Jista' l-Ministru jelenka kemm saru żjarat mill-ispettorat ta' l-ETC, sena b'sena f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minn dawn ġew solvuti u kemm minnhom għadhom sub judice? X'inhi l-preskrizzjoni ta' dawk il-każi li għadhom sub judice? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li xi każi li għadhom sub judice jiġu xolti qabel ma tgħaddi l-preskrizzjoni minn fuqhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba tingħata f'xi Seduta oħra.
14.12.98
Veru li n-nursing aide partikolari ngħata transfer minn San Vinċenz de Paule fejn ġie mibgħut jaħdem fil-laundry bħala supervisor? Veru li dan l-istess nursing aide għandu l-permess li minflok li juża l-punch clock bħal ħaddiema l-oħra fil-grad tiegħu, qed jitħalla jiffirma? Veru li n-nursing aide ieħor intbagħat jaħdem l-Isptar San Luqa bħala security guard, u jekk fl-affermattiv, taħt liema kriterji amministrattivi sar dan it-transfer?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux veru li Nursing Aide partikulari ngħata transfer għal ġol-Laundry. Li ġie transferred il-Laundry huwa Health Assistant li bħalu hemm diversi Health Assistants oħra li jaħdmu ġol-Laundry.
Mhux veru wkoll li dan qed jitħalla jiffirma. Dan qed jippanċja u l-Punch Card No. tiegħu huwa l,202.
Dak li ġie transferred għal mas-Security huwa Health Assistant u mhux Nursing Aide.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pazjenti minn San Vinċenz de Paule mistednin għall-ikla ta' San Martin li għadha kif għaddiet ix-xahar l-ieħor? Kemm kien hemm membri ta' l-istaff preżenti għal din l-okkażjoni? Xi gradi kellhom dawn il-membri ta' l-istaff? X'inhuwa t-total ta' flus li ġew minfuqa fuq din l-attivita'? Kemm kien hemm privates privati mikrijin għall-istess attivita', u mil-liema garaxx kienu mikrijin? Kemm hemm patient transporters irreġistrati ma' l-istess Sptar San Vinċenz de Paule? Kemm dawk li huma proprjeta' tal-gvern u kemm dawk li huma mikrijin mingħand garaxxijiet privati? X'inhu l-ammont li suppost jonfoq l-entertainment section kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għall-Festa ta' San Martin li bħal snin oħra ġiet ċelebrata fil-ġonna tal-Buskett nhar il-11 ta' Novembru 1998, attendew b'kollox 210 anzjani li minnhom kien hemm 85 wheel chair cases. Biex jieħdu ħsieb u jgħinu lil dawn l-anzjani għal din l-okkażżjoni kienu nvoluti 26 staff.
Tlitt coaches bil-lifter, bus u żewġ vannijiet kollha ta' din ir-Residenza, intużaw biex iġorru l-anzjani u l-ikel.
Inkrew tlitt buses mingħand il-Paramount Garage u ġew imħallsa mill-Welfare Committee.
L-ispiża għal din l-okkażżjoni kienet ta' Lm319.
L-entertainment section m'għandiex vot speċifiku ta' kemm għandha tonfoq flus fis-sena.
14.12.98
Sigurta' Soċjali — Vot għal promotion ta' health & safety
Question
Peress li l-vot għal Promotion tal-Health and Safety tnaqqas bi Lm17,000, jista' l-Ministru jgħid kif id-dipartiment se jkun jista' jiffinanzja t-twaqqif ta' l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' tal-Ħaddiema meta din titwaqqaf, kif ġie mwiegħed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għal 1998 is-salarji tas-Safety Trainee Inspectors ittieħdu mill-Vot 19 (Item 4339 - Promotion for Health and Safety). Għas-sena 1999 din l-ispiża tas-salarji tas-Safety Trainee Inspectors (Lm17,000) ser jittieħed mill-Vot 19 (Item 12 - Staff Salaries and Wages).
Għalhekk, effettivament ma naqsitx l-importanza finanzjarja mogħtija lill-Promotion for Health and Safety.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-vot tal-Fejda Programme ġie mnaqqas bi Lm22,000? X'parti mis-servizz se jonqos?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-ammont ivvutat fl-Estimi ta' l-1999 għall-Programm Fejda jirrifletti l-ammont attwalment meħtieġ għat-tmexxija tal-Programm għal dik is-sena. Dan l-ammont kien ġie propost mill-istess management tal-Programm.
14.12.98
Peress li l-vot għas-social assistance tnaqqas b'Lm444,000, jista' l-Ministru jidentifika liema assistenza soċjali se titnaqqas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minkejja li jidher li hemm xi tnaqqis fil-vot għall-Assistenza Soċjali, fir-realta' m'hemm tnaqqis xejn. Dan għaliex filwaqt li għas-sena 1998 kien approvat nefqa ta' Lm14,230,000 fuq Assistanza Soċjali, ir-'revised estimates' tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali juru li n-nefqa reali ser tkun ta' Lm13,508,000.
Minn dan jidher ċar li għas-sena d-dieħla ġew approvati flus aktar milli fil-fatt intefqu din is-sena u nassigura lill-Onor. Interpellant li l-ebda Għajnuna Soċjali ma hi ser tiġi mnaqqsa.
14.12.98
Peress li l-vot tal-Bord tal-Koperattivi tnaqqas b'Lm10,000, jista' l-Ministru jgħid minn fejn se jsir dan it-tnaqqis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
It-tnaqqis ta' Lm10,000 qiegħed isir fuq l-istima għall-1999 mressqa mill-Bord tal-Koperattivi stess.
It-tnaqqis ewlieni huwa dovut għal dawn il-fatturi:
(a) Tnaqqis fl-item 'emoluments of contractual employees' minħabba li kienu jkunu vvutati flus aktar milli hemm bżonn għall-personal ta' l-uffiċċju.
(b) Tnaqqis fl-item 'promotion and development' minħabba kisba ta' 'sponsorship' marbut mal-proġett edukattiv Scoops: Esperjenzi Koperattivi.
(c) Tnaqqis fl-item 'capital expenditure' la darba ntemm ix-xogħol prinċipali marbut mar-'refurbishment' ta' l-uffiċċju l-ġdid tal-Bord tal-Koperattivi fi Triq Melita, il-Belt.
14.12.98
Jista' l-Ministru jikkunsidra l-possibbilta' li jsiru l-lifts fil-qasam tad-djar ta' San Pawl il-Baħar u l-Imġarr, Malta? Kemm fil-fatt huwa n-numru ta' residenti f'dawn il-Housing Estates?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għal PQ Nru. 409 u 639.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-trattativi bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida dwar ftuh ta' day centre f'parti mid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida? Billi dawn it-trattativi kienu bdew u oriġinaw taħt Gvern Laburista, x'inhi l-policy issa tal-Gvern preżenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Billi ma kien hemm xejn definit dwar it-trattativi bejn id-Dipartiment ta' l-Anzjani u l-Kunsill Lokali ta' l-Imsida dwar il-ftuħ ta' Day Centre f'parti mid-dar ta' l-anzjani ta' l-Imsida, sar ftehim li dawn it-taħdidiet għandhom jitkomplew, iżda s'issa għadu m'hemm xejn deċiż.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li qed jirreġistraw għax-xogħol, kemm minnhom huma nisa u x'inhi l-eta' tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jirreġistraw bħala labourers?
Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-persuni qed jieħdu xi forma ta' benefiċċju tas-sigurta' soċjali u kemm qed jieħdu benefiċċju marbut mad-diżabilita' li huma jsofru?
Jista' imbagħad il-Ministru jgħid kemm hemm persuni b'diżabilita' li qed igawdu minn xi benefiċċju amministrat mis-Segretarjat tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'? Jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta' persuni għal kull benefiċċju separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Rigward Mistoqsija Parlamentari Nru. 2472, l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru qed tinġabar u għalhekk Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li tilfu x-xogħol xahar b'xahar, f'Settembru, Ottubru, Novembru u Diċembru, 1998 u x'kien ix-xogħol preċedenti ta' kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta' nies li tilfu x-xogħol xahar b'xahar f'Settembru, Ottubru u Novembru 1998 u x-xogħol preċedenti tagħhom hu kif ġej:
SETTUR SETTEMBRU OTTUBRU NOVEMBRU
Tourism/Hotels/Catering 15 23 58
Manufacturing 41 45 38
Mechanical/Metal/Building 27 33 31
Woodwork 4 4 5
Retail/Wholesale 33 33 20
Others 54 45 34
TOTAL 174 183 186
14.12.98
Jista' l-Ministru jinforma jekk ġiex ifformat minnu l-kumitat li jieħu ħsieb il-Vot 4070 dwar it-tqassim tal-flus lil Non-government Organisations? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħidilna min huma l-persuni u x'inhi l-kariga tagħhom f'dan il-kumitat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tweġiba tingħata f'Seduta oħra.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm residenti jgħixu fid-dar tal-Furjana u kif kienu ġew imqassma fid-djar l-oħrajn wara li nbeda x-xogħol ta' rinovazzjoni fid-dar tal-Furjana?
Jista' l-Ministru jgħid fejn intbagħtu dan l-aħħar dawn ir-residenti? Dawn intbagħtu f'xi post immexxi mill-privat u f'dan il-każ, kemm qed iħallas il-gvern għal kull persuna kuljum?
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-nefqa fuq it-tiswijiet u l-modernizzar fid-dar tal-Furjana hijiex se taqbeż is-somma stmata meta nbeda x-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li d-dar tal-Furjana titlesta biex dawn ir-residenti jkunu jistgħu jerġgħu jinġabru fiha kif jixtiequ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta fuq l-istess suġġett li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2020.
Rigward jekk in-nefqa fuq it-tiswijiet u modernizzar fid-dar tal-Furjana hijiex se taqbeż is-somma stmata meta nbeda x-xogħol, jien infurmat li, mill-informazzjoni miġbura s'issa, ma jidhirx li l-ispiża se taqbeż is-somma stmata.
Id-dar tal-Furjana għandha tkun lesta għal ħabta ta' Marzu, 1999.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti fid-dikasteru tiegħu, min huma, meta sarilhom il-kuntratt u x'salarju flimkien ma' allowances għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid kemm employers ittellgħu l-Qorti mill-Korporazzjoni ta' Xogħol u Taħriġ minn Settembru sa Novembru, 1998 talli mpjegaw persuni ta' nazzjonalita' barranija? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi ta' din in-natura li ġew mgħoddija lill-pulizija iżda għadhom ma ttieħdux passi dwarhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ma ttellax nies il-Qorti iżda il-kompitu tagħha hu li tirreferi l-każ lill-Pulizija u huma jipproċedu fil-Qorti Kriminali kontra dan l-abbuż.
Matul ix-xhur ta' Settembru, Ottubru u Novembru 1998, kien hemm disa' (9) każi fejn uffiċjali tal-Korporazzjoni ntalbu jagħtu x-xhieda tagħhom f'każi ta' employers li ġew akkużati li mpjegaw persuni ta' nazzjonalita' barranija mingħajr il-permessi meħtieġa.
Ġa ladarba l-Korporazzjoni tgħaddi lil barranin li nstabu jaħdmu mingħajr permess lill-pulizija hi ma zzomx aktar kont ta x'ġara jew ma ġarax. Uffiċjali tal-Korporazzjoni jitilgħu jgħatu x-xhieda tagħhom fil-Qorti tal-Maġistrati meta dawn jintalbu mill-pulizija kif spjegat hawn fuq.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid jekk fid-dar ta' l-anzjani ta' Bormla l-Gvern hux qed jaħseb biex it-tmexxija ta' din id-dar tieħu ħsieb minn qabel residenti li fil-futur jista' jsir dependenti u jkollu bżonn nursing care?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Policy attwali ta' dan il-Gvern hi li fid-djar residenzjali tal-anzjani għandu jkun hemm livell ta' nursing u caring li jippermetti li anzjani residenti fid-dar u li jaslu f'ċertu stat ta' dipendenza jkun possibli għalihom li jibqgħu jgħixu f'dik id-dar.
Naturalment il-gvern jinsisti li kull dar ġdida li tinfetaħ, bħal dik ta Bormla, irid ikollha almenu dan il-livell ta' nursing u caring.
14.12.98
Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-gvern li joħroġ plots għal bini?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet u kemm jammontaw f'numri dawn il-plots?
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-plots hux se jkunu indirizzati lejn l-għarajjes, żgħażagħ miżżewġin jew koppji kwalunkwe?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Plots ser jiġu żviluppati mill-Awtorita' tad-Djar bħala maisonettes biex b'hekk jinqdew aktar nies.
Dawn il-maisonettes ser jinħarġu għall-allokazzjoni taħt l-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar.
Normalment dawn l-applikazzjonijiet għall-maisonettes ikunu miftuħa fost oħrajn għall-koppji miżżewġin, koppji għarajjes u familji b'ġenitur wieħed.
14.12.98
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2337 minħabba li l-Ministru qal li l-każ qed jiġi kkonsidrat ma' każijiet oħra bħalu, jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikanti għall-Housing jorqdu fuq bank fi ġnien pubbliku bħal każ in kwestjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali m'għandu l-ebda applikant li jindika li qed jorqod fuq bank fi ġnien pubbliku. Fil-fatt, il-Karta' ta' l-Identita' ta' l-applikant in kwistjoni turi indirizz fil-Fgura.
14.12.98