Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qasam tal-Agrituriżmu — bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għaqdiet tal-bdiewa li jaħdmu fil-qasam tal-Agrituriżmu u x’għajnuna qed jirċievu mill-Gvern?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li sa issa ma hemm l-ebda għaqda tal-bdiewa li taħdem speċifikament fl-Agrituriżmu.

L-Għammieri – żjarat mit-tfal tal-iskola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal tal-iskejjel li żaru l-farm tal-Għammieri sena b’sena mill-2012 sa meta tigi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

L-Għammieri – farm – klieb u qtates

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ klieb u qtates li qed jinżammu fil-farm tal-Għammieri mill-2012 sal-lum?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Skart li ġie loaded and exported – average cost/tonne

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-average cost/tonne għal kull waste stream separatament fir-rigward tal-iskart illi ġie loaded and exported matul l-2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-Wasteserv ma tesportax dirett waste streams. Għal mistoqsijiet l-oħra qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Skart li ġie loaded, managed and exported – average cost/tonne

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-average cost/tonne għal kull waste stream separatament fir-rigward tal-iskart illi ġie loaded, managed and exported matul l-2015?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirefferi lill-Onor. Interpellant għat-Tabella mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra għal-Mistoqsija Parlamentari 23642.

Bejgħ ta’ Siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ siġar tal-frott li nbiegħu din is-sena mid-dipartimenti li jaqgħu taħtu? X’tip ta’ siġar fil-fatt inbiegħu, u għal kull tip ta’ siġra jgħid kemm inbiegħet?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 22925.

Każijiet ta’ frott u ħaxix li kellhom fdalijiet ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu każijiet ta’ ħaxix u frott li kellhom fdalijiet ta’ pestiċidi iktar għolja milli suppost, sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dawn kienu frott u ħaxix ta’ Malta?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Trasferiment ta’ art agrikola

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm trasferimenti ta’ art agrikola – kemm bħala numru kif ukoll bħala tomniet – sena b’sena mill-2012 sa' meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li trasferimenti ta’ art agrikola ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ dan il-Ministeru u għalhekk għandha tgħaddi lill-Ministru kkoncernat.

Proġett “Midd Idejk fil-Biedja”

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-proġett ‘Midd Idejk fil-Biedja’, li tant kellu suċċess, ġie mwaqqaf? Jista jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jibda?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li l-proġett tal-‘Midd Idejk fil-Biedja’ intemm għaliex ir-raba’ tal-Għammieri għandu jintuża kollu għal skop ta’ riċerka u tagħlim fil-biedja u mhux biex jitqassam fi bċejjeċ żgħar u jingħata lil individwi biex ikunu jistgħu jkabbru xi prodotti agrikoli. Il-proġett minnu nnifsu ma jitqisx bħala wieħed li jagħti kontribut lill Agrikoltura lokali u għalhekk m’hemmx il-ħsieb li jerġa’ jibda.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Dipartimenti u Awtoritajiet - impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dipartimenti /awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Xi grad għandu kull impjegat/a?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li sad-29 ta’ Frar 2016 fid-dipartimenti tal-Ministeru tiegħi kien hemm jaħdmu 1108 impjegat. Il-gradi tal-impjegati huma kif jidhru f’Appendiċi K (paġna 347 u 348) tal-Estimi Finanzjarji għall-2016 kif ippubblikati mill-Ministeru tal-Finanzi li kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bdiewa – importazzjoni ta’ nases kontra insetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew importati nases biex jintużaw mill-bdiewa kontra l-insetti sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Bdiewa – inċentivi għall-użu ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għandux il-ħsieb li jagħti inċentivi biex il-bdiewa jnaqqsu l-użu ta’ pestiċidi? Fil-każ li iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn l-inċentivi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ninsab infurmat li wara konsultazzjoni rigward inċentivi sabiex il-bdiewa jużaw metodi agro-ambjentali (agro-environmental measures), mal-Awtorità ta’ Ġestjoni fi ħdan il-Ministeru kkonċernat, jiena nfurmat li dawn ser ikunu mħejja hekk kif indikat fil-miżura numru 10 u partikolarment il-miżuri agro-ambjentali numru 1 u 4 tal-Pjan tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020.

Serer f’Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn serer - kemm bħala numru kif ukoll bħala tomniet ta’ raba’ - f'Malta separatament minn dawk ta' Għawdex, sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BRINCAT, LEO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni miġbura mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Ta’ Qali – CA Site — compost

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi prodott kompost mis-Civic Amenity Site f’Ta’ Qali u l-composter? Jista’ jgħid jekk dan il-kompost hux ta’ kwalità tajba, u jekk hux qiegħed jinbiegħ? Jekk qiegħed jinbiegħ, lil min qiegħed jinbiegħ u b’kemm qed jinbiegħ? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari għall-2013, għall-2014 u għall-2015 separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Wasteserv, ninsab infurmat li l-composter f’ Ta’ Qali għadu mhux qed jopera kif mixtieq u skont l-obbligi tal-kuntratt. Fil-fatt il-Wasteserv diġà applikat il-massimu ta’ delay penalities li jammontaw għal €130,050 u qed tikkontempla passi ulterjuri li jinkludu l-irtirar tal-performance guarantee li tammonta għal €86,700 fil-konfront tal-kuntrattur li huwa responsabbli għal dawn in-nuqqasijiet. Il-kumpanija qegħda wkoll tikkuntempla azzjoni għad-danni jekk il-kuntrattur ma jirnexxielux jindirizza n-nuqqasijiet li għad fadal u għaż-żmien li ntilef. Għaldaqstant il-materjal li qed jinġabar mhux ta’ kwalità kostanti u allura qed jintrema ġewwa l-Għallis. Dan sakemm jitranġa l-makkinarju u l-kompost ikun ta’ kwalità tajba u approvat għall-użu mill-MEPA. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għat-tieni parti tal-mistoqsija, il-proġett ta’ Ta’ Qali ġie inawgurat is-sena li għaddiet.

Sant’ Antnin – glass crusher

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-volum ta’ ħġieġ illi qed jiġi trattat fil-Glass Crusher ta’ Sant’ Antnin? U x’inhu jsir bil-prodott finali? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari għall-2013, għall-2014 u għall-2015 separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat illi l-volum ta’ ħġieġ illi qed jiġi trattat fil-glass crusher ta’ Sant’ Antnin u mibjugħ ammonta għal madwar 10 tunnellata għas-sena 2015. Ma sar l-ebda crushing tal-ħġieġ għas-snin 2013, 2014. Iżda l-ħġieġ mibjugħ (mhux crushed) lil diversi kuntratturi privati biex jiġi rriċiklat kien ta’ 4,444 tunelatti għal-2013, 3,171 tunelatti għal-2014 u 1,349 tunellati għal-2015.