B'riferenza għat-tweġiba parlamentari nru. 17925, issa li għaddew sitt xhur, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji barranin ta' l-IT interessati li jagħmlu sħab mal-Gvern Malti fuq il-proġett ta' l-E-Government
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Gvern behsiebu johrog sejha pubblika internazzjonali fil-gimghat li gejjin biex kumpaniji interssati formalment jesprimu l-interess taghhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-fond bl-indirizz 146, St Paul Street, Valletta, jirriżultax li hu maqbud mill-qrati? Jekk fl-affermattiv, peress li jirriżulta li dan il-fond hu fi stat perikoluż u ta' danni għal terzi, jista' jitneħħa dan il-perikolu?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn ricerki li saru ma jirrizultaxli c-cwievet tal-fond imsemmi huma depozitati taht l-Awtorita' tal-Qorti.
Jista' l-Ministru jgħid mill-introduzzjoni tal-gwardjani lokali kemm kien in-numru tal-karrozi tal-linja - xarabanks - mini-buses, taxis u coaches li ngħataw xi tip ta' ċitazzjoni mill-istess gwardjani lokali?
Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet u għal-liema kontravenzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li l-informazzjoni trid tingabar naghti twegiba f`seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas globalment għax-xogħol ta' l-esperti fl-inkjesti tal-qrati; u għax-xogħol ta' interpreters u dan għas-snin 1998 u 1999?
Jista' jgħid kemm hemm avukati li jiġu nominati f'dan ix-xogħol, ossia fis-sena 1998 u fis-sena 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sentenzi kollha li ngħataw mill-Qorti Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem in konnessjoni ma' Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Membru hu mitlub li juza l-`web site` ta` dan il-Ministeru (justice.magnet.mt) li ghandha `link` ghall-`web site` tal-Qorti msemmija minnu u min fejn jista jara kull decizjoni li jixtieq.
Jista' l-Ministru jgħid sa minn meta twaqqaf il-Qorti Kostituzzjonali wara l-Kostituzzjoni 1974, kemm-il darba instab li nkissret il-kostituzzjoni? Meta? X'kienu l-każijiet? Kemm minn dawn il-każijiet kien hemm ksur tad-drittijiet tal-bniedem? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn id-deċiżjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tirrikjedi ricerka manwali fuq kull kawza individwali li tiehu tul konsiderovoli ta' zmien biex issir. Dan billi kull kawza kostituzzjonali li dahlet mill-1974 sal-lum, inkluz dawk appellati, jehtieg li tinstab id-decizjoni ta' kull wahda u ssir debita ricerka fuqha.
L-Onorevoli Interpellant hu ghalhekk mitlub jikkonsulta l-volumi pubblikati tas-sentenzi tal-Qorti Maltin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas globalment għax-xogħol ta' l-esperti fl-inkjesti tal-qrati; u għax-xogħol ta' interpreters u dan għas-snin 1998 u 1999?
Jista' jgħid kemm hemm avukati li jiġu nominati f'dan ix-xogħol, ossia fis-sena 1998 u fis-sena 1999?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni ghadha qed tingabar ir-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' fondi li l-Gvern għadda lill-assoċazzjoni tal-kunsilli lokali f'dawn l-aħħar tliet snin?
Kemm minn dawn il-fondi ntefqu fuq safar, kull sena, kemm saru safriet, għal fejn saru, ġo liema pajjiż, min siefer fuq kull safra?
Kemm nefqet l-assoċazzjoni kull sena fuq attivitajiet li saru ġo lukandi kemm Malta, kemm Għawdex kull sena u x'kien l-iskop ta' l-attivita'?
Response (GATT, AUSTIN)
L-allokazzjoni ta` fondi lill-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali mill-Gvern Centrali f`dawn l-ahhar tliet snin kienet hekk:
l997 LM 30,000
1998 LM 28,500
1999 LM 30,000
Fl-istess perjodu Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kellha dawn l-ispejjez ghas-safar.
1997 LM 9,821 28 safra
1998 LM 8,594 26 safra
1999 LM 9,878 24 safra
L-Assocjazzjoni topera skond ir-Regolamenti ta` l-1994 dwar l-Assocjazzjoni ta` l-Awtoritajiet ta` Gvern Lokali (Avviz Legali 153 ta` l-1994) kif emendat bl`Avviz Legali 195 ta` l-1999. Twaqqfet `bl-ghan li thares u ggib `l quddiem l-interessi komuni tal-Kunsilli Lokali kollha, u li tkun tirraprezenta, unikament ghall-finijiet ta` dawn ir-regolamenti, lill-Kunsilli Lokali kollha, sew f`Malta sew barra min Malta kif ukoll f`assocjazzjonijiet internazzjonali ta` awtoritajiet ta` gvern lokali`.
Barra minn hekk hija korp b`personalita` guridika distinta u s-sitt membri tal-Kumitat Ezekuttiv jigu eletti mill-Kunsillieri kollha fil-kariga skond l-istess regolamenti.
L-Assocjazzjoni tagixxi skond l-ezigenzi u l-prijoritajiet taghha. Mis-sena 1999 il-kotba bdew jigu audited mill-Udituri tal-Gvern Lokali u tpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Assocjazzjoni torganizza ukoll laqghat ghas-Sindki u Vici Sindki. Dawn il-laqghat isiru b`rotazzjoni f`kull regjun (Malta Xlokk, Malta Majjistral u Ghawdex) u l-ispiza f`dawn l-ahhar tliet snin kienet hekk:
1997 LM 3,312
1998 LM 2,052
1999 LM 3,612
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħek qed tipparteċipa? Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni? Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-kooperazzjoni proposta bejn il-Gudikatura u l-Ufficcju tal-Avukat Generali f`Malta u dawk tal-pajjizi membri tal-Unjoni Europeja mhix indikata ghalissa bhala participazzjoni f`xi programm specifiku mniedi mill-Unjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-Kummissjoni tal-Korruzzjoni dwar allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fl-impjieg fil-Freeport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li risposta tinghata f`seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema mod qegħdin jiġu preskritti ċ-ċitazzjonijiet maħruġa mill-gwardjani lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Citazzjonijiet preskritti, kemm jekk hargu minn gwardjani lokali u kemm jekk hargu minn pulizija, jigu preskritti ghax meta ufficcjal tal-posta iwassal it-tahrika ma jsib `il hadd fir-residenza ta` l-imharrek. Ta` min jghid izda li minn meta bdiet is-sistema ta` l-infurzar lokali, ir-rata ta` preskrizzjoni ta` citazzjonijiet naqset bil-bosta.
Jista' l-Ministru jgħid x'linji ta' kodiċi t'etika u regolamenti amministrativi jeżistu biex jirregolaw il-ħidma tas-segretarji tal-kunsilli lokali?
Jista' l-Ministru jgħid speċifikament x'inhu l-rural tas-segretarju/i meta dan jkollu wkoll karigi politiċi?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kodici ta` Etika ghall-impjegati fis-Settur Pubbliku japplika ukoll ghas-Segretarji Ezekuttivi tal-Kunsilli Lokali u l-Hidma u l-impjieg taghhom huwa irregolat bil-Att ta` l-1993 dwar il-Kunsilli Lokali (Kap. 363) u r-Regolamenti u l-Proceduri relatati.
Is-sehem taghhom fil-politika hija ukoll regolata bl-istess kodici.
Jista' l-Ministru jara biex il-ġbir ta' l-iskart li jinġabar f'Old Bakery Street, Valletta mis-7.00 pm 'il quddiem, jinbidillu l-ħin, peress li joħloq obstruction u aħna l-membri parlamentari jkollna neħlu ħafna ħin nistennew it-tul tat-triq kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Bhal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, il-Kunsilli Lokali huma korpi statutorji ta` gvern lokali b`personalita` legali distinta u fil-qadi tal-funzjonijiet taghhom jagixxu skond il-prijoritajiet, esigenzi u l-mezzi taghhom.
Ghaldaqstant nissuggerixxi l-Onorevoli Membru li tirreferi l-mistoqsija taghha lill-Kunsill tal-lokalita` billi l-funzjoni li qed tirreferi ghaliha, fil-fatt hija wahda mir-responsabbilitajiet tal-Kunsilli.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm l-Att li bih twaqqfu l-Kummissarju tal-Ġustizzja jgħid espressament li r-reġistru tagħhom għandu jkun r-reġistru tal-maġistrati, sal-lum f'Għawdex id-dokumenti kollha qegħdin jinżammu fil-kunsill lokali u l-uffiċjali tal-qorti f'Għawdex li jipproċessaw dokumenti u lanqas jinżammu hemm atti li għandhom x'jaqsmu max-xogħol tal-Kummissarju tal-Ġustizzja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tinghata f` seduta ohra.
Jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar kemm hemm inkjesti tal-qorti pendenti li għadhom ma ġewx magħluqa?
Taħt liema maġistrati jinsabu?
Fuq liema inċidenti qegħdin isiru dawn l-inkjesti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tingabar u r-risposta tinghata f`seduta ohra.
Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali — Karti bla watermark
Question
Jista' l-Ministru jgħid fid-dekasteru tiegħu, cost centre, b'cost centre, kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000?
Kemm inxtraw riżmi ta' karti bla watermark għal kull cost centre? Minn fejn inxtraw
Response (GATT, AUSTIN)
In-nefqa għax-xiri ta' karti bla watermark fis-sena 2000 kienet hekk:-
Segretarjat tal-Ministru:
Cost Centre 001:- 268 Riżma (Lm 455.71)
Dawn inxtraw hekk:-
83 Riżma mingħand 'Palmyra'
4 Riżmi mingħand Giov. Muscat Co. Ltd
100 Riżma mingħand Galaxy Ltd
5 Riżmi mingħand E.Masitre Firm
76 Riżmi mingħand L.Pullicino
Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti:
Cost Centre 002 - 103 Riżmi (Lm 193.21)
Dawn inxtraw hekk:
65 Riżma mingħand L.Pullicino
38 Riżma mingħand 'Palmyra'
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali - NIL
Qrati tal-Ġustizzja - NIL
Dipartiment tal-Kunsilli Lokali - NIL
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari nru. 22492, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn iċ-ċitazzjonijiet jistgħux jiġu preskritti? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru li sal-lum ġew preskritti?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni fuq in-numru ta' 10,669 kontravvenzjonijiet li ġew preskritti kienet annessa ma mistoqsija parlamentari 22492