Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #1433 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Studenti barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti barranin jattendu xi kors l-Universita' ta' Malta fil-perjodu 1999-2003? Minn liema pajjiżi kienu jew huma dawn l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bin-numru ta' studenti barranin li jattendu xi kors l-Universita' ta' Malta bejn l-1999 u l-2003.
Leg 10 PQ #1131 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Robert Sammut Complex — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Minsitru jgħid x'xogħol sar fir-Robert Sammut Complex f'din l-aħħar sena? Jista' jagħti n-nefqa b'mod separat? Jista' jgħid ukoll x'użu għandu dan iċ-ċentru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-kumpless Robert Sammut sar xogħol ta' restawr, tiġdid u tisbieħ matul din l-aħħar sena. Il-faċċata ġiet restawrata b'teknika li tikkonserva l-bini (mir-Restoration Unit tal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura) filwaqt li s-sular t'isfel ġie mibdul u billi saru modifikazzjonijiet, ġiet stallat sistema ġdida elettrika u oħra awdjo-viżiva, PA System, inbidlet l-art, l-aperturi u l-għamara, twaħħlu air-conditioners u soffitti, saret stallazzjoni ta' lift biex il-bini kollu jkun aċċessibbli minn persuni b'diżabilita', twaħħlu faċilitajiet sanitarji ġodda u l-kumpless ġie kkonnettjat direttament mad-drenaġġ. Fis-sular ta' fuq sar xogħol ta' restawr u tiġdid fis-sala billi tqaxxret miż-żebgħa antika filwaqt li nżebgħu biss il-gwarniċi u iz-zokklatura b'kuluri addattati. Sar ukoll titjib fis-sistema elettrika, faċilitajiet sanitarji ġodda, iċċaqlaq il-Wellis Organ sabiex is-sala tkun konformi mar-regolamenti tal-fire exit u twaħħlu twieqi ta' l-istained glass , fost xogħolijiet oħrajn. Għad hemm tender pubbliku li qed jiġi evalwat mill-Kumita ta' l-Għażla tad-Dipartiment tal-Kuntratti, li jinkorpora stallazzjoni ta' palk u raised flooring b'sistema integra ta' air conditioning u ventilazzjoni, alarm, kif ukoll pannelli akustiċi għal smiegħ aħjar. Tender oħra li għadha qed tiġi evalwata hi dik tas-siġġijiet filwaqt li tender għas-servizzi awdjo-viżivi ġiet evalwata u l-kuntratt ingħata. Iċ-ċentru ser jintuża għal programmi ta' ħidma dwar il-litteriżmu, konferenzi, seminars, korsijiet ta' taħriġ u attivitajiet kulturali u edukattivi. Barra minn hekk, saret ukoll applikazzjoni sabiex jiġi kostruwit substation ta' l-elettriku biswit il-ġnien pubbliku, ħalli titjieb is-supply tad-dawl. Rendikont tan-nefqa s'issa hi hawn annessa u qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1138 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — complementary teachers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn complimentary teachers u x'inhu x-xogħol tagħhom? Jista' jgħid ukoll jekk hux se joħorġu sejħiet sabiex in-numru ta' dawn il-complementary teachers jiżdied?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hawn 74 'Complementary Teachers, 10 minnhom f'Għawdex. Ix-xogħol ta' dawn l-għalliema hu li jgħin lil dawk it-tfal li jiġu identifikati mill-għalliema tagħhom li għandhom problemi fil-'literacy' u fin-'numeracy'. L-għalliema tal-'Complementary' jiktbu profil ta' l-istudenti u jifformaw program ibbażat fuq 'Literacy, Oracy and Numeracy'. Dawn l-għalliema jew ikunu bbażati full-time fl-iskola jew jaħdmu ma' żewġ skejjel differenti. Jagħtu servizz lit-tfal fil-Years 1 - 4 u xi drabi wkoll lil dawk fil-Years 5 u 6. Mhux il-ħsieb li joħorġu sejħiet sabiex in-numru ta' l-għalliema tal-Complementary jiżdied.
Leg 10 PQ #1168 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu l-ombudsman ta’ l-Universita`? Meta ġie appuntat? Jista' jgħid kemm kellu lmenti minn meta ġie maħtur sena b'sena? X'kienu l-ilmenti prinċipali? Kemm ingħataw raġun?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Ombudsman ta' l-Universita' huwa il-Professur Victor G Griffiths li ġie appuntat fis-16 ta' Awissu 1998. Mir-rapporti li l-Prof. Griffiths bagħat lil-Ombudsman Parlamentari jirriżulta li sal-31 ta' Diċembru 1999 saru 74 ilmenti minn studenti u 16 minn staff ta' l-Universita'. Fl'2000 kien hemm 18 l-ilment minn studenti u 10 minn staff. Fil-2001 ilmenti minn studenti kienu 19 u 8 mill-istaff, u fl-2002 l-ilmenti minn studenti kienu 16 u minn staff kienu 11. L-ilmenti prinċipali ta' studenti jirrigwardaw eżamijiet, 'tests' u kwestjonijiet dwar ommissjoni fil-korsijiet mixtieqa. Ilmenti prinċipali ta' membri ta' staff, kemm dawk akkademiċi u kemm le, jirrigwardaw kwestjonijiet konnessi ma' l-impieg u promotions. L-Ombudsman ta' l-Universita' jista biss jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet ta' l-Universita'. Dwar l-eżitu tax-xogħol ta' l-Ombudsman ta' l-Universita' nirreferi l-Onor. Membru għar-rapporti tiegħu li ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1169 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta — Ombudsman - Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapporti ta' kemm ilu l-Ombudsman preżenti ta’ l-Universita`?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1170 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti — Survey - Dislessja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 832 dwar studenti b'dislessja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li sar studju fost it-tfal li għadhom kemm daħlu l-iskola f'numru ta' skejjel biex jiġi determinat kemm minnhom ibatu bid-dislessja. Dan l-istudju għadu għaddej u għadu kmieni biex joħorġu r-riżultati. L-indikazzjonijiet preliminari jindikaw li r-riżultati f'Malta aktarx ser ikunu jixbħu dawk f'pajjiżi oħra. Studju tal-'British Dyslexia Association' jindika li 4% ta' istudenti għandhom problemi serji u sa 10% għandhom problemi inqas gravi. Id-Diviżjoni toffri għajnuna kemm lit-tfal bi programm apposta, kif ukoll lill-ġenituri biex tgħinhom biex jifmhu din il-kundizzjoni.
Leg 10 PQ #1110 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Stipendji ta' l-istudenti — Ħlas ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie vvutat għall istipendji ta’ l-istudenti tas-Sixth Form għas-sena skolastika li għadha kemm intemmet? Kemm thallas fi stipendji lill-iskejjel tas-Sixth Forms imqassmin separatament fi skejjel Statali, tal-Knisja u Indipendenti? Kemm kien hemm studenti li ħadu stipendju mnaqqas f'kull kategorija ta' skejjel? Kien hemm studenti li tneħħielhom l-istipendju għal kollox?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' stipendji għall-istudenti tas-Sixth Form u ta' aktar minn LM 2.5 miljun. Fil-livell Post Sekondarju kollu hemm 5,200 student li huma eliġibbli biex jirċievu l-Għotjiet ta' Manteniment lill-Istudenti. Kull wieħed minn dawn l-istudenti, fil-bidu tas-sena jingħata card b'valur ta' Lm100 biex bihom ikun jista' jixtri kotba u materjal edukattiv ieħor li jgħinu fl-istudju tiegħu. Bejniethom fil-forma ta' din il-card dawn l-istudenti jirċievu Lm520,000. Barra minn dan, dawn l-istudenti jieħdu wkoll Lm40 fix-xahar tul is-sena akkademika bejn Ottubru u Ġunju. Tħallsu fi stipendji fi Skejjel Statali Lm1,764,377.79ċ Skejjel tal-Knisja Lm 221,262.29ċ Skejjel Indipendenti Lm 27,954.39ċ Kien hemm 2775 student fi skejjel Statali li ħadu stipendju imnaqqas 212 student fi skejjel tal-Knisja li ħadu stipendju imnaqqas 83 student fi skejjel Indipendenti li ħadu stipendju imnaqqas.
Leg 10 PQ #1111 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Xorb alkoħoliku — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 824 u cioe' jgħid jekk qattx sar survey mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni fost l-istudenti kollha ta' Malta biex jiġi stabbilit kemm minnhom jixorbu xorb alkoħoliku b' mod regolari? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti d-dettalji? Jekk fin-negattiv, jista' jara li dan isir fil-bidu tas-sena skolastika li jmiss?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull sentejn, mis-sena 1995, issir l-ESPAD (European School Survey Project on Alcohol and other Drugs) flimkien ma' xi 26 pajjiż fl-Ewropa. Fis-survey, ikun hemm bejn 10 u 12-il mistoqsija dwar ix-xorb alkoħoliku. Għalhekk dan hu servej komprensiv ħafna. Is-servej isir mis-Sezzjoni 'Guidance and Counselling' fi ħdan l-iStudent Services, flimkien ma' l-Aġenzija Sedqa. Il-Counsellors u l-Guidance Teachers ma' l-uffiċjali inkarigati u jkunu 'briefed' dwar dak kollu li jkun hemm fis-servej. Ir-rapport jasal għandna wara sentejn. L-aħħar servej sar f'Jannar 2003.
Leg 10 PQ #1112 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — PSD

Question

Jista' l-Ministru jgħid, jekk il-PSD huwa suġġett obbligatorju, kif hemm 9 skejjel tal-Knisja u 5 indipendenti li m'għandhomx għalliema mħarrġa f'dan is-suġġett skond it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 614? Hemm il-ħsieb li jittieħdu xi passi mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata? X'inhi t-tifsira ta’ l-istess tweġiba dwar il-Kulleġġ Saint Edwards?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema tal-PSD fl-iskejjel ta' l-Istat x'aktarx li huma għalliema mħarrġa jew fil-PSD jew f'suġġetti qrib bħalma huma s-social Studies, Home Economics, Guidance & Counselling u Psychology. Dawn l-għalliema jirċievu aktar taħriġ permezz ta' in-service courses regolari organizzati mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. L-għalliema fl-iskejjel tal-Knisja jew Indipendenti għandhom l-istess kwalifiki u qegħdin jattendu għall-istess taħriġ bħal dawk ta' l-iskejjel ta' l-Istat. F'dan is-sens it-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba tal-mistoqsija numru 614 hi korretta. Erba' skejjel Indipendenti ġew avżati li l-PSD hu suġġett obbligatorju u għandu jkun parti mill-kurrikulu tagħhom immedjatament. Informat li f'St. Edward's College, il-PSD kien parti mis-sessjonijiet ta' gwida li kienu jmexxu l-House Tutors kull filgħodu. Mis-sena skolastika li ġejja (2003-2004), il-PSD ser ikun suġġett obbligatorju fil-kurrikulu ta' din l-iskola.
Leg 10 PQ #1126 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — Persuni b'diżabilita'

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ETC hix aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali u dan fid-dawl tal-fatt li m'hemmx lift sabiex dawn il-persuni jattendu korsijiet organizzati mill-ETC stess?

Response (GALEA, LOUIS)

Jista' l-Onor Membru jispeċifika għal liema post qed jirreferi?
Leg 10 PQ #1128 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut Tekniku Mikiel Anġ Sapiano — Għalliema u Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'ser jiġri mill-għalliema u l-ħaddiema l-oħra tal-Istitut Tekniku Mikiel Anġ' Sapiano?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST) ħareġ diversi Sejħiet għall-Applikazzjonijiet sabiex jingaġġa għalliema u gradi oħra għad-diversi Istituzzjonijiet tiegħu jew fuq bażi ta' 'attachment' jew b'kuntratt. Apparti l-membri tal-pubbliku in ġenerali li jistgħu japplikaw, dawn is-sejħiet ikunu miftuħa wkoll għall-għalliema u gradi oħra li hemm fl-Istitut Tekniku Mikiel Ang Sapiano. Dawk l-għalliema li jagħżlu li ma jmorrux ma' l-MCAST, jintbagħtu jgħallmu fl-Iskejjel tad-Diviżjoni filwaqt li dawk l-impjegati li jintgħażlu u jmorru ma' l-MCAST, iżommu d-dritt li jirritornaw lura mad-Diviżjoni, apparti li jżommu d-drittijet kollha tal-grad tagħhom bħala impjegati mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Jista' jkun hemm okkażjonijiet fejn l-MCAST jitlob lid-Diviżjoni li jitħallewlu xi impjegati fil-gradi tekniċi jew industrijali eċċ, sakemm jimpjega minn barra jew jikkuntrattja għax-xogħol meħtieġ. Meta l-MCAST jinforma lid-Diviżjoni li m'għadx hemm bżonn is-servizz ta' dawn in-nies, isiru l-arranġamenti sabiex jintbagħtu jaħdmu fl-iskejjel l-oħra tad-Diviżjoni.
Leg 10 PQ #1405 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaddiema barranin

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema barranin jaħdmu f'lukandi f'Malta u Għawdex? Ta' liema nazzjonalita' huma?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1500 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżami tal-junior lyceum

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm għaddew studenti minn Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Xgħajra u Fgura mill-eżami tal-junior lyceum mill-1990 sal-lum, sena b'sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1501 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjiegi — Sensji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw sensji xahar b'xahar minn Jannar li għadda sal-lum? Minn liema settur kienu ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub.
Leg 10 PQ #1105 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assemtiżmu mill-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel primarji ta’ l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? F'liema lokalitajiet kienet l-aktar għolja?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif dwar il-medja ta' assentejiżmu fl-iskejjel primarji ta' l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1106 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assentiżmu mill-iskejjel — Skejjel sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet il-medja ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel sekondarji ta’ l-Istat matul is-sena skolastika li għadha kemm intemmet? F'liema lokalitajiet kienet l-aktar għolja?

Response (GALEA, LOUIS)

It-Tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 10 PQ #1107 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Qorti - Assentiżmu mill-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet kemm kien hemm ġenituri tat-tfal fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji separatament li ttellgħu l-qorti minħabba l-assenza mill-iskola tat-tfal tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul is-sena skolastika 2002/2003, ittellgħu l-Qorti, 829 ġenitur ta' tfal li qegħdin fi skejjel primarji u 3204 ġenitur ta' tfal li qegħdin fi skejjel sekondarji, minħabba l-assenza mill-iskola tat-tfal tagħhom.
Leg 10 PQ #1108 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Assentiżmu mill-iskejjel — Mhux ġustifikat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rapporti kien hemm ta' assentejiżmu mhux ġustifikat fl-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti fis-sena skolastika li għadha kemm intemmet? Liema kienu l-iskejjel l-aktar milquta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ma kien hemm ebda rapport ta' assentejżmu mhux ġustifikat minn skejjel Indipendenti għas-sena skolastika 2002-2003. L-iskejjel tal-Knisja li rrapportaw dwar assentejżmu mhux ġustifikat għas-sena skolastika 2002-2003 kienu kif jidher hawn taħt: Skola Numru Rrapportati St. Elias College 1 Our Lady Immaculate 5 St. Monica (Gżira) 1 Maria Teresa Nuzzo 2
Leg 10 PQ #1109 Sitting 30 2003-09-22 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni — Assentiżmu mill-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebha tagħmel id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni biex trażżan l-assentejiżmu fl-iskejjel statali fis-sena skolastika 2003/04? X'mekkaniżmu jeżisti llum?

Response (GALEA, LOUIS)

Wieħed mir-rwoli tat-taqsimiet tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, huwa li jara li t-tfal kollha jibbenefikaw mill-edukazzjoni billi jattendu l-iskola regolarment. Meta studenti jassentu ruħhom mingħajr raġuni valida, dawn jiġu rrapurtati mill-iskejjel lis-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel. Is-Servizz Ħidma Soċjali fl-Iskejjel, permezz ta' l-'Education Social Workers' tiegħu qed jinvestiga dawn il-każijiet u jiżen il-problemi ta' x'qiegħed iżomm l-istudenti milli jattendu regolarment l-iskola. L-'Education Social Workers' iżuru l-iskejjel biex jitkellmu mal-kapijiet ta' l-iskejjel u wara jżuru lill-istudenti u l-familji tagħhom. Dawn iż-żjarat iservu biex tiġi stabbilita r-raġuni għall-assenteiżmu. B'metodi ta' 'Social Work' l-'Education Social Workers' jibqgħu jgħinu lill-istudenti u l-familji tagħhom sakemm l-istudenti jerġgħu jibdew il-ħajja skolastika tagħhom. F'każijiet meta l-'Education Social Workers' ma jsibux koperazzjoni mill-ġenituri, dawn jittellgħu il-Qorti skond il-liġi ta' l-Edukazzjoni. Hemm sezzjonijiet fi ħdan id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, li xogħolhom, ukoll huwa li jgħinu lill-istudenti fl-iskejjel biex ma jassentawx ruħhom. Fost dawn hemm il-'Guidance and Counselling Unit', u l-'iSchool Psychological Service'. Biex l-assentejżmu jibqa' jiġi kontrollat u verifikat tul is-sena skolastika 2003/2004, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tagħmel laqgħat ma' 'Stakeholders' rilevanti, fosthom it-tobba, id-diversi aspetti tal-problema jiġu koordinati aħjar.
Leg 10 PQ #53 Sitting 29 2003-09-22 Written · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Professuri

Question

Jista' il-Ministru jagħti dettalji ta' min huma l-kapi tal-fakultajiet kollha ta' l-Universita'? Jista' jgħid ukoll kemm hemm professuri l-Universita' u kemm hemm associate professors?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat kif ġej:- Kapi tal-Fakultajiet: Architecture & Civil Engineering Mr Joe Falzon Arts Professor Dominic Fenech Dental Surgery Professor John M Portelli Economics, Management & Accountancy Professor Daniel Darmanin Education Dr Carmel Borg Engineering Professor Maurice Grech Laws Professor Ian Refalo Medicine & Surgery Professor Godfrey Laferla Science Professor Alfred Vella Theology Professor George Grima Full-time u Part-time Professuri -50 Full-time u Part-time Associate Professors -38