Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Grupp ta’ Ħidma kif stipulat fil-Liġi tal-Identità tal-Ġeneru, ippubblikata fl-14 ta’ April 2015, ġiex imwaqqaf, liema grupp kellu jitwaqqaf tliet xhur wara li daħlet il-liġi, jiġifieri f’Lulju 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Grupp ta' Ħidma twaqqaf.
Diskussjonijiet fuq il-liġi tal-Identità tal-Ġeneru
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk bdewx id-diskussjonijiet mal-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa kif ġiet stipulat fil-liġi tal-Identità tal-Ġeneru? Jekk iva, min qed imexxi dawn id-diskussjonijiet? Jekk le, meta se jibdew?
Response (DALLI, HELENA)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess ma jistipulax li għandhom isiru diskussjonijiet jew kif għandhom isiru d-diskussjonijiet bejn il-Ministeru tiegħi u dak għall-Enerġija u s-Saħħa. Madanakollu, nikkonferma mal-Onor. Interpellant li seħħew diversi diskussjonijiet u li dawn qed jitmexxew mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa bil-parteċipazzjoni ta’ rappreżentant tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati ħaddiema taħt il-Construction Industry Skill Card (CISC) u taqsam l-informazzjoni skont it-trades rispettivi?
Response (DALLI, HELENA)
Biex tibda titħaddem is-sistema tal-iskill card hemm bżonn li ssir leġiżlazzjoni relattiva liema leġiżlazzjoni qiegħda tiġi mħejjija. Sadanitant mix-xahar id-dieħel se jibdew il-korsijiet fuq is-saħħa u s-sigurtà fuq is-siti ta’ kostruzzjoni. Iċ-ċertifikat li jingħata għal dan il-kors hu rikjest sabiex wieħed japplika għall-iskill card.
Malta National Laboratory Ltd — proċess ta' likwidazzjoni
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22543 fejn intqal li l-proċess tal-likwidazzjoni tal-Malta National Laboratory ser jiġi konkluż sal-aħħar ta’ Jannar 2016, tista’ l-Ministru tgħid fejn wasal il-proċess u jekk il-ħlasijiet dovuti ġewx affetwati?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li waqt li l-MCCAA ikkolaborat mal-likwidator u tagħtu l-informazzjoni kollha mitluba minnu, il-likwidatur għadu ma kkonludiex il-proċess tal-likwidazzjoni tal-MNL.
Proċedura għar-rimborż mill-fond għal leave tal-maternità
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 23828, tista' l-Ministru tgħid meta ser ikunu mħabbra l-proċeduri rigward rimborżi mit-Trust tal-Leave tal-Maternità? Tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda jingħata dan ir-rimborż?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata mill-Bord tat-Trustees, li huwa Bord indipendenti mill-Ministeru li f’dan l-istadju ma tistax tingħata data speċifika meta se ikunu finalizzati l-proċeduri għal rimborż.
Il-Bord of Trustees infurmawni li kif jiġu finalizzati l-proċeduri, l-
employers
se jkunu nfurmati. L-Għaqdiet ta min iħaddem huma rappreżentatni u jmexxu dan il-Bord of Trustees.
Proċedura għar-rimborż mill-fond għal leave tal-maternità
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 23828, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien il-kontribut finanzjarju sal-lum għall-fond għal-Leave tal-Maternità?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tax-xogħol li għamel il-Building Industry Consultative Council (BICC) fis-snin 2014 u 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Annual Report 2014 (li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra) waqt li għas-sena 2015 ir-rapport annwali qed jiġi ppreparat u sa jkun impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-jiem li ġejjien.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba tlaqqa’ l-Bord Eżekuttiv tal-Building Industry Consultative Council (BICC)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li għalkemm rikjesti mill-liġi, l-Bord Eżekuttiv tal-Building Industry Consultative Council qatt ma’ ltaqa’ qabel l-2014.
Matul is-sena 2014 iltaqa’ 5 darbiet
Matul is-sena 2015 iltaqa’ 12-il darba
Minn Jannar 2016 sal-llum iltaqa’ 3 darbiet.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati prodotti għall-ħarsien tal-pjanti mal-MCCAA sena b’sena mill-2012 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-numri ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti ġodda li kienu awtorizzati matul is-snin, sa mill-2012 huma kif ġejjin:
2012
20 prodotti ġew reġistrati
2013
10 prodotti ġew reġistrati
2014
21 prodott ġie reġistrat
2015
20 prodott ġie reġistrat
2016
Sa issa prodott wieħed biss ġie reġistrat
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew revokati prodotti għall-ħarsien tal-pjanti mal-MCCAA sena b’sena mill-2012 sal-lum?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-numru ta’ prodotti li ġew revokati mit-2012 sal-lum huwa kif hawn imniżżel f’din it-tabella;
Sena
Numru ta’ prodotti li ġew revokati
2012
24
2013
13
2014
71
2015
25
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – xogħol ta’ konsulenzi legali
Question
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ xogħol ta’ konsulenzi legali mogħtija mill-Ministeru inkluż l-uffiċċju privat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha sena b’sena, bejn l-1999 u Marzu 2013? Tista’ tgħid min kienu l-avukati/ditti legali li ngħataw dan ix-xogħol? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender ? Tista’ tgħid min awtorizza l-għoti ta’ dan ix-xogħol fejn ingħata b’direct order? Tista’ tgħid kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti? Fejn huwa possibbli, tista’ tgħid kemm kien il-ħlas għal kull siegħa?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux xi investigazzjonijiet mill-Awtorita ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex tara jekk il-konsumaturi f’Malta ġewx milquta jew le mill-iskandlu rigward il-Volkswagen l-aktar fir-rigward ta’ tagħrif qarrieqi li setgħa ngħata lill-konsumaturi? L-MCCAA waslulha xi lmenti f’dan ir-rigward u jekk iva, x’azzjoni ttieħdet?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-investigazzjoni saret flimkien ma' Transport Malta. L-MCCAA qiegħda tikkolabora mat-Transport Malta kif ukoll mal-Kummissjoni Ewropeja dwar il-karozzi involuti.
Id-Diviżjoni tar-Regolamenti Tekniċi tal-MCCAA (TRD), ma waslulhiex ilmenti mingħand il-konsumaturi. Madankollu, infurmat lill-importaturi dwar din il-problema. Qegħdin insegwu mil-qrib l-iżviluppi u l-miżuri li qed jittieħdu mill-manifattur inkollaborazjoni mal-Awtorità Ġermaniża biex jirremdjaw is-sitwazzjoni fuq skala Ewropeja.
Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa il-European Consumer Organization (BEUC), il-federazzjoni tal-għaqdiet tal-konsumatur hux qed tara pajjiż pajjiż x’inhi s-sitwazzjoni wara l-qerq da parti tal-VK?
Response (DALLI, HELENA)
Nitlob kjarifika għal liema każ qiegħed jirreferi l-Onor. interpellant. Madankollu, però, nikkonferma li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ma rċeviet l-ebda korrispondenza mingħand il-BEUC.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx minn tal-anqas persuna b’diżabilità f’kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, HELENA)
Bħalissa b’kollox għandna jaħdmu għaxar persuni b’diżabilita’. Mis-sena 2012, l-aħħar sena sħiħa tal-gvern preċedenti, kien hemm żieda ta’ tlett persuni.
Proċedura għar-rimborż mill-fond għal leave tal-maternità
Question
Fir-rigward tal-fond għal-leave tal-maternità, tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar jekk ġietx stabbilità l-proċedura li għandha tiġi segwita minn min iħaddem sabiex jieħu rimborż mill-fond għal-leave tal-maternità għall-ħlas li jkun għamel? Jekk din il-proċedura għadha ma ġietx stabbilità u peress li min iħaddem ilu tmien xhur jikkontribwixxi għal dan il-fond, tista’ tgħid meta din il-proċedura se tkun imħabbra?
Response (DALLI, HELENA)
Il-proċeduri rigward rimborsi mit-Trust tal-Leave tal-Maternità qed ikunu stabbiliti mill-Bord ta’ Trustees imwaqqaf għal dan it-Trust, li l-maġġoranza tal-membri tiegħu (inkluż iċ-Chair) huma rapperżentanti tal-Employers. Dan huwa skont l-Avviż Legali 257 tal-2015 li waqqaf dan it-Trust.
Infurmata li l-Bord qed jiltaqa’ regolarment sabiex jindirizza l-proċedura ta’ rimborsi li tiżgura li kull min qed iħallas il-kontribuzzjoni għat-
Trust
se jingħata rimborż għax-xhur tal-
leave
tal-Maternita’ li jintużaw mill-impjegati tagħhom.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm kien hemm każijiet pendenti quddiem it-Tribunal Industrijali sal-aħħar tal-2014? Tista’ tindika kemm ilu pendenti l-ixjeħ każ?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li quddiem it-Tribunal Industrijali fi tmiem l-2014 kien hemm 576 każ pendenti. Dawn kienu jinkludu 313 każijiet li daħlu fis-16 ta’ Diċembru 2003 li kienu ġew intavolati mill-ħaddiema tal-eks-Malta Drydocks li qatt ma bdew jinstemgħu.
L-aktar każ antik mill-banda l-oħra kien ilu li daħal mill-4 ta’ Lulju 2003.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili- xogħol mogħti lill-kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol ingħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru u kull entità li taqa’ taħtha minn April 2013 sa Novembru 2015?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili – xogħlijiet ta’ konsulenza
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħatat xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tagħha jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, sena b’sena, mill-1999 sa’ Marzu 2013? Tista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħlijiet lill-kumpanija msemmija.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — membri ta' bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri kollha tal-bordijiet fl-entitajiet, korporazzjonijiet, aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji eċċ. li jaqgħu taħtu, bejn l-1999 u l-2012, sena b’sena, b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ remunerazzjoni u benefiċċji oħra li kellhom?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.