Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7483 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Postijiet storiċi — World Heritage Sites

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawk il-postijiet f'Malta li huma World Heritage Sites?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li Malta għandha dawn is-siti u postijiet fil-lista tal-UNESCO World Heritage: Ħal Saflieni [Lista 5/9/80] Ġgantija } Tarxien } Ħaġar Qim } [Lista 5/9/80] Mnajdra } Ta' Ħaġrat } Il-belt Valletta [Lista 5/9/80]
Leg 9 PQ #7487 Sitting 116 1999-06-08 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Attard

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każijiet li qegħdin jiġru fl-iskola primarja ta' Ħ'Attard fejn tfal ta' eta' żgħira ħafna qegħdin jiġu mġiegħla jġorru għamara tqila fil-klassijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola ta' Ħ'Attard bħalissa qed isir xogħol ta' kostruzzjoni u ta' manutenzjoni. Tfal minn Year V ġew mitluba biex joħorġu s-siġġijiet mill-klassijiet tal-Year 1 u jtellawhom fil-klassijiet il-ġodda. Id-daqs ta' dawn is-siġġijiet huwa ħafna iżgħar minn dak ta' siġġijiet normali. It-tfal ma ġewx imqabbda jġorru mwejjed jew għamara oħra.
Leg 9 PQ #6571 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Riċevimenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4459, jista' l-Ministru jrrikonsidra r-risposta tiegħu petress li l-pubblikazzjoni ta' l-irċevuti konnessi huma fl-interess pubbliku peress li jikkonċernaw infiq pubbliku?

Response (GALEA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba oriġinali.
Leg 9 PQ #7298 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jintbagħat facilitator ma' l-istudent li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament peress li l-facilitator li kellu ntbagħtet Għawdex il-ġimgħa li għaddiet u issa dan l-istudent mhux qed jitħalla jattendi skola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Supply Kindergarten Assistant imsemmi rreżenja fil-17.5.99 u minnfloku intbgħatet Supply Kindergarten Assistant fil-24.5.99.
Leg 9 PQ #7299 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Ċentru tar-Riżorsi

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet il-ħidma biex jitwaqqaf ċentru tar-riżorsi li jappoġġa l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni inklussiva fl-iskejjel? Min se jkun imexxih? Min se jkun jaħdem fih? Fejn se jkun il-post u x'riżorsi finanzjarji u riżorsi oħrajn se jkollu biex jaħdem b'mod sodisfaċenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li Ms Billie Nightingale, konsulenta ta' nazzjonalita` Amerikana fuq il-programm għall-iżvilupp ta'l-edukazzjoni inklussiva, għadha kif ippreżentat rapport dwar kif jidhrilha li għandu jitwaqqaf iċ-ċentru tar-riżorsi li jappoġja l-iżvilupp ta' l-edukazzjoni inklussiva fl-iskejjel. Ir-rapport qiegħed jiġi evalwat u r-risposti għad-domandi l-oħra joħorġu wara din l-evalwazzjoni.
Leg 9 PQ #7300 Sitting 115 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Għalliema

Question

Jista' l-Ministru jara li jittieħdu inizjattivi biex aktar għalliema f'Malta u f'Għawdex ikunu jafu x'inhi d-dyslexia u b'hekk aktar tfal ikunu jistgħu jiġu megħjuna u jonqos l-ittimbrar negattiv kontra tfal b'din il-kundizzjoni? Hemm xi pjan biex jittieħdu dawn l-inizjattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li barra minn tagħrif li jitwassal informalment fl-iskejjel fost il-kapijiet u għalliema, fis-7,8,9,12,13 u 14 ta' Lulju 1999 ser isir In-Service Course bl-isem "Bright Kids - Literacy Failure?" Dan il-kors se jkun miftuħ għall-għalliema fil-Junior Lyceums u Skejjel Sekondarji u Primarji u għal dawk interessati li jagħtu support lil tfal bid-dyslexia.
Leg 9 PQ #7180 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut għall-Istudju tar-Restawr — Korsijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun jista' jaċċetta studenti f'kull kors differenti li se jorganizza l-Istitut għall-Istudji tar-Restawr li se jorganizza f'Ottubru, 1999? Fejn se jsiru l-korsijiet u liema korsijiet se jiftħu f'Ottubru, 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu maħsub li kull sena b'effett minn Ottubru 1999 fl-Istitut għall-Istudji fir-Restawr, se jilqa` fih in-numru ta' studenti kif se nsemmi għal tlett korsijiet differenti: Diploma fl-Istudi tar-Restawr u Konservazzjoni - 22 student Ċertifikat ta' Assistent Restawratur - 15-il student Ċertifikat ta' Artiġjan tar-Restawr - 15-il student
Leg 9 PQ #7181 Sitting 114 1999-06-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istitut għall-Istudju tar-Restawr — Korsijiet

Question

Peress li minn Ottubru li ġej l-Istitut għall-Istudju tar-Restawr se joffri korsijiet ta' sena u ta' tlett snin, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm persuni jgħallmu f'dawn il-korsijiet, xi kwalifiki għandhom u minn liema pajjiż ġejjin?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7179 Sitting 113 1999-06-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Instructors/instructresses — Interviews

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jiġri mill-instructors u instructresses wara li jagħmlu l-interviews? Se jiġu reklutati kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

L-instructors/instructresses li temmew il-kors ta' taħriġ b'suċċess u li jinstabu aċċettabbli mill-Bord ta' l-Għażla mwaqqfa mill-PSC, jingħataw l-impieg.
Leg 9 PQ #7080 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Minor staff

Question

Bejn il-perijodu Ottubru 98 sa April 99, jista' l-Ministru jgħid f'liema skejjel kellna każi fejn membri tal-minor staff ħabtu għall-kapijiet, assistenti kapijiet u għalliema? X'passi ttieħdu kontra dawn il-persuni li naqsu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġew irrapurtati żewġ każijiet fejn membri tal-Minor Staff allegatament ħebbew għall-Kap ta' l-Iskola tagħhom u li f'każ minnhom l-awtoritajiet qegħdin f'kuntatti mal-Pulizija dwar l-azzjoni minn naħa tagħhom, u filwaqt li t-tieni każ qiegħed quddiem il-Bord tad-Dixxiplina tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #7082 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Primarji - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru ma' liema kunsilli lokali sar xogħol fi skejjel primarji Maltin minn Jannar 99 sa April 99? F'liema skejjel sar dan ix-xogħol? F'liema skejjel u ma' liema kunsilli lokali hemm maħsuba xogħlijiet sa l-aħħar ta' l-1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li matul il-perjodu Jannar 1999 sa April 1999 sar xogħol ma dawn il-Kunsilli Lokali fl-iskejjel li ġejjin: KUNSILL LOKALI SKOLA Naxxar Skola tas-Snajja' 'Stefano Zerafa' Qrendi Kumpless Skolastiku tal-Qrendi School for the Visually Impaired Marsa Skola Sekondarja Subien 'F.X.Attard' Marsaxlokk Skola Primarja Marsaxlokk Dingli Skola Primarja Dingli Mill-Vot Kapitali - "Item 7 Refurbishment and Maintenance in Government School" għas-sena 1999 ġiet allokata s-somma ta' nofs miljun lira. Sa issa dan l-ammont ta' flus diġa' ġie kommess kollu. Fil-fatt, huwa l-ħsieb tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni li jsir xogħol ma' dawn il-Kunsilli Lokali u f'dawn l-iskejjel li ġejjin: KUNSILL LOKALI SKOLA Naxxar Skola Sekondarja Ogħla - Naxxar Dingli Skola Primarja Dingli Siġġiewi Skola Primarja Siġġiewi Paola Skola Primarja Paola B Skola Primarja Paola A Żabbar Skola Primarja Żabbar B Pembroke Skola Primarja Pembroke B'Kara Skola Primarja Sta Venera B Kalkara Skola Primarja Kalkara
Leg 9 PQ #7355 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Luċija — Post tad-dfin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'informazzjoni teżisti dwar il-post tad-dfin li jmur lura għal żmien il-pre-istorja u li kien instab f'Santa Luċija f'Malta fl-1976 waqt xogħol ta' bini ta' djar?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7383 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Studenti/għalliema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4026 fejn jirriżulta li ma hemm ebda student fl-iskejjel sekondarji tagħna li qegħdin jitgħallmu l-Latin, jista' l-Ministru jinformani jekk hemmx raġuni partikolari għal dan u t-tieni jikkonsidra ħidma minn naħa tad-Dipartiment sabiex dan in-numru jiżdied fis-sena li ġejja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ir-raġuni primarja tidher li hi li l-istudenti u l-ġenituri tagħhom jaraw iżjed vantaġġi prattiċi u għajnuna għall-karriera tagħhom fil-futur jekk jistudjaw lingwa barranija moderna milli fl-istudju tal-Latin. Qed tingħata ħarsa tajba lejn it-tagħlim tal-lingwi barranin u l-interess fihom ta' l-istudenti u tal-ġenituri tagħhom, iżda mhux probabli li jkun hemm xi tibdil mis-sena li ġejja għaliex perċezzjoni u fehma pubblika ma tinbidilx daqshekk malajr.
Leg 9 PQ #7384 Sitting 112 1999-06-01 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mdina — Palazz tal-Granmastri - Restawr

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4025 et seq, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra f'liema stadju ta' xogħol u restawr wasal fih il-Palazz tal-Gran Mastri fl-Imdina fejn hemm il-Mużew ta' l-Istorja Naturali billi dan jidher li qiegħed fi stat ħażin ħafna?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7078 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Casual cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u f'liema skejjel ġew impjegati casual cleaners fi skejjel governattivi fil-perijodu Settembru 98 sa April 99? Kemm ġew impjegati casual clerks u f'liema skejjel ġew impjegati fil-perijodu bejn Settembru 98 u April 99?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #7079 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Cleaners/handymen

Question

Fis-17 ta' Mejju, 1999 il-Ministru stqarr li "qed jiġi studjat il-metodu kif isir redeployment aħjar" tal-cleaners u handymen fl-iskejjel? Fejn wasal dan l-istudju? X'passi prattiċi ttieħdu biex ikun hemm tqassim aħjar tal-cleaners u handymen? X'passi ttieħdu minn Ottubru 98 sa April 99 dwar il-problemi ta' dixxiplina u burokrazija f'dan il-qasam?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7244 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birżebbuga — Sit preistoriku

Question

In vista ta' mistoqsija parlamentari numru 3535, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-proċess ta' xogħol li kellu jibda jsir bejn il-Mużew ta' l-Arkeoloġija u t-Taqsima tax-Xogħlijiet fuq is-sit preistoriku f'Birżebbuga magħruf bħala Borg in-Nadur bediex jew huwiex fil-fażi li se jinbeda?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7245 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Ħlas għad-dħul

Question

In vista ta' mistoqsijiet parlamentari numri 3536 u 3537, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba s-suġġerimenti hemm imressqa għal tfassil ta' l-użu tal-credit cards għall-entratura tal-mużewijiet u tat-tfassil ta' cd roms ta' l-istess mużewijiet tagħna ġewx rikonsidrati u għalhekk hemmx xi żviluppi li din il-Kamra tista' tiġi nformata bihom?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7328 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Faċilitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'talbiet pendenti għandu l-Ministeru minn kunsilli lokali/għaqdiet u individwi biex faċilitajiet sportivi li hemm fl-iskejjel ta' l-Istat ikunu jistgħu jintużaw wara l-ħinijiet ta' l-iskola? Bħalissa liema huma dawk il-kunsilli lokali/għaqdiet u individwi li qegħdin jużaw dawn il-faċilitajiet? Dan isir bi ħlas u b'liema xorta ta' ftehim?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7340 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għaqdiet Sportivi u volontarji — Faċilitajiet

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6714, jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-għaqdiet volontarji li qed ikollhom laqgħat mas-segretarju parlamentari minħabba li wrew interess li jkollhom titolu legali tal-faċilitajiet li jagħmlu użu minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għaqdiet volontarji li wrew interess li jkollhom titolu legali tal-faċilitajiet li jagħmlu użu minnhom u li qed ikollhom laqgħat mas-Segretarjat Parlamentari huma: Scouts Association 1st B'Kara Scout Group 18th M'Scala Unit - Girl Guides 31st Mosta Girl Guides Southern District Boy Scouts Malta Aviation Museum Foundation Motor Museum Malta