Jista' il-Ministru jgħid jekk saritx xi applikazzjoni mal-Unjoni Ewropea għall xi fondi sabiex isiru xi xogħlijiet fuq Dock No 1?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li Dock No.1 m'għadux taħt ir-responsabilta' tal-Malta Shipyards, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura meta xi ħaddiema tal-Air Malta jinqabdu jabbużaw minn xogħlhom? Kemm hemm ħaddiema tal-Air Malta sospiżi u għaliex huma sospiżi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninform lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ajruplan li għamel it-titjira minn Ruma għal Malta KM615 ta' nhar is-Sibt 26 ta' Ġunju 2004 u li wasal Malta għall-ħabta tat-8.30 p.m. ġiex ipparkjat fil-parti ta' l-airport fejn proprju kien ġara l-inċident ta' ajruplan ieħor ta' l-Air Malta li kien ħabat ma' arblu u għamel ħsarat konsiderevoli?
Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni li pparkja hemm meta fl-inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Saviour Demicoli kien ikkonkluda li din il-parti ta' l-ajruport hi nieqsa minn ċerti faċilitajiet u li setgħu wasslu għall-inċident imsemmi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'kien is-sehem tal-MIMCOL fin-negozjati dwar ix-xiri ta' l-ambaxxata Maltija ġdida fi Brussels li ġiet tiswa Lm6.5 miljun? Min irrappreżenta lill-MIMCOL f'dawn in-negozjati?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-MIMCOL intalbet tagħti s-servizzi tagħha mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, u r-rwol prinċipali tagħha kien li tiffaċilita l-għażla tal-post, in-negozjati bejn il-partijiet u l-preparazzjoni tal-kuntratt.
Il-MIMCOL kienet rappreżentata minn -
Ivan Falzon
Mario Mizzi
Vincent Mifsud
Jista' il-Ministru jgħid u jikkonferma dwar skemi ta' irtirar kmieni fil-METCO skond kif ġie rappurtat riċenti f'gazzetta lokali? Jista' jagħti aktar dettalji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jinvestiga r-raġuni għal fawran regolari ta' drenaġġ fi Triq Pitkali, f'Ħ'Attard li seħħ matul dawn l-aħħar ġimgħat?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li d-darbtejn li far id-drenaġġ fi Triq il-Pitkali, Ħ-Attard huwa minħabba l-ammont ta' drenaġġ li jintefa' fid-discharge point fis-sistema tad-drenaġġ li tgħaddi minn dan il-post. Din il-problema ġiet solvuta billi nbidlet id-discharge point għal post ieħor.
WSC — Postijiet tal-kiri - kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk jistax jikkonsidra li tinstab sistema aktar ġusta rigward kontijiet pendenti tad-dawl u l-ilma fuq postijiet tal-kiri għax ikun hemm ħafna każi fejn meta jidħlu inkwilini ġodda jkollhom iħallsu l-kontijiet ta' ħaddieħor?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
WSC — Service charge fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu s-service charge li dan l-aħħar deher fuq il-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Jista' jgħid ta' xiex qed iħallsu l-konsumaturi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-bozza li tinsab f'252, Triq Bir ir-Riebu, Sqaq Nru. 1, ir-Rabat tiġi rranġata u dan għaliex il-kunsill lokali tal-lokal ilu jaf biha għal żmien konsiderevoli u s'issa għadha ma ġietx irranġata?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li din il-bozza ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali. Għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija ir-responsabbilita tal-Kunsill.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Santa Marija, fir-Rabat, Malta tiġi mdawwla aħjar u dan għaliex fiha jgħixu 22 familja, hemm disgħa garaxxijiet u bozza waħda biss u minkejja li l-kunsill lokali jaf bil-problema, ilu żmien biex isolviha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twaħħil ta' bozoz ġodda ġie devolut lill-Kunsilli Lokali u m'għadux resposabbilita ta' l-Enemalta.