?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru tal-Banek tal-Lottu hu ta' mija u disgħin. Mija u tnejn u tmenin jinsabu f'Malta u tmienja jinsabu f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet sportivi u oħrajn li jibbenefikaw mill-finanzi tal-logħob tal-lotteriji ta' Malta? Min huma?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawk l-għaqdiet sportivi u oħrajn, li jibbenefikaw jew ibbenefikaw mill-finanzi tal-logħob tal-lotterji ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kumpanija Proximus hijiex tagħmel xi xogħol ta' relazzjonijiet pubbliċi jew xogħol ieħor relatat mal-Ministeru tiegħu, jew xi kumpanija, agenzija jew entita oħra li taqa' taħt ir-responsabilita' tiegħu?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid: X'inhu t-tip ta' xogħol? Kif saret l-għażla tal-kumpanija? Jekk saritx sejħa għall-offerti jew inkella ingħatax b'direct order? Meta l-entita' bdiet tagħmel użu mis-servizzi ta' din il-kumpanija? Xi ħlas sar lil din il-kumpanija min mindu din ingħatat ix-xogħol? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija fit-12 il-xahar li ġejjien? Xi ħlas mistenni jkun dovut lil din il-kumpanija sat-terminu tal-kuntratt, fejn huwa l-każ? Xi inhuwa it-terminu tal-kuntratt fejn huwa l-każ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija fin-negattiv.
B'referenza għall-każ tal-Filippina li waslet f'Malta dan l-aħħar u nqabdet bid-droga, jista' l-Ministru jivverifika u jieħu tweġiba korretta dwar jekk il-media kinetx infurmata b'mod informali qabel kienu infurmati bil-każ b'mod formali? Għaliex il-pulizija kienu infurmati fit-8.10 am bil-qabda meta l-passiġġiera Filippina waslet Malta fis-sebgħa neqsin kwart ta' filgħodu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ħadd min-nies tad-Dwana ma infurmaw lill-Media fuq il-qabda tad-droga la b'mod informali u lanqas b'mod formali.
Il-pulizija, speċifikament lis-Skwadra ta' Kontra d-Droga, ġiet infurmata immedjatament li d-Dwana identifikat li l-bagalja tal-Filippina kellha sustanza li kienet tindika li setgħet tkun droga.
B'referenza għall-każ tal-Filippina li waslet f'Malta dan l-aħħar u nqabdet bid-droga, jista' l-Ministru b'mod kategoriku jiċħad li xi ħadd mid-dwana ċempel lil xi persuna jew persuni fil-media jinfurmhom bil-qabda qabel kienu infurmati l-pulizija? Jista' jgħid kienx hemm xi ħadd b'kariga għolja fid-dwana li nforma lil xi persuna jew persuni fil-media b'mod informali qabel kienu infurmati l-pulizija?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultalix li xi ħadd mid-dwana ċempel lill-Media b'mod informali qabel kienu nfurmati l-pulizija. Jekk l-Onorevoli Membru għandu xi indizji li dan ġara, jgħaddili l-informazzjoni biex isiru l-investigazzjonijiet meħtiġa.
Jista' l-Ministru jgħid il-kumitat tal-Kuntratti kemm ilu jiltaqa' sabiex jiddiskuti l-għoti ta' tenders għall-installazzjoni ta' lifts f'appartament kif organizzat mill-Awtorita' tad-Djar? Liema ġew approvati s'issa? Jekk fin-negattiv, x'qed iżomm mill jibdew jiġu iġġudikati dawn it-tenders?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-aġġudikazzjoni ta’ l-offerti maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar għall- installazzjoni ta’ lifts tlestiet kmieni f’dan ix-xahar u fid-9 ta’ Lulju 2001 id-Dipartiment tal-Kuntratti ħareġ l-ittri ta’ aċċettazzjoni (Letters of Acceptance) kif ġej:
Avviż CT 115/2001 Ta’ Xbiex Block D1
Ta’ Xbiex Block E3
Lija Block A2
Valletta 88 Merchants Street
Kalkara Blk. A Entrance A
Floriana Blk. 5, Triq il-Fosos
Avviż CT 116/2001 Valletta No. 85 St. Nicholas Street
No. 4 West Street
No. 80 Merchants Street
No. 125 St. Paul’s Street
Tarxien Blk A Anetto Caruana Street
Ta’ Xbiex Dlk D3 Qasam Bini tal-Gvern
Avviż CT117/2001 Floriana No. 18, 24 and 39 St. Anne Street
Triq il-Kapuccini
Pieta’ Blocks D2, A2 Triq id-Duluri
Jista' l-Ministru jgħid il-Kumitat tal-Kuntratti kemm ilu jiltaqa' sabiex jiddiskuti l-għoti ta' tender għas-sistema non burn għall-proċess tal-iskart fl-Isptar San Luqa? X'qed iżomm milli jiġi aġġudikat dan it-tender?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din l-offerta ħarġet bil-proċedura hekk imsejjħa tat-tliet envelopes. Fil-preżent qegħdin fl-istadju finali ta’ l-aġġudikazzjoni teknika. Dawk l-offerti li jikkwalifikaw teknikament ikunu eliġibbli għall-ftuħ tal-prezz tagħhom. Għalhekk malli tiġi ffinalizzata l-parti teknika l-għoti tal-kuntratt isir imminenti.
Din l-offerta, li hi waħda teknikament komplessa, għalqet fid-19 t’Ottubru 2000 u l-ewwel rapport wasal għand id-Dipartiment tal-Kuntratti fl-20 ta’ Marzu 2001. Fid-19 t’April saret laqgħa bejn membri tal-Kumitat tal-Kuntratti u dawk tal-Bord ta’ Aġġudikazzjoni u ġie deċiż li jintalbu xi kjarifiki mingħand żewġ offerenti li kienu ser jiġu imwarrba. Dawn il-kjarifiki intalbu fit-8 t’April u r-risposti waslu sal-15 ta’ Mejju. Dawn it-tweġibiet intbagħtu għall-kummenti tal-Bord ta’ Aġġudikazzjoni li wieġeb fit-18 ta’ Ġunju. Wara li dawn ir-risposti ġew miflija mill-Adviser Tekniku tal-Kumitat tal-Kuntratti, fl-10 ta’ Lulju il-Kumitat tal-Kuntratti qabel mal-konklużjoni tal-Bord ta’ Aġġudikazzjoni u cioe’ li dawn iż-żewġ offerti kellhom jitwarrbu.
B’hekk issa fadal erba’ offerti li prima’ facie jidhru li huma teknikament validi. Iżda anke dwar dawn jonqos li jintalbu xi kjarifiki biex qabel jinfetħu l-prezzijiet ikun stabbilit b’mod definit li huma teknikament aċċettabbli minn kull lat. Wieħed jittama li fi ftit ġimgħat oħra jkun deċiż min ser jingħata l-kuntratt. Naturalment ma neskludix il-possibilita li jitressaq xi appell minn xi offerent, f’liema każ il-proċeduri stabbiliti fil-liġi jridu jiġu osservati minkejja li dawn jistgħu jittardjaw xi ftit l-għoti tal-kuntratt.
Nittama li l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-għoti ta’ kuntratt bħal dan jitlob studji bir-reqqa għax ma tistax tieħu deċiżjoni li wara tirriżulta li kienet b’xi mod żbaljata. Naċċertaħ li l-Kumitat tal-Kuntratti qiegħed jgħaġġel kemm jista’ fuq din il-materja, iżda l-Kumitat jiddependi wkoll minn kemm ikollu ‘feedback’ malajr mingħand id-Dipartiment konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fit-12 ta' Lulju 2001 meta l-uffiċjali tad-dwana qabdu d-droga eroina fuq Filippina, għaliex ma kienux infurmati l-pulizija minnufih? Veru li l-media kienet infurmata qabel il-pulizija?
Jikkonferma l-Ministru li dan l-aġir tellef lill-pulizija milli ssegwi għal min kienet destinata d-droga f'Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li għandi dwar il-każ jirriżulta illi d-Dwana għarrfet lill-Pulizija malli kien hemm konferma li t-trab misjub kien eroina.
Id-Dwana ma għamlet l-ebda kuntatt mal-media qabel ma avżat lill-Pulizija.
Jista'l-Ministru jikkonferma rapporti li, kuntrarju għall-indikazzjoni li kont tajt aktar kmieni fis-sena, hemm kumpanniji fl-internet betting li qed jaħsbu biex jitilqu minn Malta minħabba fit-tibdil fit-tassazzjoni fl-Ingilterra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s'issa l-informazzjoni li għandna tindika li kumpannija waħda biss ħadet deċiżjoni li jaqbilla tirripatrija ruħha l-Ingilterra. Wieħed għandu jifhem li deċiżżjoni bħal din tkun anke msejsa fuq motivi kummerċjali u ta' strateġija u positioning tal-kumpannija in kwistjoni, u ċertament influwenzata mit-tibdiliet riċenti imħabbra mill-gvern ingliż fil-liġijiet fiskali relevanti. Huwa mifhum, iżda, illi l-kumpannija in kwistjoni qegħda fl-aħħar negozjati sabiex l-istabiliment tagħha ġewwa Malta jiġi operat minn kumpannija barranija oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-MFSC ikkonkludietx l-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ ta' l-Independent Insurance? Jekk le, meta mistennija tiffinalizza dan l-istħarriġ? Qiegħda f'posizzjoni li tagħmel statement rigward il-posizzjoni tal-policy holders billi diversi enquirers mal-MFSC ħadu tweġibijiet pjuttost evazivi u non-committal?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kumpannija Independent Insurance mhijiex kumpannija Maltija imma hi kumpannija reġistrata barra minn Malta. Għaldaqstant investigazzjonijiet diretti lejha jistgħu jsiru mir-regulator fejn il-kumpannija hi reġistrata u mhux mill-MFSC. Ir-regulatur huwa il-Financial Services Authority fl-Ingilterra u l-awtoritajiet Maltin qed iżommu kuntatt kontinwu ma din l-awtorita'.
Kumpannija li għandha l-uffiċju prinċipali tagħha f’pajjiż barra minn Malta għandha skond l-Att ta’ l-1998 dwar il-Kummerċ ta’ l-Assigurazzjoni iżżomm assi hawn Malta li huma marbuta favur iċ-ċentru. Dawn l-assi jiġu użati biss biex jitħallsu l-obbligi li joħorġu mal-kummerċ ta’ l-assigurazzjoni li l-kumpannija tkun mexxiet f’ Malta.
Għaldaqstant l-investigazzjonijiet li wettqet l-MFSC jikkonċentraw fuq u jikkonċernaw dawn l-assi.
Ta min wieħed jinnota ukoll illi fil-gimgħat li għaddew, l-MFSC ħarġet ukoll żewġ avviżi pubbliċi fil-gazzetti lokali indirizzati lill-
policyholders
tal-
Independent Insurance
f’Malta. F’dawn l-avviżi, li ġew ippubblikati fl-20 ta’ Ġunju u l-4 ta’ Lulju 2001 rispettivament, il-
policyholders
ġew mgħarrfa illi il-kumpannija għandha assi hawn Malta, marbuta f’isem iċ-ċentru, li ser jiġu użati biss biex jitħallsu
claims,return premiums
u obbligi oħra li jkunu dovuti taħt il-poloz.
Jista' l-Ministru jiverifika li l-arretrati tat-Teżor ta' anzjan li l-partikularijiet tagħhom jidhru separatament minn din il-mistoqsija ingħatax skond kemm suppost kellu jieħu peress li huma irċieva biss Lm 280.
Jista' dan l-anzjan jiġi infurmat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jirriżulta li l-persuna kkonċernata ma kienitx ikkommutat il-pensjoni tagħha. Għaldaqstant, ma ħaditx differenza fis-somma.
Jirriżulta wkoll li l-pensjoni tagħha żdiedet minn Lm196.87 għal Lm202.67 (żieda ta' Lm5.80 fix-xahar). Għalhekk l-arretrati tagħha minn meta ħarġet bil-pensjoni (jiġifieri mill-1 ta' Marzu 1998) kienu ta' Lm226.20.
Jista' l-Ministru jikkonferma li għadu kemm ressaq memorandum kunfidenzjali lill-Kabinett dwar il-qagħda prekarja finanzjarja ta' pajjiżna? Minkejja dan kollu tikkonferma rapporti li għal skopijiet elettorali l-Gvern qed jaħdem fuq pjan biex ibaxxi ir-rata tal-income tax?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dawn huma oħrajn minn qlajjiet ivvintati li mdorrija toħroġ bihom l-oppożizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset taxxa tal-boll fuq propjeta bejn Ġunju 2000 - Ġunju 2001? Kemm minn din it-taxxa tħallset mill-Maltin u kemm minn barranin li kellhom AIP Permit? Kemm tħallset taxxa tal-bill fl-istess perjodu sena qabel?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit-taxxa tal-boll fuq trasferimenti inter vivos ta' proprjeta' immobbli kien ta' Lm11,961,957 matul Ġunju 1999 sa Ġunju 2000 u Lm12,497,157 matul Ġunju 2000 sa Ġunju 2001.
Ma tinżammx statistika separata ta' dħul minn dan is-sors mill-barranin u mill-Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-reġistratur tal-kumpaniji kellu xi bażi soda biex jinvestiga l-operat tal-Price Club fid-dawl ta' rapporti dwar din il-ħtieġa li dehru f'The Sunday Times u fil-Business Weekly?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-poteri ta' investigazzjoni ta' kumpanniji li għandu r-Reġistratur tal-Kumpaniji joħorġu minn provvedimenti preċiżi fil-Companies Act, 1995 li jidentifikaw ċirkostanzi speċifiċi fejn u meta r-Reġistratur jista few għandu jagħmel investigazzjoni. Ma jirriżultax li r-Reġistratur tal-Kumpaniji s'issa kellu bażi legali sabiex jinvestiga l-operat tal-Price Club skond il-liġi. Wieħed irid iżomm f'moħħu wkoll li din hija kumpannija privata b'investiment purament privat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ tal-flus mislufa mill-gvern li għadhom jidhru fit-treasury clearance fund u dan kif kien jirriżulta fl-aħħar ta' Marzu 2001?
Jista' l-Ministru jagħti rendikont sħiħ tal-garanziji u letters of comfort li l-gvern kien ħareġ biex jagħmel tajjeb għad-dejn ta' diversi korporazzjonijiet u soċjetajiet, kemm jekk pubbliċi kif wkoll privati, u dan dejjem kif kienu fl-aħħar ta' Marzu 2001?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel paragrafu tista tinkiseb mil-Financial Report 2000.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 21090 f'seduta 424
Jista' l-Ministru jgħid meta ħareġ id-dokument tal-privatistion unit dwar il-Lottu? X'inhu l-prezz tat-tender bids? Meta jgħalqu? Tħoss li ż-żmien mgħoti huwa adegwanti? L-investitur iż-żgħir kif ser jipparteċipa? Hemm xi ħaġa li tobbliga li parti mix-shares jinbiegħu lill-pubbliku in ġenerali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif imħabbar fil-ġurnali, d-dokumenti kienu lesti biex jibdew jinġabru fil-15 ta' Mejju 2001. Il-prezz tat-tender bids kif imħabbar, kien ta' Lm7,500. Kif jidher fid-dokumentazzjoni, l-offerti għandhom jinxteħtu mhux aktar tard mit-13 ta' Awissu 2001. Iva, ż-żmien mgħoti huwa adegwanti. Minħabba n-natura tal-konċessjoni, mhuwiex il-każ li l-investitur iż-żgħir jipparteċipa. Le, m'hemm xejn li tobbliga li parti mix-shares jinbiegħu lill-pubbliku in ġenerali.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26419 dwar kemm kien hemm uffiċjali pubbliċi minn skala 5 il fuq kif wkoll konsulenti mal-Gvern illi mill-ewwel ta' Jannar 2001 ġew mogħtija jew żieda f'xi allowance jew xi allowance ġdid kompletament u x'pozizzjoni qed jokkupaw dawn l-uffiċjali. Jista' jwieġeb din il-mistoqsija b'riferenza għad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid min huma dawn l-uffċijali? Kemm ingħatat żieda jew kemm hija l-allowance l-ġdida għal kull uffiċjal? X'inhija r-raġuni għal din iż-żieda jew allowance li qed tingħata għal kull uffiċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minbarra l-uffiċċjali pubbliċi minn Skala 5 'l fuq li ngħataw żieda fl-expense allowance kif wieġeb il-Prim Ministru fit-tweġiba numru 26417, kien hemm xi uffiċċjali oħra fid-dekasteru tiegħi li ħadu allowance ġdida:
Uffiċċjali Allowance Ġdida Raġuni
Tlett Assistent Diretturi Lm300 fis-sena Action Group on
kull wieħed Excessive Deficit
Reporting
Assistent Direttur Lm300 Qualification Allowance
Adviser Lm400 Minflok free Telephone
Facilities
Jista' l-Ministru jgħid kemm matul l-aħħar sena kien hemm nuqqas ta' gwardjani tad-dwana ma' postijiet fejn huwa meħtieġ skond il-liġi li jkun hemm presenza ta' gwardjani tad-dwana? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn kienu dawn l-okkazjonijiet? Jista' jgħid x'wassal għal dan in-nuqqas u min kien responsabbli?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-użu tal-gwardjani tad-Dwana jsir skond il-prijoritajiet li jkunu stabbiliti fid-dawl tal-ħtiġijiet u n-nies li jkun hemm għad-dispożizzjoni.
Naturalment kollu jrid isir fil-kuntest li ma jinħolqux spejjeż mhux ġustifikati għax faċli ssolvi xi diffikultajiet billi ddaħħal nies bl-overtime.