Tista' l-Ministru tinvestiga l-ilment tal-koppja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li għamlet talba għall-benefiċċju taċ-children's allowance diversi ġimgħat ilu u sal-lum għadha ma bdiet tirċievi l-ebda għajnuna finanzjarja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-każ ta' housing fejn il-ħames membri tal-familja li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, qed jgħixu f'appartament two-bedroomed b'tifel ta' 17-il sena jorqod fil-kamra ta' l-ikel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba tal-persuna Bormliża li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat għall-inizjattiva care and repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet talba għall-għajnuna taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair, dwar l-inkwilini fl-indirizz indikat mill-Onor. Interpellant permezz tal-community worker ta' l-Aġenzija Appoġġ.
Ninsab infurmata wkoll li l-każ ġie riferut għal spezzjoni mill-occupational therapist iżda l-ispezzjoni ma setgħetx issir għax, għalkemm l-occupational therapist ippruvat tikkuntatja lill-inkwilini diversi drabi, qatt ma kellha tweġiba.
Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-inkwilini biex jagħmlu kuntatt huma mat-Taqsima tal-Customer Care ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet in-natura ta' l-abbuż li ġenitur ġibed l-attenzjoni li seħħ, permezz ta' ittra lil ATC Service Manager, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fuq klijenti fl-ATC u li din l-ATC Service Manager ammoniet lil Senior Care Worker quddiem il-ġenituri waqt laqgħa, li għaliha kienu preżenti iċ-Chairman ta' l-Agenzija Sapport u ċ-Chairperson ta' l-Assoċjazzjoni tal-Ġenituri, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, li jibgħatu lil uliedhom fl-ATCs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ittra li rreferiet għaliha l-Onor. Interpellanti kienet waħda anonima. Din l-ittra kienet tallega li care workeruża diskors u atteġġiament nieqsa mir-rispett dovut lejn persuni b'diżabilita'.
Ninsab infurmata wkoll li waqt il-laqgħa ndikata, s-Service Manager spjegat li, filwaqt li hi tinvestiga kull ilment li jaslilha u tieħu l-passi meħtieġa biex tindirizza xi nuqqas, ma kienetx f'pożizzjoni li tieħu passi fuq ittri anonimi. Għalhekk talbet lil kull min ikollu xi lment biex javviċinha personalment biex tkun tista' tieħu l-passi meħtieġa.
Ma jirriżultalix li, dwan dan il-każ, is-Service Manager ammonit lil xi ħadd, inkluż is-Senior Care Worker.
Tista' l-Ministru tgħid kif il-kuntratti u l-proċeduri li jirregolaw l-adult training centres u l-impjegati tagħhom qed jinbidlu mingħajr ma l-kapijiet ta' dawn l-istess ċentri qed ikunu preżenti għad-diskussjonijiet? Għaliex qed isir dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellanti tispeċifika għal liema kuntratti u proċeduri qed tirreferi.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-adult training centres humiex se jkunu organizzati f'ente separata fi ħdan il-fondazzjoni għas-servizzi tal-welfare jew humiex se jkunu parti integrali mill-agenzija Sapport? Jekk se jkunu parti integrali mill-agenzija Sapport, dan ma jfissirx li mhix se tinżamm il-wegħda li ngħataw l-impjegati ta' l-adult training centres mid-diriġenza ta' l-istess fondazzjoni? Jekk l-ATCs se jkunu parti integrali mill-agenzija Sapport, min ħa din id-deċiżjoni u għaliex? Jekk l-ATCs se jkunu parti integrali mill-agenzija Sapport, ma jidhrilhiex il-Ministru li l-agenzija Sapport li llum mhix tlaħħaq ma' l-għanijiet li għaliha twaqqfet minħabba nuqqas ta' riżorsi eċċ, kif fil-fatt ġie kkonfermat mill-istess rapport annwali tal-kummissjoni nazzjonali persuni b'diżabilita', aktar u aktar mhix se tlaħħaq ma' l-esiġenzi ta' riforma li jeħtieġu l-ATCs u li l-gvern ilu jgħid li se jwettaq? Tista' l-Ministru tgħid jekk l-aġenzija Sapport għandhiex ir-riżorsi umani partikolarment ta' speċjalizzazzjoni li jinħtieġu l-ATCs? Jekk iva, min huma l-persuni fl-organizzazzjoni/ġerarkija ta' l-aġenzija Sapport li huma speċjalizzati fuq l-ATCs?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nikkonferma li ċ-Ċentri għall-Persuni b’Diżabilita saru parti integrali mill-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Fondazzjoni. Dan jirrifletti d-direzzjoni politika tal-Gvern, kif murija fl-Estimi għal din is-sena, fejn l-allokazzjoni ta’ fondi għal dawn iċ-Ċentri ġiet integrata flimkien mal-Vot ta’ l-Aġenzija Sapport.
Din id-direzzjoni rriżultat mill-fatt li ma kienx jagħmel sens li jkollok żewġ entitajiet separati li jipprovdu servizzi lil persuni b’diżabilita’ fi ħdan l-istess Fondazzjoni. Fl-istess ħin kien għadda żmien biżżejjed biex l-Aġenzija Sapport tieqaf fuq saqajha u jkollha esperjenza fil-qasam tad-diżabilita’ biex tkun tista’ tieħu din ir-responsabbilta’ b’mod immedjat malli dawn iċ-Ċentri jgħaddu taħt il-Fondazzjoni.
Għal dak li jirrigwarda riżorsi, ninsab infurmata li reċentement, bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, ġiet riveduta l-allokazzjoni ta’ fondi għal din is-sena lill-Aġenzija Sapport, fejn ġiet allokata Lm147,000 addizzjonali li minnhom Lm96,000 huma ntiżi għaċ-Ċentri għall-Persuni b’Diżabilita.
Kemm iċ-Chief Operations Officer ta’ l-Aġenzija Sapport kif ukoll is-Service Manager responsabbli għaċ-Ċentri huma persuni b’esperjenza fil-qasam tad-diżabilita’. Dawn, flimkien mal-kontribut li għandhom x’jagħtu l-impjegati taċ-Ċentri, għandhom iwasslu biex jingħata servizz aħjar lill-klijenti ta’ dawn iċ-Ċentri.
Tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ ta' persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna l-appell mill-arbitru peress li ilha ma tirċievi xi forma ta' dħul finanzjarju mill-aħħar ta' Diċembru 2006, minbarra li din hija marida b'depression? Jista' jitmexxa dan il-każ uman għall-aħħar u l-persuna tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara li persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tiġi megħjuna biex tara jekk hix intitolata għall-pensjoni ta' l-Ingilterra? Tista' tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tikkonsidra l-każ ta' single mother li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, bi tlett itfal li kellha ddaħħalhom f'home għax kulma għandha dħul hu Lm19 fil-ġimgħa? Tista' tinvestiga dwar dan il-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li mill-ammont ta' Għajnuna Soċjali dovut lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed jitnaqqas ħlas żejjed li ħadet f'din l-Għajnuna u fiċ-Children's Allowances għax ma nfurmatx lid-Dipartiment li t-tfal ma kienux jgħixu magħha.
Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tara għaliex persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatgħulha l-benefiċċju tal-mard meta kulma għandu huwa Lm153? Tista' din il-persuna tiġi nformata bl-aħħar żviluppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-benefiċċju tal-mard lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant twaqqaf meta din bdiet titħallas pensjoni taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjlai b'rata ogħla minn dak il-benefiċċju.
Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-fondi vvutati għall-aġenzija Sapport mhumiex maqsumin skond l-aspetti ewlenin ta' l-operat tagħha imma globalment?
Tista' tagħti breakdown tal-flus li ġew ivvutati biex jintnefqu fuq l-adult training centres għal persuni b'diżabilita' u l-breakdown tal-flus li ġew ivvutati fuq id-djar residenzjali għall-persuni b'diżabilita'?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħal fil-każ taż-żewġ Aġenziji l-oħra taħt il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta' Ħarsien Soċjali, il-fondi għall-Aġenzija Sapport jiġu vvutati globalment. Dawn l-allokazzjonijiet jinqassmu skond l-aspetti ta' l-operat ta' Aġenzija rispettiva internament.
Ninsab infurmata li l-Ministeru tal-Finanzi rreveda l-allokazzjoni ta' fondi għall-Aġenzija Sapport għas-sena 2007 għal total ta' Lm2,217,000, li minnhom Lm1,527,000 ġew allokati għaċ-Ċentri għall-Persuni b'Diżabilita' u Lm690,000 għas-servizzi l-oħra li jingħataw mill-Aġenzija, inkluż djar residenzjali għall-persuni b'diżabilita'.
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy dwar persuni li jkunu għadhom ħerġin mill-ħabs u m'għandhomx fejn joqogħdu? Ma taħsibx il-Ministru li meta persuni bħal dawn nitfgħuhom fit-triq bla saqaf fuq rashom u bla possibilita' ta' mpjieg, inkunu qed nesponuhom għall-probabilita' li jerġgħu jiżbaljaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Każijiet ta' persuni li jiġi ppruvat li ġenwinament ma jkollhomx fejn joqgħodu jingħataw prijorita' mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Dan japplika wkoll għall-kategorija ta' persuni ndikata mill-Onor. Interpellant.
Irrid infakkar lill-Onor. Interpellant li f'pajjiżna hawn bosta djar li jagħtu kenn lill-persuni li joħorġu mill-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin u ma jkollhomx saqaf fuq rashom. Il-Gvern għadu kif għadda dar f'Bormla lill-"Għaqda mid-Dlam għad-Dawl" proprju għal dan il-għan u l-Awtorita' tad-Djar qed tgħin biex din id-dar titranġa biex tipprovdi kenn lil dawn in-nies, flimkien ma għajnuna u appoġġ li għandhom bżonn.
Tista' l-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' koppja minn Birżebbugia, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'post ikkundannat u skond id-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali għandu 274 punt u sal-lum qatt ma kienu provduti post alternattiv għall-ħteġijiet tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-każ indikat mill-Onor. Interpellant qed jiġi kkunsidrat bħala wieħed ta’ prijorita’ mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjana armla, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibbenefika mill-inizjattiva Care and Repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, mir-rekords ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, ma jirriżultax li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qatt għamlet talba biex tibbenefika mill-inizjattiva tal-Care and Repair.
Ninsab infurmata wkoll li, b’dankollu, fil-futur qarib l-Awtorita’ ser tispezzjona l-fond indikat biex tivverifika jekk il-persuna tistax tibbenefika minn din l-inizjattiva.
Tista' l-Ministru tara li l-anzjan, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u li qed jgħid li għandu post bil-kera għolja, m'għandux fejn jonxor u qed ikollu ħafna spejjeż biex juża t-tumble dryer, ssirlu spezzjoni biex tkun riveduta l-kera u biex ikun ikkonfermat iċ-ċokon ta' dan il-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li s-sussidju fuq il-kera tal-fond indikat mill-Onor. Interpellant liema sussidju ġie stabbilit għal 50%, inħadem is-sena l-oħra.
Tista' l-Ministru tara fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-applikazzjoni għal għotja li tgħin lis-sidien fil-bini, irranġar u jew tkomplija ta' l-ewwel residenza, ninsab infurmata li l-applikazzjoni mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant waslet għand l-Awtorita' tad-Djar fis-27 ta' Frar, 2007.
Ninsab infurmata wkoll li l-Awtorita' qed tipproċessa din l-applikazzjoni li qiegħda fi stadju li jsiru l-verifiki meħtieġa biex jiġi kkonfermat li l-proprjeta' hi fil-fatt l-ewwel abitazzjoni ta' l-applikanti.
Familja u Solidarjeta' Soċjali — Kiri ta' vannijiet u trakkijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm inkrew vannijiet u trakkijiet bid-driver u mingħajr, mill-ministeru u enti oħra li jaqgħu taħtha matul is-sena 2006 sal-lum, xahar b'xahar, u jgħid l-ispiża x'kienet f'kull każ u mingħand min saret il-kirja?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Post alternattiv
Question
Tista' l-Ministru tara li s-single parent, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'fond ma' sitt persuni oħra u li jaqsmu kamra tal-banju waħda, u li m'għandhiex mezzi finanzjarji biex tikri mis-settur privat, tkun ipprovduta post alternattiv mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.