Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35713 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Priġunieri — Home leave

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' priġunieri li ħadu home leave din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta` Jannar sat-30 ta` Settembru 2002 ġew approvati 232 talba għal Prison Leave. Infurmat ukoll li kienu 84 priġunier li ibbenefikaw minn dawn il-visti.
Leg 9 PQ #35714 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Barrieri — Liċenzji

Question

Jista' il-Ministru jgħid illum kemm hawn barrieri liċenzjati u kemm hawn barrieri li mhux qed jintużaw?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Malta u Għawdex illum hawn 100 barriera liċenzjati. In-numru ta` barrieri li preżentament jidher li mhux jitqatta` blat minnhom huwa ta` 67.
Leg 9 PQ #35715 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħabs — Pieni ta' ħabs

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li weħlu pieni ta' ħabs din is-sena? Kemm kienu nisa, kemm irġiel, kemm weħlu u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Settembru 2002, ġew mogħtija mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex 190 sentenza karċerarja. Tmienja ingħataw lil-persuni feminili u 182 lil-persuni maskili. Sentenzi:- Ġurnata sa tlettin ġurnata 51 Minn xahar sa sitt xhur 39 Minn sitt xhur sa sena 32 Minn sena sa sentejn 28 Minn sentejn sa erbgħa snin 20 Minn erbgħa snin sa għaxar snin 12 Minn għaxar snin sa ħmistax–il sena 3 Minn ħmistax-il sena sa għoxrin sena 1 Minn għoxrin sena il-fuq 2 Għomor ( life ) 2 Total 190 Akkużi:- Tibdil ta’ multi f`ħabs jew nuqqas ta’ ħlas ta multi 27 Relatati ma` immigrazzjoni 13 Relatati ma` droga 55 Theddid fuq il-persuna 11 Stupru, immoralita` 5 Ġrieħi ta` natura gravi 3 Ħrib minn post ta` kustodja 16 Serq jew serq aggravat 28 Ksur ta` probation jew relatati ma` qrati (disprezz) 9 Omiċidju volontarju jew attentat omiċidju 3 Oħrajn 20 Total 190
Leg 9 PQ #35717 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Reati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew convicted of a criminal offence persuni din is-sena? Jista' jagħti breakdown tar-reati kommessi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena, kien hemm 4,003 persuna li ġew misjuba ħatja ta` reati kriminali. Ir-reati kienu jinkludu omiċidju, serq, frodi, droga, ħsara volontarja, falsifikazzjoni, offiżi fuq il-persuna, prostituzzjoni, offiżi sesswali, theddid u ksur ta` bon ordni.
Leg 9 PQ #35718 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti — Minorenni

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ittellgħu minorenni l-qorti din is-sena? X'eta` kellhom u x'kien ir-reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l-ewwel disa` xhur ta` din is-sena tressqu l-Qorti 44 persuna taħt is-sittax-il sena. Ir-reati li dwarhom kienu akkużati kienu kif ġej: Ħebb fuq il-persuna Ksur ta` bon ordni Ma obdiex ordnijiet leġittimi Omiċidju Pussess ta` arma u munizjon Pussess ta` droga Rapport falz Sewqan mingħajr liċenzja Theddid Riċettazzjoni
Leg 9 PQ #35743 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Tindif — Skola Primarja ta' Ħal Tarxien

Question

Jista' il-Ministru jara li titnaddaf l-open space li hemm quddiem l-iskola primarja ta' Ħal Tarxien minħabba l-ammont ta' żibel li jeżisti u minħabba li minn din l-area jgħaddu ħafna tfal għall-iskola?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Leg 9 PQ #35751 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Ħaġar Qim u Mnajdra — Investigazzjoni mill-pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid fejn waslet l-investigazzjoni tal-pulizija dwar il-ħsara irreparabbli li saret lit-tempji ta' Ħaġar Qim u l-Imnajdra? Jista' jikkonferma jekk il-pulizija għadhiex tinvestiga dan il-każ? Meta bagħtet għall-aħħar nies biex tinterrogahom fuq il-każ, il-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għadhom qed ikunu investigati mill-Pulizija.
Leg 9 PQ #35767 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Kodiċi Kriminali — Emendi

Question

Huwa possibli li l-Ministru jgħid meta ser jidħlu fis-seħħ il-provvedimenti ta' l-emendi riċenti tal-kodiċi kriminali dwra il-patteġġjament (plea bargaining)?

Response (BORG, TONIO)

Qed isiru diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Ġustizzja dwar dan.

Pulizija — Special Duty Allowance

Question

Jista' il-Ministru jgħid, fil-korp tal-pulizija liema huma dawk it-taqsimiet li jaqgħu taħt special duty allowance? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji neċessarji sabiex jittieħed dan l-allowance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-Taqsimiet fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li fil-preżent huma ntitolati għal din l-allowance huma: Special Assignment Group; dawk li jagħmlu xogħol mingħajr uniformi fid-Dipartiment tal-Investigazzjoni Kriminali, inkluż it-taqsimiet tad-Droga Frodi u Vizzji; Special Branch; Forensika u Prosecutions Unit.
Leg 9 PQ #35822 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Qorti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija 33918, jista' il-Ministru jinformani jekk hemmx aktar żviluppi fil-każ imsemmi? Jista' wkoll jinforma lill-Kamra jekk hemmx kawża l-qorti għaddejja u jekk le, meta hemm il-ħsieb li l-art involuta terġa' toħroġ għall-offerti?

Response (BORG, TONIO)

Kif diġa` għedt fit-Tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33918, għalissa id-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu l-ebda ħsieb li din l-art terġa` toħroġ bl-offerti. Ma hemm ebda kawża il-Qorti kontra il-Kummissarju tal-Artijiet rigward din l-art.
Leg 9 PQ #35824 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dual Citizenship

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li ħadu d-dual citizenship, u mill-liema pajjiżi huma fiż-żmien ta' bejn il-25/06/02 sa' l-aħħar ta' Settembru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #35848 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: ANGELO FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Għargħur

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex għadhom għaddejjin l-illegalitajiet f'xogħol ta' kostruzzjoni fi Triq Fidel Zarb, Għargħur?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika il-lok fejn dawn l-illegalitajiet ta` xogħol ta` kostruzzjoni għadhom sejrin.
Leg 9 PQ #35977 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' il-Ministru jara jekk hux possibli li l-MEPA tgħid x'inhi r-raġuni li parti żgħira minn Triq id-Dwiemes, Żejtun li qed issir bħalissa se tiġi dejqa madwar 18-il pied meta l-kumplament tat-triq hi ferm aktar wiesgħa? Billi lir-residenti qalulhom li din ġiet ippjanata hekk mill-MEPA, hemm raġuni għaliex din il-parti żgħira tat-triq se tiġi daqstant dejqa? X'inhi r-raġuni li l-bankina f'dil-parti dejqa tat-triq se tiġi wiesgħa għal aktar minn metru fuq kull naħa tat-triq? X'passi ttieħdu wara petizzjoni li saret mir-residenti li joqogħdu fil-parti ta' din it-triq u li ġiet ippreżentata lill-MEPA li lmentaw fuq il-fatt li quddiemhom it-triq se tiġi daqstant dejqa? Kif għadha ma saritx it-triq, possibli jittieħdu passi immedjati biex din il-parti tat-triq titwessa ftit ieħor għax hemm min għandu inġenji kbar li ma jistax joħroġhom mill-garaxx?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat kif ġej:- Il-parti d-dejqa ta` Triq id-Dwiemes, Żejtun ġiet skemata fl-1997, wara talba mis-sidien kollha ta` l-art. Il-wiesgħa tat-triq għandu jkun ta` 8m (26 pied) li jitkejjel minn faċċata għall-faċċata. Dan sar fuq talba ta` dawk li kienu proprjetarji ta` l-art fl-1997. Dwar il-wiesgħa tal-bankina, hija prattika li dawn jiġu ddisinjati b`wisgħa ta` 1.5m (5 piedi) biex ikunu jistgħu jimxu n-nies minn fuqhom mingħajr ma jkollhom jinżlu fil-karreggata. Sabiex titwessa` t-triq, irid ikun hemm qbil mis-sidien kollha kkonċernati, biex jitressaq l-allinjament tal-bini lura. Dwar il-kwistjoni ta` l-inġenji l-kbar, il-MEPA ser tinvestiga l-każ, għaliex il-permessi tal-bini kollha li ħarġu fuq din il-parti tat-triq, kellhom kundizzjoni li l-garaxx jintuża biss minn karozzi privati. Għalhekk, jekk hemm min għandu nġenji kbar fil-garaxx, dan mhux qed isir skond il-permess ta` l-iżvilupp.
Leg 9 PQ #35571 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA — Scrap Yards

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm scrap yards liċenzjati f'Malta? F'liema lokalita' huma? Il-MEPA taf b'xi scrap yards illegali f'Malta? Ser timxi bl-istess mod u tneħħihom minnufih kif għamlet f'Għawdex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hawn 8 liċenzji tal-Pulizija li jkopru scrap yards. Dawn jinsabu kif ġej: - 2 f`Ħal Luqa u 1 f`kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: Kalkara, Għaxaq, Żejtun, Mosta, Burmarrad u San Pawl il-Baħar. L-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar taf li hawn il` fuq minn 60 scrap yard oħra f`Malta mingħajr permess. Minħabba l-iskala ta` l-operazzjoni huwa previst li l-'iscrapyards' ta` Malta jitneħħew fuq medda ta` żmien u mhux kollha f`daqqa. Ta' min jinforma lill-Onor. Membru li f'dawn l-aħħar sentejn tneħħew mill-MEPA sittax-il scrapyard f'Malta u tmienja f'Għawdex.
Leg 9 PQ #35636 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'permessi jekk inħarġu, qed jinħarġu biex isiru mnasab mat-triq ta' l-irdumijiet ta' Ħad-Dingli (bejn il-Qaws u l-Fawwara) liema bini mhux biss qed ikerraħ imma jħassar l-ambjent?

Response (BORG, TONIO)

Fuq is-sistema ta` informazzjoni ta` l-Awtorita` ta` Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar m`hemmx irreġistrati permessi li fl-iżvilupp propost jinkludu l-kliem "mansab", "mnasab", "bird", "dura" jew "duri".
Leg 9 PQ #35646 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Joint Office

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk persuna li tgħix f'post tal-joint office tistax issir sid ta' darha? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid kif tkun applikata din l-iskema?

Response (BORG, TONIO)

Bħal ma tħabbar fid-diskors tal-Budget għas-sena 2002 il-gvern impenja ruħu li jbiegħ, jew jifdi ċ-ċens ta` dawk il-postijiet kollha, amministrati mill-Uffiċċju Konġunt, diment illi huma użati bħala residenza ordinarja u/jew bħala postijiet ta` villeġjatura. Biex wieħed japplika għandu jikteb ittra fejn jinforma lil Uffiċċju Konġunt li jixtieq jixtri jew jifdi ċ-ċens. Ma` l-ittra għandha tintbgħat kopja ta` l-aħħar irċevuta. Il-prezz jiġi ffissat mill-Uffiċċju Konġunt skond paramentri definiti u l-applikant jiġi infurmat biex ikun jista` jiddeċiedi jekk jersaqx għal kuntratt.
Leg 9 PQ #35671 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Gżira - Bejgħ ta' Pitrolju

Question

B'riferenza għall-mistoqasija parlamentari dwar l-istess suġġett li ġiet imwieġba f'seduta 782 tas-16 ta' Settembru, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu jew ser jieħdu l-pulizija talli l-persuna indikata qiegħda tbigħ il-pitrolju bl-imnut baxx baxx lir-residenti tagħha f'Moroni Street, Gżira, b'inkonvenjent u b'periklu għar-residenti fl-inħawi li diġa` ressqu protesti lill-awtoritajiet u lill-kunsill lokali, Gżira?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kompliet issegwi dan l-ilment u minn diversi spezzjonijiet li saru ma rriżultax li qed isir bejgħ ta` pitrolju mill-garage imsemmi.
Leg 9 PQ #35678 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Imtarfa — Art Pubblika

Question

Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux minnu li: (a) persuna residenti l-Imtarfa ngħatat art diġa` pubblika bi qbiela, fejn inbnew żewġ stalel u mansab kbir qalb il-bini; (b) jekk l-istess stalel għandhomx u humiex koperti b'permess tal-bini mingħand il-MEPA? (c) jekk minkejja rapporti minn diveri residenti fl-inħawi l-lands department ħax passi sabiex din l-art terġa' tiġi fil-pussess tagħha u kull aġir illegali jiġi ritratt; (d) jekk hux minnu illi anke l-kap ta' l-iskola għamel diversi rapporti fuq l-istess u sal-lum baqa' bla risposta effettiva? vide pjanti annessi

Response (BORG, TONIO)

Għal dak li jirrigwardja id-Dipartiment tal-Artijiet, ninsab infurmat kif ġej:- Il-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, ġiet mogħtija l-art b`kirja għal skop ta` ġnien, u mhux bi qbiela. Minn spezzjoni li għamel id-dipartiment, irriżulta illi fuq l-art imsemmija ma hemmx stallel u l-unika irregolarita` li hemm fuq din l-art, huwa mansab. L-istallel imsemmija jinsabu fuq art li qiegħda tiġi amministrata mill-Awtorita` tad-Djar. Kien hemm rapport wieħed biss minn persuna waħda. Id-dipartiment qiegħed jieħu l-passi neċessarji sabiex il-mansab jitneħħa. Ma jirriżultax mill- files illi l-kap tal-iskola għamel xi rapporti lil dan id-dipartiment, fuq dan il-każ. Infurmat ukoll illi l-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar qed tinvestiga il-każ.

Door Renumbering

Question

Jista' il-Ministru jgħid jistax isir renumbering ta' Triq Clarence Pieta' minħabba d-diffikultajiet li hemm minħabba duplikazzjoni ta' numri?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ta` l-Infrastruttura u Riżorsi.
Leg 9 PQ #35600 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

EIA — Rapport

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-EIA propost mill-Profs. P. F. Schembri u Joe Borg in konnessjoni mal-permess li ngħata riċentement ġewwa Bengħajsa? Qed ngħaddi l-application no. in konnessjoni ma' dan ir-rapport b'mod separat.

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mitlub mill-Onor. Interpellant. L-Onor. Membru nittama li japrezza li din l-informazzjoni qed tingħata minħabba t-tibdiliet fil-liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp, u r-Regolamenti tal-EIA`s li daħħal dan il-Gvern, li permezz tagħhom hemm aċċess għal pubbliku għal din l-informazzjoni.