Minħabba li jidher li din it-triq hija waħda mit-toroq li hija ndikata li ser issir, jista' l-Ministru ġentilment igħid meta huwa maħsub li Triq il-Buttuniera ġewwa Wied il-Għajn jsir ix-xogħol tant meħtieġ fiha minħabba l-inkonvenjent li qed igħaddu minnu r-residenti tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ADT ser jibni mill-ġdid din it-triq kif ġie ppublikat fil-fuljett sa l-2008. L-ADT qed joħroġ batches ta’ spiss u bħalissa qed isiru 4 toroq ġewwa Marsascala.
Dawn it-toroq ser jitkomplew skond il-prijoritajiet li hemm fil-programm tax-xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jara li ssir sleeping policeman jew tiġi kkunsidrata li ssir one way għat-traffiku Triq Salvu Busuttil, San Ġwann, speċjalment minħabba s-sewqan esaġerat li jkun hemm fiha u d-diversi inċidenti tat-traffiku li spiss isiru qrib l-uffiċċju tal-kunsill lokali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku rriżulta li t-talba tal-Kunsill Lokali għal road hump ġiet approvata fis-26 ta' Marzu, 2007.
Rigward it-talba għal one way, it-taqsima għadha qed tistenna nformazzjoni addizzjonali mill-Kunsill. Din l-informazzjoni ntalbet fis-26 ta' Marzu, 2007.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25933 u jinvestiga għaliex trinka li nfetħet fi Triq il-Punent, il-Belt proprju quddiem d-dar fejn kien joqgħod Dun Gorġ Preca u li ilha madwar tliet xhur miftuħa, tingħalaq għax qegħda toħloq inkonvenjent kbir lir-residenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li dawn ix-xogħlijiet li minnhom hija responsabbli l-Enemalta nbdew xi 5 ġimgħat ilu. L-Awtorita' għandha nformazzjoni li x-xogħlijiet ġew mwaqqfa ġimgħatejn mill-Kunsill Lokali peress li kien hemm xi ħsarat fil-culverts eżistenti.
Il-kuntrattur ser ikompli bix-xogħol ta’ l-Enemalta wara li kien hemm qbil u x-xogħol hu ppjanat li jispiċċa fil-ġranet li ġejjin.
B'referenza għax-xogħlijiet li qegħdin isiru fuq il-bridge fi Triq Manwel Dimech, San Ġiljan jista' l-Ministru jgħid:
Meta nbeda x-xogħol
X'persentaġġ minnu tlesta s'issa
Meta suppost jitlesta skond il-kuntratt
Meta fil-fatt hu maħsub li jitlesta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fuq il-Pont Manwel Dimech bdew fil-10 ta’ Ottubru, 2006. Din kienet id-data meta s-Supervisor fuq dawn ix-xoghlijiet ħareġ l-“access to site” notice lil kuntrattur.
Bħalissa għaddej ix-xogħol ta’ tqegħid ta’ forom u
reinforcement
fuq wieħed mill-pontijiet. Il-persentaġġ ta’ xogħol li tlesta fuq ix-xogħol totali taż-żewġ karreġġjati jammonta għal madwar ħamsa u tletin fil-mija.
Il-perjodu għat-tlestija tax-xogħlijiet fuq iż-żewġ pontijiet huwa ta’ sena skond il-kuntratt. L-istess kuntratt għandu klawżola fejn l-Awtorita tista' tippermetti estensjoni ta’ l-istess perjodu ladarba din l-estensjoni tkun ġustifikata. S'issa l-Awtorita' aċċettat estensjoni ta’ xahar wara li ġiet evalwata talba għall-istess estensjoni mill-kuntrattur. Għalhekk id-data meta suppost jispiċċa skond il-kuntratt, sa issa hija l-10 ta’ Novembru, 2007.
Minn evalwazzjonijiet li saru mill-Awtorita' u mis-
Supervisors
tal-proġett, jidher illi x-xogħol fuq l-istess pont waqgħa daqsxejn lura. L-Awtorita' ordnat lill-kuntrattur biex ifassal programm ta’ xogħol biex iż-żmien li qiegħed b’lura fuq il-programm oriġinali jkun irkuprat kemm jista' jkun.
Peress li fi Triq il-Knisja, Għarb ma hemm ebda tabella li turi li fil-viċinanzi hemm skola, biex is-sewwieqa speċjalment dwak mhux midħla ta' l-inħawi jkunu jafu li jridu joqogħdu aktar attenti, jista' l-Ministru jara li din it-tabella jew tabelli jsir jew isiru?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħlijiet fuq din it-triq qed jiġu mmaniġġjati mill-Ministeru ta' Għawdex u għalhekk nitlob li l-mistoqsija tiġi ndirizzata lill-Ministru kkonċernat.
Peress li għaddejjin xogħlijiet fit-triq li tagħti għal Għarb, Għawdex, u per konsegwenza qed jgħaddi ħafna traffiku minn Triq Dun Alwiġ Mizzi u l-vetturi qed jgħaddu minn hemm b'ċerta veloċita' li toħloq ċertu perikolu, jista' l-Ministru jara li ssir sinjaletika li tiggwida lis-sewwieqa, biex isuqu bil-mod f'dik iż-żona?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħlijiet fuq din it-triq qed jiġu mmaniġġjati mill-Ministeru ta' Għawdex u għalhekk nitlob li l-mistoqsija tiġi ndirizzata lill-Ministeru kkonċernat.
B'referenza għal bus terminus f'Marsaxlokk, jista' l-Ministru jara li x-xufiera tal-karozzi tal-linja fuq ir-rotta no 27 matul il-ġimgħa, cioe' mit-Tnejn sas-Sibt jagħmlu użu minn dik uffiċjali li tinsab fil-viċinanza ta' l-iskola primarja u mhux minn dik sekondarja li suppost tintuża nhar ta' Ħadd biss, peress li fil-preżent qed jagħmlu użu minn dik sekondarja tul il-ġimgħa kollha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jsir studju dwar il-pożizzjoni taż-zebra crossingli hemm quddiem il-Cafe' Riche fil-Birgu u dan peress li qed ikun hemm inċident kull ġimgħa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT għandha Proġett tax-Xogħlijiet biex tittaffa din il-problema. Ix-xogħol għandu jinbeda fi ftit ġimgħat oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fi Triq il-Kaħwiela, Ħaż-Żabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ħarġet lista ta' toroq li ser isiru sa l-2008. Diġa nħarġu 2 batches f'din il-lokalita' u l-maġġoranza tax-xogħol inbeda jew tlesta.
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant issir skond il-prijoritajiet li joħorġu fil-program ta' xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi u l-pjanti approvati PA 1948/04 li jirrigwardaw il-bypass ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-permessi u pjanti li jirrigwardaw il-bypass ta' San Pawl il-Baħar kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq — Dħul ta' l-Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati fid-dipartimenti jew dekasteri li jaqgħu taħtu li matul is-sena 2006 qalgħu bejn paga/allowance/bonus/overtime minn
a) 8,000 sa 9,000
b) 9,000 sa 10,000
c) 10,000 sa 12,000
d) aktar minn 12,000
e) anqas minn 5,000?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif tidher hawn taħt :-
Servizz Pubbliku
Ammont ta’ persuni ADT
Ammont ta’ persuni Ministeru/Dipartiment
8,000 - 9,000
2
7
9,000 - 10,000
Nil
1
10,000 - 12,000
1
5
Aktar minn 12,000
1
6
Anqas minn 5,000
23
12
Settur Pubbliku
Ammont ta’ persuni
ADT
Ammont ta’ persuni Ministeru/Dipartiment
8,000 - 9,000
16
Nil
9,000 - 10,000
11
Nil
10,000 - 12,000
9
Nil
Aktar minn 12,000
21
Nil
Anqas minn 5,000
54
Nil
Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol ta' Triq is-Saqwi, Haz-Zabbar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ADT ħarġet lista ta' toroq li ser isiru sa l-2008. Diġa nħarġu 2 batches f'din il-lokalita' u l-maġġoranza tax-xogħol inbeda jew tlesta.
It-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant issir skond il-prijoritajiet li joħorġu fil-program ta' xogħlijiet.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25639 ċioe':
B'referenza għall-Imtarfa bypass jista' l-Ministru jgħid:
Meta se jingħalqu l-ftuħ li hemm fic-centre strip u li huma ta' periklu kbir għas-sewwieqa?
Tista' ssir xi tip ta' faċilita' għal qsim tal-bypass min-nies peress li huma ħafna dawk li jmorru r-Rabat bil-mixi u allura jridu jaqsmu l-bypass b'sogru kbir għalihom?
Tista' tiġi ddisinjata junction bejn il-bypass u t-toroq li tagħti access għall-Imtarfa min-naħa tan-Nigret (Rabat) peress li l-ħruġ tal-vetturi mill-Imtarfa minn dan l-aċċess u l-qsim tal-bypass hu ta' periklu kbir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li l-ftuħ fic-centre strip hu ppjanat li jingħalqu fil-ġranet li ġejjin.
Filwaqt li għaż-żewġ proposti l-oħra l-ADT qiegħda tistudja l-importanza tagħhom u kif jistgħu jiġi mplimentati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25713 u jgħid jekk id-dħul mit-tariffa ta' CVA hux se jinqasam bejn il-kuntrattur li jipprovdi s-sistema, il-Kunsill Lokali tal-Belt u l-gvern? Min hu l-kuntrattur li qiegħed iħaddem din is-sistema? F"liema persentaġġi se jinqasam dan id-dħul?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li d-dħul kollu mis-sistema se jmur direttament għand l-Awtorità dwar it-Trasport f’isem il-Gvern. L-ADT se tħallas dritt ta’ amministrazzjoni ta’ kull xahar lill-operatur tas-sistema skond il-kuntratt li sar wara sejħa għal proposti. Dan il-ħlas isir biss jekk l-operatur iħaddem b’suċċess is-sistema skond kif meħtieġ u kemm-il darba jiġbor fil-ħin ċertu perċentaġġ ta’ dħul li jkun dovut lill-ADT minn sidien ta’ vetturi li jidħlu fiż-żona ta’ aċċess bi ħlas u li jdumu f’dik iż-żona għal aktar minn 30 minuta.
Il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta ser jingħata 50% tat-tariffa tar-reġistrazzjoni sabiex ikopri l-ispejjeż aministrattivi.
Il-kumpanija li qed topera s-sistema f’isem l-ADT hi
CVA Technology Ltd
.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25709 ċioe: Issa li ġiet fis-seħħ is-sistema ta' CVA u ż-żona pedonali fil-Belt, jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li minnhom wieħed jista' jidħol u joħroġ mill-Belt?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 25709, tiegħu stess, fis-seduta tal-bieraħ.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 25701 u 25430 u jikkonferma jekk il-parti ta' Triq San Pawl fl-Imġarr li qiegħda ssir bħalissa hijiex tinbena fuq il-linja t-tajba peress li tidher li qiegħda toħroġ 'il barra mil-linja tat-triq eżistenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li t-triq imsemmija nbniet fuq il-livelli mogħtija mill-MEPA. Tajjeb jingħad li, peress li hemm applikazzjoni pendenti biex tinbena parti sostanzajali mill-art tul din it-triq, il-ħajt temporanju li ttella’ mill-kuntrattur inbena fil-wisa’ tal-bankina. Dan biex l-iżvilupp imsemmi jkun jista’ jsir wara dan il-ħajt u kif jitlesta, dan l-istess ħajt temporanju jkun jista jinħatt.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li qed jaħdmu mar-Roads Department li għamlu jew qed jagħmlu xogħol ta' toroq għas-snin 2005, 2006, 2007? Kemm tħallsu u kemm jonqos jitħallsu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.
Dwar Sliema Road, Kappara billi inti l-ewwel kont weġibt lili u lid-Deputati Laburisti oħra li dan ix-xogħol ma jistax isir għalissa għax ser tingħata prijorita' lil triqat li qatt ma ġew asfaltati iżda aktar tard meta saret pressjoni minn Deputati Nazzjonalisti kont indikajt li dan ix-xogħol fil-fatt ser isir dalwaqt, jista' l-Ministru jindika d-data preċiża meta x-xogħol ta' l-asfaltar fi Sliema Road sejjer effettivament isir?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proġett tal-bini tal-Kappara fly over huwa proġett iffinanzjat mill-EU u għallhekk ix-xogħol fuq dan il-proġett jinħtieġ l-approvazzjoni ta' l-EU.
Għalhekk m'aħniex f'pożizzjoni li nagħui data preċiża ta' meta ser jinbeda x-xogħol ta' asfaltar ta' Sliema Road.
Dan ix-xogħol hu ppjant li jinbeda għall-aħħar tas-sena 2007 bidu 2008.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjanijiet tal-link road bejn ix-Xatt tal-Gżira u Regional Road?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-kunċett tad-diżinn ġie ppreparat mill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta u ġie mgħoddi biex jiżdied fin-North Harbours Local Plan.