Jista' il-Ministru jara li tingħata wiċċ dik il-parti ta' Triq Ġanni Bonniċi Ħaż Żebbuġ li sal-lum għadha mhux lesta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qed jimplimenta programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita isir skond il-prijoritajiet li jkunu qed jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' il-Ministru jara li tiġi mċaqalqa il-parking space għall-trakkijiet minn fejn qiegħdha bħalissa ġo Manoel Street Gżira maġemb il-Marshall Court peress li qed isir ħafna storbju kmieni filgħodu taħt it-twieqi tar-residenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma nstab l-ebda' dokument fejn id-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku approva xi
parking space
bħala
un/loading
bay
fit-triq imsemmija.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-1999 sal-lum għal-bini ta' toroq arterjali, bini ta' toroq lokali, manutenzjoni ta' toroq arterjali kull sena separatament?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq bħalissa qed jiġbor din l-informazzjoni b'risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 36609 ta' l-istess interpellant u għalhekk l-informazzjoni mitluba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħtieġa li l-miżuri ta' traffic management li jittieħdu waqt xogħolijiet ta' triq ikunux apparti mid-dipartiment konċernat?
Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid kif id-dipartiment qatt seta' japprova sistema ta' traffic management waqt ix-xogħol li qiegħed isir fuq it-triq li tagħti mis-Salini san-Naxxar permezz ta' liema sistema, t-traffiku kollu ġie devjat għal triq fin-naħa dejqa u mħarbta ħafna b'konsegwenzi serji għas-sewwieqa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li minn meta twaqqfu d-direttorati fl-Awtorita' dwar it-Trasport ir-responsabilita' għat-Traffic Management fuq xogħlijiet fit-toroq ġie assenjat lid-Direttorat għat-Traffic Management.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija ninsab infurmat illi hemm triq dejqa li tgħaqqad it-triq li minn Burmarrad tieħu għat-telgħa t'Alla w Ommu u t-triq mis-Salina tieħu għan-naxxar u li qed tintuża mit-traffiku mingħajr ma' din kienet intiża bħala diversion route. Fil-fatt din it-triq ser tingħalaq biex ikun jista' jgħaddi water culvert li jrid jsir f'din it-triq.
Jista' il-Ministru jgħid xi spiża ntefqet biex saret ir-rampa l-ġdida (loading bay) fil-Maltapost, kemm ilha li saret u jekk hux minnu li din se terġa' tinqala' u ssir mill-ġdid?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha karozzi l-Maltapost għall-management tal-kumpannija, x'tip ta' karozzi huma, b'kemm u meta nxtraw u x'inhi l-average daily running cost expenses tagħhom, inkluż kemm jintefaq bħala fuel consumption?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża involuta biex saru uffiċini ġodda u strutturi ġodda fil-Maltapost? Ħarġu tenders għal dan ix-xogħol speċjalment in konnessjoni ma xogħol ta' aluminium? Jekk fl-affermattiv, x'kienu u lil min ġew ġġudikati? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għall-klawsola bejn il-Maltapost u t-Transend, dawn ta' l-aħħar huma marbutin biex iġibu investiment barrani lejn pajjiżna? Jekk din il-kumpannija ma tattwahx dan il-ftehim, huma se jissostitwixxu xi telf li jista' jirriżulta biex ma jsirx tnaqqis fil-workforce?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lil-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in konnessjoni man-next day delivery (Delivery J+1) fil-Maltapost qed jiġi ntrodott night shift ġdid biex is-servizzi postali jkunu jistgħu jsiru mingħajr il-266 impjegat li qed jingħad li huma żejda?
Jikkonferma l-Ministru li sa ftit ilu ittra li kienet tiġi mpustata qabel is-7.00 a.m. kienet tasal fl-istess ġurnata? Jaqbel il-Ministru li llum din tasal l-għada jekk mhux aktar tard ukoll?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministri kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn opri tal-baħar reġistrati llum u x'tip huma?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa llum in-numru ta' dgħajjes reġistrati fir-reġistru tal-Bastimenti Żgħar ta' l-Awtorita' Marittima huwa ta' 12,292 li minnhom hemm 5,781 b'makna taħt in-9.9HP u li r-reġistrazzjoni tagħhom titħallas kull ħames snin u 6,511 b'makna ta' l'fuq minn 9.9HP li r-reġistrazzjoni tagħhom titħallas kull sena. Dan in-numru ma jinkludix dgħajjes oħra reġistrati mar-reġistru tal-Bandiera Maltija ta' l-istess Awtorita' u mad-Dipartiment tas-Sajd.
B'referenza għall-ilmenti tiegħi f' isem ir-residenti ta' Triq il-Kbira l-Mosta fil-parti tan-naħa ta' Ta' Qali , jista' il-Ministru jinfurmani x' kienu r-raġunijiet li l-culverts ta' l-ilma tax-xita f'din it-Triq ma sarux matul dawn l-aħħar 4 snin? Inħarġet tender tax-xogħlijiet u jekk le, jista' jara li toħroġ immedjatament ħalli dawn ir-residenti ma jkomplux joħorġu kull meta tagħmel ix-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi l-proġett biex tiġi eliminata l-problema ta' l-ilma tax-xita fi Triq il-Kbira hu pjanat li jitwettaq mill-Kunsill. Minn naħa tiegħu d-Direttorat għat-Toroq ħa ħsieb li jara li l-easements li jridu jsiru biex il-culvert tkun tista tinbeda fil-fatt isiru. Minbarra hekk naħseb li l-Onor. Interpellant japprezza li Triq il-Kbira l-Mosta ilha Mibnija ferm iktar minn erba' snin.
Jista' l-Ministru jixtarr l-possibbilita` li ssir sleeping policeman fi Triq Joseph Burlo, Tarxien minħabba l-ispeed eċċesiv li bih qed jgħaddu l-vetturi issa li t-triq ġiet asfaltata b'mod tajjeb immens?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant lill-Awtorita' dwar it-Trasport biex tikkunsidra x' l-aħjar li jsir.
Jista' il-Ministru jara li tissewwa bankina quddiem familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament peress li ħafna mill-pedestrian qed ikunu f'riskju li jweġġgħu, u qed iżomm ħafna ilma fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-manutenzjoni tal-bankina indikata mill-Onor. Interpellant hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali u għalhekk l-Awtorita' dwar it-Trasport għaddiet l-informazzjoni lill-Kunsill.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti li residenti tal-Gżira jsibuha ferm diffiċli biex jirkbu l-karozza tal-linja, speċjalment bejn id-9.30 a.m. u l-11.00 a.m. għax invarjabbilment ikunu mimlija bil-passiġġieri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għandha pjan li jsir Survey sabiex jiġu nvestigati dawn l-ilmenti.
Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi ġodda
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul dawn l-aħħar sena u nofs? Jista' jgħid minn min qed jintużaw dawn il-karozzi? Jista' jgħid x'marka huma dawn il-karozzi u kemm ġew jiswew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul dawn l-aħħar sena u nofs inxtraw dawn il-karozzi:
Awtorita' Marittima ta' Malta
Volkswagen Bora li kienet tiswa Lm7,341. Inxtrat f'Mejju u tintuża mit-Technical Manager.
Ford Focus li kienet tiswa Lm5,675. Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mill-Harbour Master.
Renault Megane li kienet tiswa Lm5,410. Inxtrat f'Ottubru 2001 u tintuża mil-IS Manager.
Nissan Pickup li kienet tiswa LM9,292. Din inxtrat f'Novembru 2001 u tintuża għal użu ġenerali għall-Maintenance Department, Ports.
Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni
Volkswagen Bora li kienet tiswa LM11,200. Din il-karozza inxtrat f'Lulju 2001 u tintuża mic-Chairman ta' l-Awtorita'.
Ministeru għat-Trasport u Kommunikazzjoni
Matul dawn l-aħħar sena u nofs l-unika karozza mixtrija kienet Skoda IBG072 li kienet tiswa LM5485. Din il-karozza tiġi wżata mid-Director Office of Review.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema li jinstabu b'kuntratt mal-Maltapost fid-dawl tat-tnaqqis fin-numru ta' ħaddiema tal-kumpannija proġettat? Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm minn dawn u kemm minhom jinsabu fil-managment level?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni dwar il-ħaddiema tal-Maltapost li għandhom jiġu reinstated fis-servizz pubbliku? B'liema kondizzjonijiet in konnessjoni ma salarji għandu jsir dan?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.