Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23630 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

It-Terrezza — Ħruġ ta' Skart

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex jiġi żgurat li l-iskart li joħroġ ir-ristorant It-Terrazza ta' Spinola Road, f'San Ġiljan ma jkunx ta' inkonvenjent għall ġirien tiegħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ġbir ta' skart minn San Ġiljan huwa responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Jekk jeżisti xi nuqqas jew inkonvenjent f'dan ir-rigward, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #23697 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann/Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi link up bejn l-industrial estate ta' San Ġwann u il-By Pass ta' B'Kara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23698 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm, sena b'sena mill-1994 'il hawn, il-Ministeru tiegħu nefaq flus għal xogħlijiet lill-kunsilli lokali? X'kienu dawn ix-xogħlijiet u f'liema kunsilli lokali saru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Leg 9 PQ #23729 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Extension tad-Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser issir l-extension tad-drenaġġ fi Triq R.Taylor, Bormla, u dan għall-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li qed titlesta tender biex issir l-estensjoni tad-drenaġġ fi Triq R Taylor, Bormla. Din tkun tista' titwettaq wara li tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #23747 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Drenaġġ - Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu dwar il-fatt li minn sistema ta' culverts li tagħti għal parti tal-wied, taħt Triq l-Għargħar 1979, Qormi, l-ilma tax-xita qed jitħallat mad-drenaġġ u joħroġ f'din il-parti tal-wied, bil-konsegwenza li l-area tkun infestata bin-nemus u b'riskju serju għal saħħet in-nies?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-iżbroff tad-drenaġġ li ġej minn xi culvert u jispiċċa fil-wied taħt Triq l-Għargħar 1979, Ħal Qormi, huwa kkaġunat minn overflow mis-sistema prinċipali fi Triq il-Belt Valletta u dan isir biss meta tagħmel ix-xita qawwija. Id-Dipartiment qiegħed jieħu ħsieb biex issir manutenzjoni fi Triq il-Belt Valletta biex jitnaddfu l-mini baxxi li hemm biswit il-ground tal-football ta' Ħal Qormi. Il-Masterplan Implementation Unit bħalissa għaddejja b'xogħlijiet biex tiġi mtejba s-sistema li twassal id-drenaġġ sal-Marsa.
Leg 9 PQ #23748 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf l-area tal-wied li tagħti taħt Triq l-Għargħar 1979, Ħal-Qormi, u tiġi taħt il-pont ta' San Ġorġ u li hija mimlija bil-ħaxix li huwa infestat bin-nemus?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ix-xogħol mitlub mill-Onorevoli Interpellant jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #23662 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Tal-Kotob

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli jinterveni biex jiġi irranġat valve difettuż li hemm fil-ġibjun l-abjad f'tal-Kotob fl-inħawi ta' Ħan Ġilwi, Żejtun billi konsegwenza t'hekk, il-bdiewa ma jistgħux jieħdu ilma? Billi din il-ħsara ilha aktar minn tlett xhur, jista' jara li din it-tiswija ssir fl-aqsar żmien possibli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #23672 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Triq il-Berebies, Żabbar — Drenaġġ

Question

Jistax l-Ministru jgħid issa li kien beda x-xogħol tad-drenaġġ ġewwa Triq il-Berebies, Żabbar meta dan ser jitkompla u għala dan waqaf billi dan il-waqfien qiegħed jżomm lura xogħol ieħor fit-triq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ qed jistenna risposta fuq easement sabiex ikun jista' jgħaddi minn propjeta privata. Malli jiġi ppubblikat l-easement ikunu jistgħu jgħaddu bil-katusi tad-drenaġġ fi Triq il-Berebies.
Leg 9 PQ #23673 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Triq il-Farfett tal-Fejġel — Drenaġġ

Question

Jistax l-Ministru jgħid meta ser jinbeda ix-xogħol tad-drenaġġ ġewwa Triq il-Farfett tal-Fejġel, Żabbar u dan billi qiegħed jkun ta' inkonvenjent kbir ġewwa d-djar tar-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ qed jistenna risposta fuq easement sabiex ikun jista' jgħaddi minn propjeta privata. Malli jiġi ppubblikat l-easement ikunu jistgħu jgħaddu bil-katusi tad-drenaġġ fi Triq il-Farfett tal-Fejġel.
Leg 9 PQ #23428 Sitting 494 2001-02-14 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Fosos tad-Drenaġġ

Question

Peress li jirriżulta li fl-inħawi tal-Bidnija l-fosos tad-drenaġġ jridu jfuru biex jitħamlu, jista' l-Ministru jinvestiga x'qed jikkawża dan in-nuqqas? Jista' jinfurmani x'passi ttieħdu sabiex is-sitwazzjoni tal-fawran tal-fosos fil-Bidnija ma tkompliex tkun ta' nkonvenjent għar-residenti u ta' mpatt fuq l-ambjent partikolarment l-ilma ġieri ta' l-inħawi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minħabba żvilupp fil-Bidnija, il-fossa tad-drenaġġ li taqdi dan ir-raħal qiegħda kull ma jmur issir żgħira. Għalhekk huwa ppjanat illi titħaffer fossa ikbar biex b'hekk ikun hemm ħażna ikbar u jiġi eliminat l-inkonvenjent ta' fawran.
Leg 9 PQ #23333 Sitting 493 2001-02-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Taż-Żwejt

Question

Jista' l-Ministru jara illi l-area ġo San Ġwann mgħarufa bħala taż-Żwejt tingħata tindifa ġenerali?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).
Leg 9 PQ #23344 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Fondazzjoni Gaia — Il-Bajja ta' Għajn Tuffieħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi fondi li jingħataw lill-Fondazzjoni Gaia biex tieħu ħsieb il-bajja t'Għajn Tuffieħa (n-naħa tar-Riviera Martinique)? Fil-każ, kemm tieħu flus kull sena? Kemm ilha tieħu dawn il-flus? Kif hi obbligata tonfoqhom? Nefqithom fl-1999 u fis-sena 2000?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni GAIA tieħu s-somma ta' Lm10,000 kull sena għall-immaniġġjar ta' Għajn Tuffieħa skond Ftehim datat 29 ta' Lulju 1998. Il-Fondazzjoni GAIA fis-snin 1999 u 2000 nefqet il fondi kollha skond kif jitlob l-istess Ftehim.
Leg 9 PQ #23466 Sitting 492 2001-02-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummisjonati rapporti mad-dekasteru tiegħu marbuta mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-Unjoni Ewropea minn Ottubru 1998 sallum? Jista' jgħid wkoll fuq liema suġġett kienu, min għamel dan ir-rapport u kemm tħallas ta' dan ir-rapport? Jista' ġentilment ipoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant ghall-Mistoqsija Parlamentari nru 17246, seduta 324, fejn kont qiegħdt fuq il-Mejda tal-Kamra, lista tar-rapporti marbuta mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja bid-dettalji ta' min kien għamilhom u li kienu gew kummissjonati mill-Ministeru ghall-Ambjent. Dawn ir-rapporti ġew jiswew b'kollox Lm122,800 u tħallsu mill-voti tal-Minister għall-Ambjent, bl-eċċezzjoni tar-rapport dwar l-Immaġġinjar ta' l-Iskart u r-rapport dwar in-Nitrati minn sorsi Agrikoli li gew finanzjati mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropeja u mill-Gvern Ingliż rispettivament. Mhux il-ħsieb li dawn ir-rapporti jiġu ppubblikati għalissa. Biss, kopja tagħhom ingħataat lil MEUSAC. Infakkar lill-Onor. Interpellant illi l-Oppożizzjoni għad għandha ċ-ċans li tilqa l-istedina li għamlilha l-Gvern biex tkun rapprezentata fuq il-MEUSAC u b'hekk ikollha access għall-informazzjoni kollha li hija għad-dispiżizzjoni ta' dan il-Kumitat.
Leg 9 PQ #23112 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għall-Ambjent

Annimali/ħlejjaq illegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqabdu annimali jew ħlejjaq oħra li ddaħħlu f'Malta llegalment is-sena l-oħra? X'tip ta' annimali kienu u x'sar minnhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-sekwestru ta' flora u fawna li jiddaħħlu Malta illegalment isir mid-Dipartiment tad-Dwana, mill-Pulizija u mill-Forzi Armati. Dawn l-entitajiet jitolbu l-assistenza ta' l-ispetturi tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent kull meta tinħass il-ħtieġa li jsir dan, l-aktar għal raġunijiet ta' identifikazzjoni ta' l-ispeċi. Eżemplari li jiġu sekwestrati bis-saħħa ta' regolamenti maħruġa taħt l-Att biex iħares l-Ambjent, jinżammu mid-Dipartiment tad-Dwana jew mill-Pulizija sakemm tittieħed l-azzjoni neċessarja. Il-ħlejjaq li nżammu fuq parir tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent fl-2000 kienu hekk: ANNIMALI - invertebrati (3), rettili (28), għasafar (1854), mammiferi (1). PJANTI - cactus u sukkulenti oħra (3878), u oħrajn (1454).
Leg 9 PQ #23458 Sitting 491 2001-02-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

Żejtun — Ġnien tal-Kmandant

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kif jista' jgħin ħalli x-xewqa tal-kunsill lokali taż-Żejtun li l-ġnien tal-kmandant jiġi restawrat, issir realta'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jekk il-Kunsill Lokali taż-Żejtun jirreferi talba għal restawr lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet, din tkun tista' tiġi kkunsidrata bħalma jsir b'talbiet oħra ta' għajnuna.
Leg 9 PQ #23487 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija li sbrufalha d-drenaġġ fid-dar tagħha, ħaddiema tad-dipartiment jaraw li s-sistema tad-drenaġġ tat-triq hija tajba u mhux ta' inkonvenjent għal din l-anzjana?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għall-bidu tal-ġimgħa d-dieħla għandu jsir survey tas-CCTV fi Triq Azzopardi, Marsa. Id-Dipartiment jieħu kull azzjoni li hemm bżonn skond ma jirriżulta fis-survey.
Leg 9 PQ #23490 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Ambjent

Wied il-Għajn — Mistaħ San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Misraħ San Ġakbu, Wied il-Għajn beda x-xogħol fih madwar erba' xhur ilu u issa waqaf u tħalla kollox maqlugħ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar, mhux Wied il-Għajn. Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali konċernat.
Leg 9 PQ #23499 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment tad-Drenaġġ

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari nru. 23376, jista' l-Ministru jgħid liema xogħol jirrelata mal-persentaġġ ta' allowance, kull persentaġġ separatament?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li: 5% tingħata lill-impjegati li x-xogħol tagħhom huwa f'postijiet kontaminati bid-drenaġġ. 10% tingħata lill-impjegati li x-xogħol tagħhom huwa kif spjegat fuq u wkoll li jkunu f'kuntatt mad-drenaġġ. 20% tingħata lill-impjegati li biex jaħdmu jkollhom jinżlu f'tappieri, sentini jew vaski tad-drenaġġ. 38% tingħata lill-ħaddiema li jkollhom jinżlu jaħdmu f'galleriji tad-drenaġġ. Dawn ir-rati jitħallsu għas-sigħat kollha li jkunu qed jaqdu d-doveri tagħhom.
Leg 9 PQ #23519 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Miżbla

Question

Jista' l-Ministru jagħti lil din il-Kamra r-raġuni għalfejn ma ttieħdu l-ebda passi mid-Dipartiment tas-Saħħa biex titneħħa miżbla illegali li hemm f'kantuniera fejn Triq San Ġwakkin u Triq is-Sebħ fil-lokalita' ta' Ħal Qormi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-art insemmija tinsab f'zona industrijali u hija propjeta privata. Ġħaldaqstant is-sid ta' l-art huwa responsabli ġħat-tindif taghha. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #23369 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Twessigħ ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jitwessa t-taraġ u jsiru xi poġġamani minflok it-taraġ dejjaq li hemm f'Ballut Street San Ġwann jagħti għall-ġibjun qrib Nut Street?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).