Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ players tal-football barranin f’Malta u Għawdex b’mod separat, li jilgħabu f’xi diviżjoni? Minn liema pajjiżi huma? Jista’ jagħti l-informazzjoni diviżjoni b’diviżjoni b’mod separat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ players tal-futbol barranin f’Malta u Għawdex separatament, diviżjoni b’diviżjoni, huwa kif se nsemmi:
Players tal-futbol barranin f’Malta
Premier – 163 player
l-Ewwel Diviżjoni – 64 player
it-Tieni Diviżjoni – 76 player
it-Tielet Diviżjoni – 68 player
Players tal-futbol barranin f’Għawdex
l-Ewwel Diviżjoni – 12-il player
it-Tieni Diviżjoni – 4 players
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar minn liema pajjiżi ġejjin, diviżjoni b’diviżjoni, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 26996 - Players tal-futbol barranin f'Malta.xls
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni 'l fuq minn 61 sena li jaħdmu llum u x'xogħol jagħmlu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni ta’ 61 sena u ’l fuq li kellhom impjieg full time u part time bħala xogħol ewlieni fl-aħħar ta’ April 2016 kien ta’ 13,494. Dwar f’liema kategorija ta’ xogħol jaħdmu, l-informazzjoni hi kif se nsemmi:
Kategorija ta’ xogħol
Ta’ 61 sena u ’l fuq
[0] Armed Forces
2
[1] Managers
2,228
[2] Professionals
2,372
[3] Technicians and Associate Professionals
972
[4] Clerks and support workers
1,035
[5] Services and sales workers
2,193
[6] Skilled Agricultural, fishery and forestry workers
396
[7] Craft and related trades workers
1,039
[8] Plant and machine operator and assemblers
729
[9] Elementary Occupations
2,528
Total
13,494
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment, b’fondi nazzjonali u Ewropej, allokat għall-boroż ta’ studju għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat mid-Dipartiment Implimentazzjoni ta’ Programmi li fil-każ ta’ skemi li huma sostnuti minn fondi nazzjonali l-investiment kien hekk:
- Malta Sport Scholarship Scheme – l-investiment kien ta’ €120,000.00
- Malta Arts Scholarships Scheme – l-investiment kien ta’ €250,000.00
- ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Kategorija B - l-investiment kien ta’ €900,000.00
Infurmat ukoll li l-investiment b’fondi Ewropej allokati għall-boroż ta’ studju fl-ewwel sena tal-proġetti hawn taħt imsemmija huwa kif ġej:
- ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Kategorija A - l-investiment matul l-ewwel sena tal-proġett se jkun ta’ madwar €2,400,000.00
- REACH HIGH Scholars Programme – Post-Doctoral Grants, l-investiment matul l-ewwel sena tal-proġett se jkun ta’ madwar €900,000.00
Dawn iż-żewġ proġetti huma għall-perjodu 2015 - 2020.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-programm edukattiv GEM 16+ fis-sena li għaddiet u x’hemm ippjanat għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm Edukattiv GEM16+ huwa rotta akkademika oħra mfassla mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex jintlaħqu aħjar il-ħtiġijiet ta’ studenti li temmew l-edukazzjoni obbligatorja f’dawn l-aħħar sentejn, filwaqt li jirċievu stipendju.
GEM16+ għandu tliet għanijiet. Primarjament il-programm iwassal sabiex l-istudenti jġibu u jtejbu l-kwalifika tagħhom taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES – SEC) f’suġġetti bażiċi sabiex ikunu jistgħu jkomplu fir-rotta akkademika. GEM16+, bl-għajnuna tal-MCAST u l-ITS, jiffaċilita wkoll ir-rotta vokazzjonali lill-istudenti tiegħu meta jagħżlu li jidħlu f’istituzzjoni vokazzjonali, kif ukoll, bl-għajnuna tal-GRTU, hemm skedati esperjenza ta’ xogħol lil uħud mill-istudenti bi ħsieb ta’ karriera futura. Qegħdin isiru wkoll preparamenti sabiex isir job shadowing minn studenti interessati ġewwa l-Akkademja tal-Pulizija kif ukoll mal-Forzi Armati ta’ Malta. Permezz ta’ ħidma sabiex l-istudenti jħarsu aktar fit-tul, l-edukazzjoni u l-kwalifiki li jridu jġibu fil-preżent jingħataw aktar relevanza.
Il-Programm Edukattiv GEM16+ joffri opportunità ta’ sena akkademika biex dawn l-istudenti jkomplu jitgħallmu suġġetti akkademiċi li jwassluhom għall-eżamijiet taċ-ĊES ta’ Mejju. Permezz ta’ kurrikulu riparatorju, l-għalliema jkunu jistgħu jiffukaw aktar fuq il-ħtiġijiet individwali tal-istudenti tagħhom.
GEM16+ fil-Gżira joffri 240 post fi 15-il klassi ta’ 16-il student u studenta. In-numru limitat ta' postijiet jippermetti li l-istudenti jkollhom aktar appoġġ u inkoraġġiment mill-professjonisti, filwaqt li huma mistennija jagħmlu l-almu tagħhom u jimpenjaw ruħhom.
In-numru massimu ta’ studenti reġistrati f’GEM16+ sal-aħħar ta’ Novembru 2015 kien ta’ 80. Minn dawn komplew sal-aħħar 65.
L-amministrazzjoni ta’ GEM16+, l-għalliema, l-LSAs (li se jkunu ta’ appoġġ fis-suġġett mal-grupp kollu), il-Youth Workers, flimkien mat-taqsima tal-Guidance, se jkunu ta’ appoġġ u sostenn għall-istudenti sabiex dawn jemmnu fihom infushom u jagħrfu aktar il-ħiliet tagħhom. L-għan ewlieni huwa li jersqu aktar lejn tagħlim tul il-ħajja b’intenzjoni li jkunu ċittadini responsabbli u attivi b’impjieg xieraq fil-futur. Għal dan il-għan, GEM16+ jirrikonoxxi l-importanza ta’ appoġġ pastorali u gwida għal karriera futura flimkien ma’ għajnuna mogħtija minn Aġenzija Żgħażagħ.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-programm edukattiv ALP fis-sena li għaddiet u x’hemm ippjanat għal din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2015/16 kien hemm 284 student li bdew il-kors u spiċċawh 255. Ħafna rnexxielhom jieħdu ċertifikat LSSCMP fl-Livell 1 u anke fl-Livell 2. Matul is-sena tajnihom esperjenza ta’ taħriġ fl-industrija taħt is-superviżjoni tal-għalliema u l-LSAs
Ingħataw ukoll korsijiet speċjalizzati f’diversi oqsma, korsijiet li ħafna minnhom huma akkreditati. Matul is-sajf kienu offruti korsijiet speċjalizzati lill-istudenti fl-ICT u l-Multimedia fejn grupp partikulari eċċella f’kors speċifiku u ġab riżultati meħtieġa u ekwivalenti. Dawn l-istudenti issa ser jibdew kors għad-Diploma fl-MCAST.
F’din is-sena skolastika 2016/17, sar proċess ta’ selezzjoni tal-istudenti fejn fih qed jingħata l-programm alternattiv li huwa aktar orjentat lejn taħriġ vokazzjonali u kreattiv u li hu mmirat għall-istudenti li jridu jkomplu f’dan is-settur.
F’din is-sena skolastika, l-istudenti qed jingħataw iċ-ċans li jagħżlu żewġ suġġetti vokazzjonali minn għażla ta’ 22 u anke s-suġġetti bażiċi bħall-Malti, Ingliż u Matematika u suġġetti addizzjonali bħal PE, PSCD, Home Economics, ICT u Reliġjon. Għal din is-sena wkoll ser ikollna grupp ALP+ (post-sekondarju) fejn dawn se jingħataw l-opportunità li żewġ gruppi jistudjaw Welding & Fabrication Livell 3 u grupp ieħor ser jistudja Hospitality Livell 2. Dawn l-istudenti ser jieħdu wkoll l-istipendju u grants bħall-istudenti l-oħra kollha. Hekk qed nagħtu opportunitajiet aħjar biex l-istudenti jkunu ppreparati tajjeb biex ‘il quddiem ikomplu l-istudji tagħhom l-MCAST jew l-ITS jew inkella meta jilħqu l-livell meħtieġ ikunu jistgħu jibdew esperjenza ta’ xogħol.
B’dan il-programm jidher ċar li dawn l-istudenti li kienu qed jintilfu fis-sistema edukattiva issa b’taħriġ vokazzjonali u addattat għalihom qed isibu r-rotta tajba għalihom. Bl-għajnuna kontinwa tal-għalliema u LSAs speċjalizzati f’dan il-qasam, qed ikollna riżultati sodisfaċenti.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif marret l-introduzzjoni tas-suġġett tal-Etika fis-sena skolastika li għaddiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li s-suġġett tal-Etika daħal fil-Kulleġġ Santa Klara (Primarja Tas-Sliema, u Skola Medja u Sekondarja, Pembroke) u fil-Kulleġġ Maria Reġina (Primarja San Pawl il-Baħar u Skola Medja Naxxar) fis-sena skolastika 2013/2014. Fis-sena 2015/2016 beda wkoll fil-Kulleġġ San Nikola (Skola Medja, Rabat).
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli, kif se nsemmi:
Tabella ‘A’ - turi kemm studenti ħadu l-Etika s-sena l-oħra.
Tabella ‘B’ - turi l-iskejjel li fihom daħal is-suġġett tal-Etika minn din is-sena skolastika (2016/2017)
Is-suġġett intlaqa’ tajjeb mill-istudenti, ġenituri u għalliema, li wrew ħafna interess. Fil-fatt, skont ix-xewqa tal-ġenituri, fil-bidu tas-sena għandhom isiru xi laqgħat biex jiġu mgħarrfin aktar dwar is-suġġett li jkunu qed jitgħallmu uliedhom.
Isiru eżamijiet fis-snin 7,8 u 9. Mis-sena d-dieħla jibda jkun hemm l-eżamijiet ukoll fis-snin 4 u 10.
Fl-2018 l-istudenti se jkunu jistgħu jagħmlu l-eżami tas-SEC wara li s-sillabu ġie approvat mill-Bord tal-MATSEC.
L-għalliema tal-Etika jridu jitħarrġu billi jattendu għal kors PostGrad fit-Tagħlim tal-Etika fl-Iskejjel.
Kien hemm 43 għalliem/a li temmew il-kors (2014/2015) u gradwaw fl-2015, filwaqt li bħalissa hemm 42 oħra li qegħdin jagħmlu l-kors (2016/2017).
Persuni reġistrati bħala Third Country Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala Third Country Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien hemm 49 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru bħala Third Country Nationals. Dwar ta’ liema nazzjonalità huma, l-informazzjoni hi kif ġej:
Nazzjonalità
Reġistranti
Ċina
1
Eġittu
3
Eritrea
1
Etjopja
1
Ghana
1
Indja
1
Iran
1
Ġordan
1
Libja
20
Mali
1
Niġerja
1
Palestina
2
Filippini
2
Federazzjoni Russa
3
Serbja
3
Sierra Leone
1
Somalja
1
Sirja
3
Ukrajna
2
Total
49
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, rigward l-operat tal-Ministeru , dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman dwar l-operat tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, hu kif se nsemmi:
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Saru 33 każ mill-Ombudsman lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, li minnhom:
8 huma każijiet pendenti;
3 huma każijiet li ngħalqu fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
20 huma każijiet li ngħalqu favur il-Ministeru;
2 huwa każ li ngħalaq permezz ta’ azzjoni ta’ rimedju min-naħa tal-Ministeru.
Kien hemm ukoll 5 każijiet li nbdew qabel l-1 ta’ Ottubru 2015 iżda ġew konklużi wara din id-data. Minn dawn il-każijiet:
1 huwa każ li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
4 huma każijiet li ngħalqu favur il-Ministeru.
Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu
Ninsab infurmat li kien hemm każ wieħed li huwa pendenti.
Libreriji Maltin
Ninsab infurmat li kien hemm 3 każijiet, li minnhom wieħed (1) ġie konkluż favur l-entità, u tnejn (2) huma pendenti.
Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST)
Ninsab infurmat li kien hemm 9 każijiet, li minnhom
1 huwa każ li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment;
3 huma każijiet li ngħalqu permezz ta’ azzjoni ta’ rimedju min-naħa tal-MCAST;
3 huma każijiet li ngħalqu favur l-MCAST;
2 huma każijiet pendenti.
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Ninsab infurmat li kien hemm każ wieħed (1) li ngħalaq fuq talba ta’ min għamel l-ilment.
Sport Malta
Ninsab infurmat li kien hemm 8 każijiet, li minnhom 7 ġew konklużi favur l-entità, u wieħed (1) ġie konkluż permezz ta' medjazzjoni bejn l-entità u l-partijiet konċernati.
Università ta’ Malta
Ninsab infurmat li kien hemm 24 każ, li minnhom 9 huma pendenti, 8 ġew konklużi favur l-Università ta’ Malta, u 7 ġew riżolti permezz ta’ rimedju mill-Università ta’ Malta.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni dwar l-operat tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, rigward l-operat tal-Ministeru, dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li kien hemm tliet talbiet li saru lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru. Waħda minnhom hija pendenti, oħra nqatgħet favur min għamel it-talba u ngħatat l-informazzjoni, u oħra nqatgħet favur il-Ministeru.
Ma kien hemm l-ebda talbiet min-naħa tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid kif grupp ta' ħaddiema tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni f'Għawdex ħadu sehem fil-programm tal-Unjoni Ewropea 'Europe for Citizens' bl-isem EASYtowns (European Sustainable Young Towns) meta normalment dawn il-programmi huma mmirati għall-kunsilli lokali u għaċ-ċittadini tal-lokalitajiet? Min kienu l-uffiċjali li siefru f'dan il-programm u min għamel l-applikazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li ‘Easy Towns’ (European Accessible Young Towns) huwa proġett ta’ sentejn iffinanzjat mill-programm tal-Unjoni Ewropeja ‘Europe for Citizens’. Fih hemm 10 pajjiżi Ewropej li qed jiddiskutu u jikkollaboraw dwar it-temi ta’ multikulturaliżmu u integrazzjoni. Malta hija rappreżentata f’dan il-proġett mill-Kulleġġ t’Għawdex. L-għan aħħari huwa li l-parteċipanti jsaħħu l-kapaċitajiet u l-kompetenzi tagħhom biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar meta jiffaċċjaw il-klijenti tagħhom li jkunu ġejjin minn kull naħa tad-dinja u minn ambjenti soċjali diversi.
Il-Kulleġġ t’Għawdex, li l-motto tiegħu huwa ‘Embracing Diversity’, jagħmel mill-aħjar biex jippromwovi komunità edukattiva inklussiva speċjalment fil-kuntest attwali fejn in-numru ta’ studenti barranin u bi bżonnijiet partikolari ġol-iskejjel qiegħed kull ma jmur jiżdied. L-edukazzjoni hija pedament fundamentali li fuqu hija mibnija kull lokalità
għaliex permezz tagħha jiġu magħġuna iċ-cittadini tal-futur. Huwa għal din ir-raġuni li l-imsieħba barranin riedu li l-Kulleġġ t’Għawdex jagħmel parti minn dan il-proġett. Fil-fatt il-Kulleġġ t’Għawdex ġie mistieden jipparteċipa minn sieħba Ewropej li kellu kollaborazzjoni magħhom fil-passat fuq proġetti relatati mal-iskejjel, mela l-applikazzjoni u ġie aċċettat. Dan kien possibbli għaliex il-Kulleġġ f’dawn l-aħħar snin dejjem ipprova jħares lil hinn minn xtutna biex iwessa’ l-orizzonti u jtejjeb il-kompetenzi tan-nies tiegħu.
F’dan il-proġett il-Kulleġġ qed jinvolvi anke l-komunità fosthom kunsilli lokali u għaqdiet volontarji. Fl-aħħar laqgħat li saru l-Ġermanja ġie deċiż li l-laqgħat li jmiss isiru ġewwa Għawdex mit-22 sal-25 ta’ Marzu 2017. Aktar minn 40 parteċipant minn 10 pajjiżi differenti se jkollhom l-opportunità li jżuru pajjiżna u jaraw il-Kulleġġ u l-komunità għawdxija x’kapaċi joffru f’dan il-qasam. L-erba’ parteċipanti li rrappreżentaw il-Kulleġġ fil-Ġermanja mis-6 sad-9 ta’ Ottubru 2016 kienu: Uffiċjal Edukattiv għal Għawdex, Career Advisor fil-Kulleġġ t’Għawdex, Uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prinċipal t’Għawdex, u Uffiċjal Reġjonali tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ u Chairman ta’ LGBTI+ Gozo.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li aktar kmieni din is-sena, kien hemm kap ta' skola tal-istat li ġie deployed f'kariga ta' uffiċjal edukattiv? F’każ ta’ konferma, jista’ jgħid x'kienet ir-raġuni li ttieħdet tali deċiżjoni u jekk kienx hemm każijiet preċedenti, qabel din is-sena, simili għal dan?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-każ li għalih x’aktarx qiegħed jirreferi l-Onor. Interpellant imur lura għas-sena skolastika 2014/2015 meta l-Uffiċjal Edukattiv għall-Mużika ħarġet fuq leave fit-tul biex takkumpanja lil żewġha fuq xogħol uffiċjali tal-gvern (PSMC 5.3.2). Il-vakanza li ħolqot imtliet temporanjament minn Kap ta’ Skola li għandha kwalifiċi fil-Mużika. L-Uffiċjal Edukattiv (Mużika) irreżumiet f’nofs Lulju 2016. Il-Kap ta’ Skola in kwistjoni ma komplietx tkopri r-rwol flok l-Uffiċjal Edukattiv (Mużika). Infurmat li għas-sena skolastika 2016/17 qed tissapportja lill-Uffiċjali Edukattivi (snin bikrin) minħabba l-esperjenza li għandha fil-qasam.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol –konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tal-persuni li taw u li qiegħed jagħtu s-servizzi tagħhom bħala konsulenti matul is-sena 2016 fi ħdan l-istess Ministeru, Direttorati, Istituti, Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni u Sport Malta? Jista’ jgħid ukoll x'tip ta' ħlas jew perkaċċi qiegħed jingħataw dawn il-konsulenti għas-servizz tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.
(Korrezzjoni: Ara Dokumentu PL 7800 li tpoġġa f'Seduta 430, nhar it-Tnejn, 24 ta' Ottubru 2016)
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-implimentazzjoni tal-Learning Outcomes Framework min-naħa tad-Direttorati tal-Edukazzjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proċess tal-implementazzjoni tal-Learning Outcomes huwa wieħed mill-aspetti li qiegħdin jiġu diskussi mal-MUT, f’taħdidiet dwar ftehim settorjali. Min-naħa tad-Direttorat tal-Kwalità u l-Istandards, qiegħdin isiru pjanijiet sabiex malli jintlaħaq ftehim mal-MUT, jibda taħriġ għall-Edukaturi f’kull skola tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti. L-Uffiċjali Edukattivi għamlu xogħol ta’ tħejjija, kull wieħed fis-suġġett tiegħu, sabiex ikunu ppreparati biex jitħaddmu mal-għalliema dwar din il-metodoloġija. Huma kellhom ukoll jiem ta’ taħriġ biex jitħejjew sew għall-introduzzjoni tal-Learning Outcomes.
Qiegħdin ukoll isiru taħdidiet mal-imsieħba l-oħra, fosthom mar-rappreżentanti tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti, mal-ġenituri, Istituzzjonijiet Edukattivi Ogħla, kif ukoll mal-Matsec Board sabiex isiru riformi fis-sistema tal-assessjar inkluż is-SEC. Saret konsultazzjoni ma’ numru kbir ta’ kapijiet ta’ Skejjel Sekondarji u jidher li hemm qbil dwar kif il-Learning Outcomes, it-tagħlim u l-assessjar għandhom jiġu mħaddma flimkien b’mod li jkunu kumplimentari għal xulxin. Ser ikomplu jsiru laqgħat mal-industrija bħala msieħeb ieħor importanti.
Sar it-twaqqif tal-Istitut għall-Edukazzjoni sabiex jissaħħaħ it-taħriġ tal-edukaturi f’kull qasam li jkompli jgħin din l-implimentazzjoni. Qiegħdin jiġu offruti sensiela sħiħa ta’ taħriġ b’xejn lill-edukaturi kollha sabiex ikollhom l-opportunità li jissaħħu f’dawk l-oqsma magħżula minnhom. Hemm ippjanat taħriġ iktar wiesgħa u għażla ikbar ta’ korsijiet.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27505 jista’ l-Ministru jgħid ukoll min kienu l-membri fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni ta' dan it-tender?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-bord tal-aġġudikazzjoni ta' dan it-tender kien kompost minn Chairperson, segretarju u tliet membri li d-designation tagħhom hija kif se nsemmi:
Designation
Designation
Organisation
Chairperson
Chief Information Officer for Schools
MEDE
Secretary
ICT Procurement Officer
MEDE
Member
Director of e-Learning
MEDE
Member
eLearning Support Teacher
MEDE
Member
Enterprise Networks Architect
MITA
Ħad-Dingli — skola ġdida – interactive white boards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet fadal isiru fl-iskola l-ġdida li nbniet fil-limiti ta’ Ħad-Dingli? Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-klassijiet għad iridu jiġu mgħammra b’interactive white boards fl-iskola l-ġdida li nbniet fil-limit tar-Rabat u Ħad-Dingli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-iskola l-ġdida li nbniet fil-limiti ta' Ħad-Dingli jonqos isir biss is-soffitt tal-Assembly Hall fit-tielet sular. Dan għandu jitlesta sal-21 ta' Ottubru 2016.
Infurmat ukoll li l-iskola l-ġdida ta’ Ħad-Dingli bħalissa hija mgħammra b’Interactive Whiteboards kif ukoll numru ta’ projectors fil-klassijiet. Dawn qegħdin hemmhekk b’mod provviżorju sakemm jiġu mgħammra b’Interactive Flat Panels li hija teknoloġija ġdida u aktar moderna. Dawn għandhom jinbidlu sal-15 ta’ Novembru 2016.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-numru ta' każijiet approvati għal-LSAs għal dawn l-aħħar tliet snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet approvati għal-LSAs għal dawn l-aħħar tliet snin kien kif se nsemmi:
SenaNumru ta’ każijietApprovati għal sapport ta’ LSA
2013618558
2014648568
2015756646
2016
(sal-aħħar ta’ Ġunju)542434
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm staff addizzjonali ġie ingaġġat f'dawn it-tliet snin fil-qasam tas-sapport lill-istudenti fl-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm staff addizzjonali ġie ingaġġat f'dawn it-tliet snin fil-qasam tas-sapport lill-istudenti fl-iskejjel qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma, nefqa u l-operat tal-libreriji pubbliċi u dawk tal-iskejjel? Jista’ jipprovdi statistika ta' kemm-il ktieb ġie misluf f'kull lokalità f'dawn it-tliet snin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-nefqa f'dawn l-aħħar tliet snin mill-entità Malta Libraries f’xiri ta’ kotba għal-libreriji pubbliċi kienet hekk:
2013 – €68,990.00
2014 – €82,695.00
2015 – €83,350.77
Il-lista f’dokument ‘A’ li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħti l-istatistika ta’ self ta’ kotba f'kull lokalità mill-2013 sal-2015.
Rigward il-libreriji tal-iskejjel, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument 'B' li jinkludi tliet listi li juru n-nefqa fuq kotba li nxtraw mill-iSchools Library Service fl-2013, fl-2014 u fl-2015 flimkien man-numru ta’ kotba mislufa skola b'skola. F'dan id-dokument hemm ukoll lista oħra b'informazzjoni dwar l-ammont ta’ flus minfuqa f’xiri ta’ kotba mill-iskejjel permezz tal-Literacy and Information Support Unit tan-National Literacy Agency sa Awwissu 2016.
Jista’ l-Ministru jgħid fis-sena skolastika 2015-2016 kemm kienu rrappurtati każi ta’ bullying ta’ studenti fuq studenti u ta’ studenti fuq għalliema? X’passi ttieħdu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta jinqalgħu każijiet ta’ bbuljar bejn l-istudenti d-Dipartiment u l-iskejjel ikkonċernati fi ħdan id-Direttorati tal-Edukazzjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont in-natura tal-każ jew allegazzjoni. Fost dawn ta’ min isemmi sessjonijiet - kemm mal-vittma u kif ukoll mal-aggressur - ta’ counselling u guidance, sessjonijiet mal-psikoloġi, is-social workers u mal-ispeċjalisti tal-SEBD, fejn ukoll il-vittma jingħata l-possibbiltà ta’ counselling service. Barra minn hekk, il-Guidance Teachers tal-Anti-Bullying Team iżuru l-iskejjel u kulfejn ikunu rappurtati tali każijiet, dawn isegwu proċeduri u miżuri stabbiliti biex jagħtu l-għajnuna professjonali tagħhom. Permezz tar-restorative justice, l-istudenti kkonċernati jiġu megħjuna jifhmu li għal kull aġir hemm konsegwenza. Għalhekk jittieħdu wkoll azzjonijiet differenti fejn l-istudenti jistgħu juru b’mod konkret id-dispjaċir tal-azzjoni li jkunu wettqu.
Rigward każijiet ta’ bbuljar ta’ studenti fuq għalliema, is-servizz ta’ l-Anti-bullying ma jiġborx tali informazzjoni.
Numru ta’ każijiet irrappurtati ta’ bbuljar bejn studenti fis-sena skolastika 2015-2016 huwa kif se nsemmi:
Skejjel tal-Istat: 389 każ
Skejjel tal-Knisja: 13-il każ
Skejjel Indipendenti: 2 każijiet
Total: 404
Diviżjoni tal-Edukazzjoni – studenti tas-sekondarja li ħarġu tqal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet irrappurtati lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ta’ studenti tas-sekondarja li ħarġu tqal fis-sena skolastika 2015-2016? Jista' jgħid kemm minnhom baqgħu jattendu l-iskola? Jista’ jgħid l-etajiet tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet irrappurtati lid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni ta’ studenti tas-sekondarja li ħarġu tqal fis-sena skolastika 2015-2016 kien ta’ 22. L-etajiet tagħhom kienu:
Età
Nru. ta’ tfajliet tqal
13
2
14
1
15
4
16
15
L-informazzjoni dwar kemm minnhom baqgħu jattendu l-iskola jew servizzi oħrajn hi kif se nsemmi:
Età
Skola Sekondarja
Skola Post- Sekondarja
Servizz Għożża
Servizzi Oħrajn
Id-Dar
13
2
14
1
15
1
1
2
16
3
6
6