Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #35225 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Containers

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu containers fil-freeport sena b'sena, xahar b'xahar, mis-snin 1999 sa l-2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

In-numru ta' containers (TEU's jew units ekwivalenti ta' għoxrin pied) li daħlu fil-Port Ħieles kull xahar matul dawn l-aħħar tlitt snin kien kif jidher hawn taħt: XAHAR 1999 2000 2001 Jannar 87,487 76,771 101,635 Frar 89,645 83,710 87,931 Marzu 88,411 82,134 93,580 April 80,942 78,926 92,236 Mejju 89,850 83,210 87,713 Ġunju 89,506 82,695 99,855 Lulju 94,784 91,548 96,403 Awissu 84,747 83,861 98,566 Settembru 84,195 97,245 96,237 Ottubru 100,377 96,208 106,634 Novembru 74,147 89,380 105,073 Diċembru 80,881 87,364 99,207 TOTAL 1,044,972 1,033,052 1,165,070
Leg 9 PQ #35226 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda mal-Maltacom f'dawn l-aħħar 4 snin, sena b'sena, sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u t-tweġiba tingħata hekk kif din tkun disponibbli.
Leg 9 PQ #34921 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx ingaġġati nies mal-MIA mindu tħabbar li kien intlaħaq ftehim ta' privatizzazzjoni parzjali mal-consortium li ser jissieħeb mal-kumpanija? Jekk iva, kemm ġew ingaġġati nies, f'liema gradi u kemm minnhom kienu full-time u/jew part-time

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li mis-27 ta' April 2002, data li fiha tħabbar li kien intlaħaq ftehim ta' privatizzazzjoni parzjali mal-consortium li ser jissieħeb mal-kumpanija MIA ġew impjegati fuq bażi full-time żewġ technicians, żewġ Customer Service Assistants, Skrivan u ħames apprentisti.
Leg 9 PQ #35046 Sitting 781 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Villaġġ tas-Snajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-pjanijiet biex il-villaġġ tas-snajja f'Ta' Qali jingħata dehra isbaħ u anke jinbena mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti biex il-pjanti relattivi jintbagħtu għand l-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar għall-approvazzjoni.
Leg 9 PQ #34743 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Enterprises

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani x'jiġri mill-impjiegi tal-management u tal-ħaddiema ta' l-IPSE, MDC u METCO issa li tħabbar 4 ġimgħat ilu mill-gvern li sa l-aħħar ta' din is-sena se jiġu ffurmati f'organizzazzjoni waħda cioe', l-Malta enterprises?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nikkonferma li huwa l-ħsieb li tiġi ikkonsolidata taħt entita' waħda bl-isem ta' Malta Enterprise il-funzjoni li bħalissa qiegħdin ikopru l-MDC, il-METCO u l-IPSE. Dan ser isir bil-għan li dawn il-funzjonijiet ikunu koperti b'mod aktar integrat u għaldaqstant b'mod aktar effettiv. Fi ħdan il-Malta Enterprise ser jiġu inkwadrati dawk l-uffiċċjali u ħaddiema oħra mit-tlitt entitajiet imsemmija li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom qed tiġi stabbilita' l-Malta Enterprise. Bħalissa għadu għaddej eżerċizzju sabiex jiġi determinat fid-dettal il-complement meħtieġ. Meta dan jitlesta jinfetħu diskussjonijiet mal-ħaddiema konċernati u mar-rappreżentanti tagħhom. Diġa' intqal li dan il-proċess ta' ristrutturar mhux ser iwassal għal telf ta' impjiegi.
Leg 9 PQ #34895 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Skema ta' l-Irtirar

Question

Peress li parti mill-iskema tal-irtirar kmieni għat-Tarznari tinvolvi għotja ta' Lm 500 fis-sena għal min jaqbad jaħdem fl-ewwel 6 xhur, x'jiġri fil-każ li persuna ssib impjieg part-time?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waħda mill-kundizzjonijiet ta' irtirar volontarju taħt l-iskema B u Ċ tispeċifika li: "F'każ li impjegat isib xogħol ieħor full-time fi żmien sitt xhur minn meta jieħu din l-iskema u jibqa' f'impjieg kontinwu għal sentejn sħaħ, dan jingħata somma oħra ta' Lm1,000. Din is-somma titħallas f'żewġ pagamenti ta' Lm500 'l wieħed wara kull sena ta' impjieg." Għaldaqstant kull persuna li ssib impjieg part-time mhijiex intitolata għal din is-somma.
Leg 9 PQ #34901 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Shipbuilding

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi kollha meħtieġa biex ħlasijiet ta' arretrati konnessi mal-aħħar ftehim kolletiv li għandhom jieħdu numru ta' pensjonanti ex-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding jiġu mgħotija lil dawn il-pensjonati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li peress li l-Malta Shipbuilding qed tistenna xi nformazzjoni mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, l-ħlasijiet ta' arretrati li qed issir riferenza għalihom għandhom isiru appena din l-informazzjoni tasal għand il-kumpanija.
Leg 9 PQ #35019 Sitting 780 2002-07-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Popolazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb l-aħħar parti tal-mistoqsija parlamentari nru. 34758 u cioe kemm kienu n-nisa u kemm kienu l-irġiel?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-popolazzjoni tal-gżejjer Maltin, li tlaħħaq 414,634, kif pubblikata dan l-aħħar fil-Gazzetta tal-Gvern, hija magħmula minn 206,442 irġiel u 208,192 nisa.
Leg 9 PQ #34704 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mit-talba sabiex tinxtgħel l-Imtarfa by-pass? Peress li issa jinsabu għaddejja x-xogħlijiet fuq din il-bypass, jista' l-Ministru jara li jekk għandu jsir il-cable tad-dawl, isir issa ħalli ma jkunx hemm għalfejn terġa' tinqala' t-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li t-talba biex isir cable fl-Imtarfa qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34707 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jaġġornani dwar mistoqsiji 32739 u 31093 dwar vultaġġ ta' dawl baxx fil-Baħrija l/o Rabat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-linji tad-dawl li hemm fl-inħawi msemmija ġew imsaħħa biex tittaffa l-problema. Barra minn hekk hemm il-pjan biex tinbena substation ġdida biex tissupplixxi lil din iż-żona peress li s-substation eżistenti tinsab xi ftit imbiegħda. Bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tfittex art fejn is-substation il-ġdida tkun tista' tinbena.
Leg 9 PQ #34845 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

METCO

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi sa tmiem ix-xahar li għadda kellha titwaqqaf il-merger bejn il-METCO, l-MDC, u l-IPSE fost oħrajn tistgħax tgħid jekk din il-fusion saritx? Jekk le, għaliex? X'inhi l-policy tal-gvern, li jħott xi ftit mill-istrutturi preżenti sabiex jevita dupplikazzjoni ta' xogħol, jew inkella jżomm l-istrutturi kollha eżistenti, u joħloq filata ġdida biex tikkordina l-ħidma ta' dawn il-korporazzjonijiet u entitajiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-ħsieb dikjarat tal-Gvern huwa dak li l-funzjonijiet, li fil-preżent huma responsabbli għalihom l-MDC, il-METCO u l-IPSE, jiġu inkorporati f'entita' waħda bl-isem ta' l-Enterprise Malta. Qatt ma kien intiż li din l-entita' ġdida titwaqqaf qabel l-aħħar xhur tas-sena, wisq anqas sa l-aħħar ta' Ġunju. Il-ħolqien ta' l-Enterprise Malta huwa maħsub ukoll biex jiġi evitat duplikazzjoni ta' riżorsi fejn dan diġa' jeżisti. Madanakollu, qabel kull kunsiderazzjoni oħra, l-għan ewlieni huwa dak li jiġu integrati flimkien numru ta' attivitajiet li kollha għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp industrijali f'pajjiżna u hekk din il-funzjoni kruċjali tiġi koperta b'mod aktar effettiv. Għalhekk mhux daqstant kwistjoni li l-istrutturi preżenti jinżammu jew jinħattu, iżda li jiġu integrati fi struttura ġdida, struttura attwali li tkun fl-aħjar qagħda possibbli sabiex tindirizza r-rejaltajiet ta' llum.
Leg 9 PQ #34846 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Gwann — Triq il-Gjaċinti

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax titwaħħal bozza qrib 43, Triq il-Gjaċinti, San Gwann minħabba d-dlam li hemm fl-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din it-talba ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34850 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jitneħħa l-arblu tal-Maltacom li mhux qed jintuża u jitwaħħal arblu tad-dawl ħalli jipprovdi servizz ta' bozza qrib ir-residenza Delmar Edelweiss, Triq it-Torri, l-Imsida minħabba l-inkonvenjent li jeżisti bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-arblu tal-Maltacom li qed issir riferenza għalih qed jintuża. Miegħu hemm imqabbdin diversi cables tat-telefon u ġonot. Dawn il-cables kellhom jinqalgħu minn mal-faċċati tad-djar u jitwaħħlu temporanjament ma' dan l-arblu minħabba li qed isir xogħol ta' bini. Għaldaqstant jekk jitwaħħal arblu tad-dawl ħdejn l-arblu tal-Maltacom, il-cables tat-telefon u l-ġonot li hemm fuq l-arblu tal-Maltacom ikunu jistgħu jitwaħħlu ma' l-arblu tad-dawl. Wara, l-arblu tal-Maltacom ikun jista' jitneħħa. Sadanittant it-talba ġiet riferuta wkoll lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34878 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Korporazzjoni tal-Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi mument fejn il-Korporazzjoni tal-Freeport ikkunsidrat li tixtri ishma fil-kumpanija li tmexxi l-port ta' Venezja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' intqal fl-istqarrija maħruġa nhar il-Ġimgħa li għaddiet, il-karatteristiċi tal-Port ta' Venezja mhumiex relevanti għall-operazzjoni tal-Port Ħieles u għaldaqstant ma kienx jagħmel sens li l-Port Ħieles jikkunsidra investiment fil-Port ta' Venezja.
Leg 9 PQ #34882 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tribunal għall-Investigazzjonijiet Ta' l-Inġustizzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ikunu implimentati s-sentenzi tat-tribunal għall-investigazzjonijiet ta' l-inġustizzji: rikorsi 940/97 u 945/97 kontra l-Maltacom? Meta ser jingħata l-kumpens fiż-żewġ każijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Maltacom ġiet infurmata uffiċjalment bid-deċizjoni ta' dawn iż-żewġ rikorsi fl-24 tax-xahar li għadda. Fil-preżent il-kumpanija qed tevalwa dawn ir-rikorsi.
Leg 9 PQ #34918 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Rinella — Kalkara

Question

B'riferenza għall-inċident li ġara nhar it-T nejn, 24 ta' Ġunju 2002, fejn kien hemm roqgħa żejt fil-bajja tar-Rinella, Kalkara, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx site plan u pjan ta' proċess dwar il-ħażna u tindif fit-tankijiet viċin il-bajja ta' Rinella? X'informazzjoni hemm dwar użu ta' additives ma' hydrocarbons? Jekk huwa l-każ, x'tip u kemm kien l-ammont ta' żejt kalkulat li ħareġ meta sar l-inċident; u x'azzjoni qed tittieħed biex jiġu evitati inċidenti simili?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li jeżisti proċess rigward il-ħażna u tindif fit-tankijiet li t-Tarzna għandha fl-inħawi msemmija. Dan il-proċess jikkonsisti fl-ilqugħ taż-żejt u ilma ġewwa t-tankijiet u separazzjoni permezz ta' sħana u gravita'. Ma jintużaw l-ebda additives fit-trattament taż-żejt. L-ammont ta' żejt li aċċidentalment spiċċa fil-baħar kien ta' madwar tlitt metri kubi u kien żejt ta' oriġini minerali. Sabiex fil-futur jiġu evitati inċidenti simili, ser jitwaħħal valve fuq il-pipeline, jinbena ħajt baxx quddiem il-boiler house u jiġu adottati proċeduri bil-miktub meta jsir trasferiment ta' żejt.
Leg 9 PQ #34958 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Ftehim Kollettiv

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 34659 li oriġinarjament saret lill Ministru tal-Finanzi u jgħid meta hemm il-ħsieb li jintbagħtu l-arretrati tal-ftehim kollettiv tat-tarzna lill-ħaddiema tat-tarzna u lil dawk li llum ma għadhomx jaħdmu hemm?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed tirreferi għal dawk l-ex-ħaddiema tat-Tarzna li ħarġu bil-pensjoni wara li għalqu l-61 sena. Jekk dan huwa l-każ, l-arretrati tal-Ftehim Kollettiv jinħadmu u jiġu amministrati mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #34973 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fanali Artistiċi

Question

Billi fil-pjazza Sant'Elena, B'Kara saru l-fanali artistiċi flok il-bozoz tal-Gvern, jistgħu dawn tal-aħħar issa jitneħħew mill-Enemalta għaliex huma koroh u m'humiex qed jixgħelu?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Membru ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir il-verifika relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #34975 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Enemalta f'każ ta' estenzjoni ta' dawl għal ġewwa kamra ta' għalqa fi Triq Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ, l-arbli ġew mgħoddija mill-għelieqi waqt li għal farmhouse fi Triq bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, l-uffiċjal qiegħed jirrifjuta li jgħaddi l-arbli mill-għelieqi bħal fil-każ imsemmija hawn fuq?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.