Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problema fl-arloġġ tad-dawl?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat li l-każ ġie mistħarreġ u irriżulta li l-kwistjoni ġiet solvuta aktar kmieni wara li l-persuna msemmija kienet ingħatat assistenza min naħa tal-ARMS.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Enemalta biex ittejjeb il-provvista tal-elettriku għall-fabbriki, SMEs u ħwienet fl-inħawi tal-Imrieħel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-inħawi msemmija u f’Santa Venera, fis-snin li għaddew kien hemm għadd ta’ żviluppi residenzjali, kummerċjali u industrijali. Biex tilqa’ għal din iż-żieda fid-domanda u biex ikollha r-riżorsi meħtieġa biex taqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħha fis-snin li ġejjin, Enemalta plc qed issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku li tissupplixxi lil din iz-zona. Fost oħrajn, il-Kumpanija qed tkabbar iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni ta’ Santa Venera.
Ix-xogħol f’dan iċ-Ċentru tad-Distribuzzjoni mistenni jitlesta sas-sena d-dieħla. Sadanittant, il-Kumpanija għandha wkoll pjanijiet biex tibni ċentru tad-distribuzzjoni ieħor ġdid biex ikompli jżid il-flessibilità u l-affidabilità tal-provvista tal-elettriku fil-lokalitajiet ta’ dawn l-inħawi.
It-tisħiħ ta’ dan iċ-ċentru tad-distribuzzjoni tifforma parti minn proġett ta’ Enemalta plc, b’investiment ta’ madwar €60 miljun fuq tliet snin, biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku u tkompli titjieb il-kwalità tas-servizz lill-klijenti.
Jista’ l-Ministru jgħid matul l-2015, xahar b’xahar, kemm kien hemm każijiet ta’ qtugħ tal-elettriku kkawżati minħabba li xi kuntrattur tat-tħaffir tat-toroq jolqot xi cable tal-Enemalta? Kemm hi l-medja ta’ sigħat ta’ qtugħ ta' dawl għal dawn il-ħsarat? Meta jiġri hekk, il-kuntratturi jintalbu jħallsu għall-ispejjeż biex jitranġaw il-ħsarat fil-cables?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena kien hemm 19-il każ fejn kuntratturi laqtu cables tal-Enemalta. Il-medja ta' sigħat ta' qtugħ ta' dawn il-ħsarat hija ta' tlett sigħat u tnejn u ħamsin minuta (3.52hrs). Meta jiġri hekk, isir rapport lill-Pulizija sabiex dawn jagħmlu l-investigazzjonijiet neċessarji. F'każ li l-kuntrattur jinstab ħati, dan jiġi mitlub iħallas l-ispejjeż.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – ilma tax-xorb
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tiżgura li l-ilma tax-xorb li qed tissupplixxi hu tajjeb għax-xorb?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li l-laboratorju fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kull xahar janaliżża kampjun mill-ilma tal-pjan, mill-impjanti tar-Reverse Osmosis, mill-ġibjuni, kif ukoll mill-villaġġi u postijiet oħra relatati. Il-monitoraġġ isir għall-diversi parametri ta' natura kimika, fiżika u batterjoloġiċi. Madwar 8000 kampjun jiġi analiżżat mil-laboratorju fis-sena li jammontaw għal madwar 100,000 testijiet speċifici.
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tibda titħaddem is-sistema tal-IT il-ġdida fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Kemm se tiġi tiswa din is-sistema?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir żvillup kontinwu fis-sistema pre¿enti tal-IT f’dak li jirrigwarda l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek bil-għan li intejbu s-servizz għall-benefiċċju tal-partijiet interessati kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jdaħħal l-e-prescribing f’pajjiżna? Meta?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir zvillup fis-sistema eletronika tal-POYC Unit sabiex fil-gejjien qrib din tkun tista tiffacilita' l-hrug ta' computer generated prescriptions.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda l-proġett pilota tat-tqassim tal-mediċini fid-djar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-progett pilota dwar l-iskema tat-tqassim tal-medicini fid-djar lill-pazjenti ta’ ’l fuq minn 70 sena u lill-pazjenti li ghandhom nuqqas ta’ mobbilità ser jigi mniedi fil-lokalitajiet tar-Rabat u tar-Rahal Gdid mill-ewwel kwart tal-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk filwaqt li sar ftehim mas-sidien tal-ispiżeriji biex iqassmu l-mediċini fid-djar, imma għad m’għandux l-appoġġ tal-ispiżara li fil-fatt se jkunu huma li jqassmu l-mediċini fid-djar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li is-Service Level Agreement gie iffirmat mic-Chamber of Pharmacists fejn dawn jirrapprezentaw lill-ispizjara, kif ukoll mal-GRTU.
Expression of Interest jew tender – kiri ta’ ambulanzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ħarġet is-sejħa permezz ta’ tender jew expression of interest jew xi tip ta’ sejħa oħra, għall-kiri ta’ ambulanzi li ġie mogħti fis-6 ta’ Ottubru 2015?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sejha ghall-offerta CPSU/CPSU/Q032-4607/15 giet ippubblikata fuq l-Electronic Public Procurement System fit-22 ta’ Settembru 2015 u ghalqet fit-29 ta’ Settembru 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn bejn Awwissu u Settembru 2015, il-kiri tal-ambulanzi ngħata b’direct order? Lil min?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fin-nuqqas ta’ servizz tajjeb minghand il-kuntrattur originali, kien jintalab servizz minghand kuntrattur differenti. Id-differenza fil-prezz kienet tigi imhallsa mill-kuntrattur originali.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid:
1. kemm hawn
water bowsers/water tankers
liċenzjati biex iġorru l-ilma?
2. kemm hi l-kapaċità totali ta' ilma li dawn jesgħu?
3. x'volum ta' ilma jinġarr f'24 siegħa minn dawk liċenzjati?
4. x'passi qed jieħu l-Ministru biex jassigura illi water bowsers/water tankers li m’għandhomx liċenzja, ma jġorrux ilma?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li sal-20 ta' Novembru 2015 kien hawn 96 operatur liċenzjati li jġorru l-ilma. Il-kapaċita' totali ta' dawn it-tankers hija ta' madwar 2404 metri kubi. Ir-Regolatur qed jagħmel spezzjonijiet kull fejn ikun hemm rapport ta' ġarr ta' ilma minn vetturi mhux illiċenzjati biex iġorru l-ilma.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex it-triq li twassal għal-lokalità tal-Qala qed terġa’ tinqala’ meta t-tarmak ingħata ftit tal-ġimgħat ilu biss? Jista’ jgħid min hu responsabbli għal dan in-nuqqas ta’ ppjanar? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa dan in-nuqqas ta’ pjanar biex triq li għadha kemm inksiet bit-tarmak ftit ilu, qed terġa tinqala’ u min se jkun qed iħallas għal dan in-nuqqas? Jista’ jgħid kemm tul minn din it-triq se jerġa’ jitħaffer?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li meta ingħata l-base course - li mhuwiex it-tarmak finali - is-sistema eżistenti tad-drenaġġ ġarbet xi ħsarat. Din is-sistema hija antika u taċ-ċaqquf. Hu normali li katusi taċ-ċaqquf bħal dawn jiġu kkonservati. Għaldaqstant il-Korporazzjoni ppruvat issalva din is-sistema. Intuża apparat speċjaliżżat sabiex tiġi identifikata l-kwantita ta' ħsara. Il-ħsara testendi għal madwar 250 metru u ser tiġi rranġata fl-iqsar żmien possibbli. Il-base course ta' fuq il-main il-miksur biss ser jinqala'.
JIsta' l-Ministru jgħid kemm hu t-total ta' persuni li qegħdin jirċievu kura għall-HIV fl-Isptarijiet ta' Malta u Għawdex? JIsta' jgħid kemm, bejn wieħed u ieħor, tiswa din il-kura għal kull persuna nfettata kull sena? Jista’ jindika kemm minn dan in-numru huma rġiel, nisa jew transgender? Jista’ jaqsam dan in-numru ta’ persuni f’kategoriji skont is-sors jew risk factor tal-infezzjoni (pereżempju: irġiel omosesswali, eterosesswali, hemophiliacs, iv drug users, vertical transmission eċċ.)?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li tidher fit-tabella hawn taħt huma l-kazijiet ta’ HIV li ġew notifikati mill-2004 sal-aħħar ta’ Ottubru 2015 maqsumin bejn nisa u irġiel kif ukoll kategoriji skond is-sors tal-infezzjoni.
Year
HIV cases
AIDS cases
M
F
Hetero
MSM
IVDU
Haem
UnKnown
2004
15
2
13
4
8
2
2
0
5
2005
15
4
11
8
11
5
0
1
2
2006
22
7
19
10
16
10
1
0
2
2007
14
2
10
6
13
0
2
0
1
2008
28
8
25
11
25
8
1
0
2
2009
18
2
11
9
15
3
0
0
2
2010
17
6
19
4
16
7
0
0
0
2011
24
5
22
7
17
9
0
0
3
2012
30
6
28
8
25
10
0
0
1
2013
36
1
31
6
15
18
3
0
1
2014
39
4
39
4
12
27
1
0
3
2015(till 31/10/2015)
50
1
45
6
13
37
0
0
1
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa fuq l-Isptar Boffa biex dan jilqa’ fih l-anzjani? Jista’ jgħid liema xogħol sar biex dan l-isptar jilqa’ fih l-anzjani?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa issa saru diversi xoghlijiet biex l-Isptar Boffa jerga ikun disponibbli ghall-pazjenti fosthom trangar ta' membrane fuq is-soqfa tal-isptar kollu, installazzjoni gdida ta dwal li tinkludi s-sistema ta’ circuit breakers li kienu nieqsa fis- sistema precedent, installazzjoni ta’ Fire Safety Detectors and Alarm, sistema ta’ nurse call moderna, bdil ta’ tlett kmamar tal-banju, bdil ta’ tapiti tad-drapp ma’ tapiti tal-vynil, tikhil, kisi u tibjid tas-swali u l-kurituri, tibdil komplut tar-reception area, installazzjoni ta’ air conditioners u rrangar fejn kien mehtieg, installazzjoni ta’ suffetti godda u rrangar ta dawk ezistenti, manutenzzjoni tal-bibien interni, tibdil strutturali u mmodernizzar tal-B Pod station, manutenzzjoni tal-lifts ezistenti u tindif u manutenzzjoni tal-purtieri.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm pazjenti anzjani għall-kura fl-Isptar Boffa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ pazjenti li huwa ppjanat li jigu ospitati ghall –kura gewwa l-isptar Boffa ser jammontaw ghat-total ta’ 50 pazjent.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi ħdan l-Isptar Mater Dei? X’tip ta’ esperjenza għandu l-individwu biex jagħmel dan ix-xogħol? Kemm qed jitħallas għax-xogħol li qed jagħmel?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu indikat qiegħed imexxi programm ta’ titjib fost l-oħrajn fic-Central Procurement and Supplies Unit, fil-Pharmacy of Your Choice, d-dipartiment tal-farmaċewtika, fl-imaniġġjar aħjar u l-utilizzazzjoni tas-soddod f’Mater Dei u fid-dipartiment tal-emerġenza. Huwa wkoll qiegħed imexxi programm ta’ titjib fil-proċess tax-xiri u distribuzzjoni ta’ mediċini. Il-Gvern jinsab impenjat biex ikompli jnaqqas il-mediċini out-of-stock, bir-riŻultati miksuba jibqgħu konsistenti, jkompli jnaqqas il-ħin ta’ stennija fid-dipartiment tal-emerġenza, jiŻdiedu n-numru ta’ soddod f’Mater Dei,jkomplu jonqsu l-listi ta’ stennija għall-operazzjonijiet. Dan minbarra l-proġett pilota ta’ tqassim ta’ mediċini fid-djar tal-anzjani ta’ ‘l fuq minn 70 sena, li mistenni jibda s-sena d-dieħla flimkien mal-GRTU u l-Kamra tal-IspiŻjara.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu fil-kuntratt tiegħu li hu jista’ jqatta’ mill-inqas tliet xhur mis-sena fil-Kanada?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu indikat għandu l-ammont ta’ leave għal vaganza skond il-liġi.